Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti li qegħdin fil-livell post sekondarju se jkunu qed jieħdu l-inċentiv finanzjarju ta' €500, skont kif kien imwiegħed fil-baġit għas-sena 2026? Jista' jgħid ukoll kemm hemm familji eleġibbli għal dan l-inċentiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid il-Gvern x’miżuri qiegħed jipprepara li jdaħħal fis-seħħ qabel is-sena 2028 biex titjieb it-trasparenza fis-settur tal-immaniġġjar u l-esportazzjoni tat-tessuti, ikun prijoritizzat l-użu mill-ġdid lokalment, u jitnaqqas it-telf ta' valur mill-ekonomija ċirkolari tat-tessuti lokalment?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-emendi tad-Direttiva riveduta dwar l-Iskart (Direttiva (UE) 2025/1892) jintroduċu numru ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati qabel l-2028 biex tittejjeb it-trasparenza u l-governanza fis-settur tat-tessuti. Fosthom, jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar ċari dwar il-ġbir separat tat-tessuti, il-prijoritizzazzjoni tal-użu mill-ġdid lokalment fejn dan hu possibbli, u mekkaniżmi biex jiġi żgurat li tessuti użati ta’ kwalità tajba biss jiġu esportati barra mill-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest, bħalissa qed jitħejjew il-provvedimenti neċessarji għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva skont il-perjodu ta’ żmien stabbilit.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tagħmilx verifiki dwar id-destinazzjoni finali u t-trattamenti fi tmiem il-perjodu ta’ utilità ta’ tessuti ta’ kwalità baxxa li jiġu esportati barra mill-Unjoni Ewropea, u jekk dan isirx f’konformità mal-prinċipju tal-prossimità f’sens ambjentali u fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-iskart?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda esportazzjoni ta’ skart tat-tessuti minn Malta lejn destinazzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ħames snin. L-istanzi fejn skart tat-tessuti ntbagħat barra minn Malta f’dawn is-snin kienu kollha diretti lejn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u twettqu f’konformità mar-regolamenti dwar vjaġġi ta’ skart (shipments of waste).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-valur finanzjarju jew id-dħul iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ tessuti miġbura lokalment mill-operaturi? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dan il-valur huwa stmat li jibqa' fl-ekonomija lokali?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda ma-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34197, infurmata li l-ERA ma jkollhiex informazzjoni dwar il-valur ekonomku tat-tessuti li jiġu esportati, imma jkollha biss informazzjoni fuq kwantitajiet ta’ tessuti esportati bħala skart.
Tista’ l-Ministru tipprovdi informazzjoni dwar il-kwantitajiet u l-valur tat-tessuti miġbura f’Malta u esportati barra l-pajjiż? Tista’ tgħid ukoll jekk tinżammx distinzjoni ċara bejn tessuti esportati għall-użu mill-ġdid u dawk esportati għar-riċiklaġġ jew rimi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s-settur li jiġbor direttament it-tessuti użati għall-użu mill-ġdid huwa mmexxi mis-settur privat, bħal
charity shops
. Jekk dawn it-tessuti użati jiġu esportati, l-ERA ma jkollhiex informazzjoni dwar il-kwantitajiet u l-valur tat-tessuti miġburin u esportati (bħala prodott). Fil-każ li t-tessuti jiġu esportati bħala skart, dawn isegwu l-proċeduri Ewropej li jirregolaw vjaġġi ta’ skart, u l-ERA tiġi infurmata. Normalment, dawn it-tessuti jiġu esportati għar-riċiklaġġ u mhux għar-rimi.
L-ERA tirregola wkoll l-immaniġġjar lokali tat-tessuti tal-iskart li bħalissa jinġabru minn operatur privat (il-bins blu). It-tessuti kollha depożitati f’dawn il-bins jitqiesu bħala skart u għalhekk l-immaniġġjar tagħhom huwa regolat permezz ta’ permess maħruġ mill-ERA.
Sadanittant, informata wkoll li l-ammont ta’ tessuti miġbur minn Wasteserv matul l-2025 huwa ftit inqas minn ħames tunnellati u nofs .
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-sistemi tal-ARMS u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) jindunawx b’mod awtomatiku u mmedjat jekk smart meter jieqaf jaħdem jew jieqaf jirreġistra l-konsum?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34195, ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinduna f’każ li l-apparat li jitwaħħal mal-meter tal-ilma jieqaf jitrasmetti jew ikun hemm nuqqas ta’ konsum reġistrat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-ħidma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, matul il-perjodu tal-kuntratt li se jiskadi fis-7 ta’ Frar 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-ħidma tal-individwu msemmi kienet tiffoka fuq koordinazzjoni strateġika u appoġġ dirett fit-twettiq tal-miri tal-Ministeru fejn huwa ta’ assistenza diretta fit-twettiq ta’ proġetti relatati mal-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, filwaqt li żgura li l-miri tal-Ministeru jintlaħqu b’mod effiċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux se jiġi mġedded għal sena oħra, peress li hu mistenni li jiskadi fis-7 ta’ Frar tal-2026 (fuq skala 3)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li abbażi tal-kontribut pożittiv u r-riżultati miksuba minnu, għaddej il-proċess sabiex il-kuntratt tiegħu jiġi mġedded u jkun jista' jkompli jagħti s-sehem tiegħu fi ħdan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk childcarers Maltin u li allura huma fluwenti fil-lingwa Maltija, humiex se jkunu intitolati għall-istess inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ovvju li ċ-childcarers Maltin, u li allura kif qed jgħid hu jitkellmu bil-Malti, se jieħdu dan l-inċentiv finanzjarju li ntroduċejna bħala parti minn ftehim ġdid li kompla jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fiċ-ċentri li grazzi għall-għajnuna tal-gvern jipprovdu s-servizz taċ-childcare b’xejn f’pajjiżna.
Fil-każ ta’ persuni mhux Maltin l-aġenzija Jobsplus se tħaddem l-istess proċedura li tintuża f’kull każ ta’ allowance relatat ma’ kompetenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk liċ-childcarers barranin, li effettivament jiksbu l-livell rekwiżit sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv, humiex se jkunu assessjati b’mod kontinwu sabiex ikun assigurat li l-livell jinżamm wara li jkun inkiseb?
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun amministrat il-livell rikjest miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Ħal Qormi mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi sena 2024 sar:
· xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq id-Dielja, P/O Triq il-Ħarifa u Triq is-Sajf.
· ingħata wiċċ ġdid fiTriq Manuel Borg Gauci, fit- toroq rurali fl-akwati tal-Ħandaq, (qrib ir-roundabout tal-Monument tat-Tieni Gwerra Dinjija), kif ukoll fi Triq l-Imdina.
· xogħol ta’manutenzjoni fi Triq il-Mithna u Triq id-Dukkara.
Fis-sena 2025, sar
· xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Guze Duca.
· xogħol ta’ manutenzjoni ta’ parti minn Ħamrun Bypass u Triq ħal Qormi.
Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal in-National Cancer Plan peress li l-aħħar pubblikazzjoni kienet tkopri mill-2017 sal-2021?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-National Cancer Plan qed jiġi aġġornat sabiex jibni fuq il-pjan preċedenti. Ix-xogħol fuq dan l-aġġornament qed isir f’kollaborazzjoni ma’ diversi stakeholders ewlenin fil-qasam tal-onkoloġija, inkluż professjonisti tas-saħħa, entitajiet governattivi u rappreżentanti tal-pazjenti. Għal dan il-għan, ġie ffurmat kumitat multidixxiplinari li jiġbor flimkien dawn il-professjonisti. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-pjan il-ġdid jirrifletti l-iżviluppi riċenti fil-kura tal-kanċer kif ukoll il-prijoritajiet nazzjonali u Ewropej f’dan il-qasam. IL-pjan IL-ġdid ser jkopri l-perjodu 2026–2035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw Professional Leads tal-Allied Health mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infrmet li fil-perjodu msemmi kien hemm żewġ riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdem fid-direttorat tal-Allied Health Professionals u fid-direttorat tan-nursing, maqsumin separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fid-Direttorat tal-Allied Health Professionals, hemm Direttur u tlett impjegati. Dawn l-impjegati xorta għadhom jagħmlu xogħol kliniku f’ċertu jiem.
Għar-rigward tad-Direttorat tan-Nursing, ninsab infurmat li hemm Direttur u 9 infermiera/qwiebel fi gradi diversi.