Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34241 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ittermina l-impjieg tiegħu u kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi kellu l-impjieg tiegħu tterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi informazzjoni dwar persuni minn pajjiżi terzi (TCNs) li tterminaw l-impjieg tagħhom u li kellhom l-impjieg tagħhom itterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-aħħar ta’ Awwissu 2025 (l-aħħar ċifri ppublikati). Din it-tabella hija skont informazzjoni li tirċievi Jobsplus minn għand min iħaddem mill-formoli ta’ tmiem tal-impjieg.
Infurmat li Persuna jista’ jkollha iżjed minn terminazzjoni waħda f’sena (2024) u jista’ jkun ukoll kellha terminazzjoni oħra s-sena ta’ wara (fl-2025). Għalkemm kien hemm dawn it-terminazzjonijiet, persuna jista’ jkun li qed taħdem ma’ xi employer ieħor.
Filfatt infurmat li meta wieħed jħares lejn l-ammont ta’ persuni minn pajjiżi terzi li kellhom l-impjieg tagħhom tterminat u ma kienx segwit minn ingaġġ ġdid, dan kien ilaħħaq il-fuq minn 10,000 fl-2024, li matul is-sena l-oħra beda nieżel b’mod persistenti għal madwar 8200 (din ta l-aħħar hija informazzjoni dwar kemm harġu bejn Awwissu 2024 u 2025). Għalhekk dan jindika li qed jiġi osservat titjib sostanzjali fir-Retention tal-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi li huwa wieħed mil-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy.
Sena
Xahar
Impjieg itterminat (employer terminated)
Ittermina l-impjieg (resigned)
Total
2024
Jannar
775
2,222
2,997
Frar
791
2,051
2,842
Marzu
846
2,276
3,122
April
977
2,289
3,266
Mejju
870
2,521
3,391
Ġunju
683
2,239
2,922
Lulju
876
2,433
3,309
Awwissu
817
2,321
3,138
Settembru
920
2,089
3,009
Ottubru
913
2,266
3,179
Novembru
871
2,009
2,880
Diċembru
583
1,833
2,416
Sena
Xahar
Impjieg itterminat (employer terminated)
Ittermina l-impjieg (resigned)
Total
2025
Jannar
771
1,915
2,686
Frar
613
1,812
2,425
Marzu
648
2,019
2,667
April
679
2,055
2,734
Mejju
751
2,181
2,932
Ġunju
726
2,267
2,993
Lulju
718
2,047
2,765
Awwissu
769
1,937
2,706
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34140 u jgħid mil-liema dixxiplina sportiva nstabu pożittivi għad-doping atleti fl-2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infrumat li matul is-snin imsemmija id-dixxiplini sportivi affetwati kienu basketball, football, handball, hockey, powerlifting u r-regatta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34138 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34021 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jirritornaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom issa li għadda xahar minn mindu fetħu l-applikazzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ applikazzjonijiet ilaħħaq għal aktar minn 50% tal-fondi li ġew allokati għal din l-iskema.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33692, jista’ l-Ministru jindika kemm miż-żgħażagħ taħt il-35 sena li jgħixu f’Malta huma ta’ nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija li ġew jgħixu f’pajjiżna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 169,899 żgħażagħ taħt il-35 sena li jgħixu Malta, 91,066 huma ta’ nazzjonalità Maltija.
Bormla - Binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Proġett
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-proġett tal-Akkomodazzjoni Soċjali ta’ Bormla jitlesta kompletament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-Akkomodazzjoni Soċjali f’Bormla mistenni jitkompla fiż-żmien li ġej bl-intiża li x-xogħol jibqa’ għaddej sakemm jitlestew kompletament.
Bormla - Binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali li tinsab Bormla humiex qed ikomplu? Jekk le, jista’ jindika r-raġunijiet għaliex ix-xogħol twaqqaf, u meta hu mistenni li jerġa’ jibda x-xogħol fuq dan il-proġett?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali f’Bormla bħalissa jinsabu sospiżi u huma mistennija li jitkomplu fi żmien li ġej.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta’ Project Green fuq reklamar, promozzjoni, attivitajiet, midja soċjali, billboards, retainers, print media, web advertising u kwalunkwe tip ieħor ta’ kampanji promozzjonali, u nefqa relatata ma’ PR, mill-bidu tal-aġenzija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 33119 u 34058.
Project Green - Xiri u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont totali ta’ infiq ta’ Project Green għal xiri u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli mill-2023 sal-aħħar tal-2025, maqsuma separatament għal kull sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din il-leġiżlatura sa tmiem l-2025, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika kif ukoll entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn bejniethom ħawlu madwar 60,000 siġra u aktar minn 100,000 arbuxell.
Project Green waħedha investiet €464,001 f’siġar u arbuxelli mill-2023 sal-2025. Dan l-investiment kien maqsum hekk: €65,000 fl-2023, €92,500 fl-2024 u €306,501 fl-2025.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każijiet mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) provdiet is-servizz tal-ilma u d-drenaġġ qabel ma nħareġ compliance certificate tal-post fejn ingħata? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u tgħid x'kienu r-raġunijiet għalfejn ingħata dan it-tip ta' permess?
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każijiet mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn l-Enemalta provdiet is-servizz tal-elettriku qabel ma nħareġ compliance certificate tal-post fejn twaħħlu? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u tgħid x'kienu r-raġunijiet għalfejn ingħata dan it-tip ta' permess?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34029 u jgħid jekk inħarġitx direttiva sabiex fl-iskejjel sekondarji tal-Istat jitneħħa l-kurċifiss mill-klassijiet? Fin-nuqqas ta’ direttiva, jista’ jgħid jekk kienx hemm kurċifiss li tneħħa mill-klassijiet tal-inqas f’waħda mill-iskejjel sekondarji tal-istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kien hemm direttiva sabiex jitneħħew il-kurċifissi mill-iskejjel sekondarji tal-istat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33983 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin, maqsuma lokalità b’lokalità?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34136 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), hekk kif previst f'Artikolu 18 tal-Att li jirregola l-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern, u l-qligħ li għamlet l-ARUC iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li r-rapport operattiv annwali ġie mħejji mill-Awtorità skont kif previst fil-Kap. 628 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Intant, ninsab infurmat wkoll li l-kontijiet annwali tal-istess Awtorita’ qiegħdin fi stadju ta’ konklużjoni u ser ikunu qed jiġu ppreżentati quddiem din il-Kamra fil-ġimgħat li ġejjien.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li illum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Is-Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti update fuq ix-xogħol li għaddej fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi ġew iffinalizzati x-xogħlijiet ewlenin ta’ servizzi ġodda, inkluż l-ilma għax xorb, lqugħ għall-ilma tax-xita, drenaġġ u irrigazzjoni għal planters.
Bdiet titqiegħed l-kurduna l-ġdida li ser tifforma l-parkeġġi ġodda li jifirdu is-service road minn mal-main road.
Qiegħed ukoll jingħata wiċċ ġdid lill-bankina man-naħa tal-belvedere bit-tqegħid ta’ madum li għandu finish ta’ exposed aggregate.
Ix xogħol kollu f’din it-triq għandu jitlesta fis-sajf ta’ din is-sena.