Legislature:
Category:
Reset
Active:

Project Green – Infiq fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta’ Project Green fuq reklamar, promozzjoni, attivitajiet, midja soċjali, billboards, retainers, print media, web advertising u kwalunkwe tip ieħor ta’ kampanji promozzjonali, u nefqa relatata ma' PR, mill-bidu tal-aġenzija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li għadni kemm tajt għall-istess mistoqsija ta’ kollega tagħha bin-numru 34271.

Project Green – Xiri u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont totali ta’ infiq ta’ Project Green għal xiri u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, mill-2023 sal-aħħar tal-2025, maqsuma separatament għal kull sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li għadni kemm tajt għall-istess mistoqsija ta’ kollega tagħha bin-numru 34270.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni

Cannabis Harm Reduction Associations

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34137 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew jagħti dettalji tat-total ta’ pjanti tal-kannabis li ġew ikkultivati mill-Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kilogramma ġiet imqassma lill-membri u kemm minnha ntremiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li kif gejt infurmat mill-ARUC  bejn Jannar 2024 u Dicembru 2025 ġew imqassma 1,087kg ta’ kannabis u ġew imkabbra 21,372 pjanta mill-Assocjazzjonijiet imsemmija. Minn dawn, ġew distruti b’mod responsabbli u sigur 5,749 kg materjal użat għat-tkabbir u materjal tal-pjanta li ma għandux użu fil-konsum tal-kannabis.

MVPA – Auditorium - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34113 u ċjoè: Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 14 PQ #34288 Sitting 435 - 18/02/2026 16:00 2026-02-18 Oral · Final From: IVAN CASTILLO (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principal Technician Colloquium - Riżultati tas-sejħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34178 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid x’kienu r-riżultati tas-sejħa (posting) għall-kariga ta’ Principal Technician Colloquium? Jista’ wkoll jipprovdi tqassim (break down) tar-riżultati kif ingħataw, kif ukoll il-kariga u l-grad preċedenti tal-persuni li ġew intervistati (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Colloquium għal Principal Technical Officers sar skont il-provedimenti stabiliti fil-Ftehim rispettiv. Ir-rizultati li huma delegati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku jiġu infurmati lil applikanti rispettivi. Fil-każ ta’ bżonn ta’ appell dan għandu jsir lil Kummissjoni fi żmien stabbilit fir-regolamenti.

TCNs – Permessi ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34242 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kellux il-permess ta' residenza mġedded? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ma applikawx biex iġeddu l-permess u kemm minnhom kellhom il-permess imġedded, mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u jaqsam din l-informazzjoni f'kolonni separati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ permessi ta’ residenza, kemm dawk mġedda kif ukoll dawk li ma ġewx imġedda, huma ndikati fit-tabella t’hawn taħt, maqsuma xahar b’xahar. Sena Xahar TCNs li ma kellhomx il-permess ta' residenza mġedded TCNs li kellhom il-permess ta' residenza mġedded 2024 Jan 1,616 1,408 2024 Feb 1,375 1,463 2024 Mar 1,400 1,933 2024 Apr 2,431 2,803 2024 May 1,720 2,574 2024 Jun 1,051 2,345 2024 Jul 992 2,151 2024 Aug 891 2,231 2024 Sep 928 2,338 2024 Oct 845 2,216 2024 Nov 1,024 2,730 2024 Dec 702 2,088 2025 Jan 1,521 1,736 2025 Feb 1,351 1,797 2025 Mar 1,312 2,092 2025 Apr 2,309 2,888 2025 May 1,345 2,687 2025 Jun 804 2,329 2025 Jul 1,290 2,526 2025 Aug 891 2,629

Ħal Luqa - Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Ħal Luqa mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?  Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi sena 2024 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’: ·        Triq Annabelle Vassallo, ·        Triq l-Imqabba, ·        Triq il-Knisja l-Qadima u ·        Triq Salvu Borg Olivier. Fi sena 2025 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid: ·        f’parti minn Blat il-Qamar, ·        Triq Salvu Borg Olivier, ·        Ta' Kandja CPD Headquarters, ·        Triq Nicolo Baldacchino, ·        Triq Giacomo Leopardi, ·        Triq Santu Kristu ta’ l-Għolja. Ninfurmah ukoll li din is-sena tlesta xogħol fi Triq Wied tal-Lewża.

Is-Siġġiewi - Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru fis-Siġġiewi mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi sena 2024 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’: ·        Triq Annabelle Vassallo, ·        Triq l-Imqabba, ·        Triq il-Knisja l-Qadima u ·        Triq Salvu Borg Olivier. Fi sena 2025 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid: ·        f’parti minn Blat il-Qamar, ·        Triq Salvu Borg Olivier, ·        Ta' Kandja CPD Headquarters, ·        Triq Nicolo Baldacchino, ·        Triq Giacomo Leopardi, ·        Triq Santu Kristu ta’ l-Għolja Ninfurmah ukoll li din is-sena tlesta xogħol fi Triq Wied tal-Lewża.

Persuni li rtiraw ta’ 61 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rtiraw ta’ 61 sena mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll x’inhuma x-xejriet u x’qed iwassal għal tali xejriet u kemm kienu effettivi l-miżuri li ddaħħlu f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta fit-tabella ta’ hawn taħt. Kif wieħed jista’ jara mit-tabella, ix-xejriet fl-aħħar snin huma li aktar nies qed jagħżlu li jtawwlu l-ħajja tagħhom fid-dinja tax-xogħol u fl-istess ħin idewmu ż-żmien meta jibdew jirċievu l-pensjoni. Filwaqt li fl-2012, qabel ma l-età tar-irtirar żdiedet għal 62 sena, kellna 2,657 persuni li rtiraw fl-età ta’ 61 sena, bl-ewwel żieda fl-età tal-irtirar għal 62 sena, dan in-numru naqas għal 1,368 fl-2013. Sal-2018, in-numru ta’ dawk li rtiraw fl-età ta’ 61 sena baqa’ xi ftit jew wisq stabbli b’varjazzjonijiet żgħar. Dan minkejja li l-età tal-irtirar reġgħet żdiedet lejn l-aħħar ta’ dan il-perjodu għal 63 sena. Mill-2019 sal-2022 kien hemm tnaqqis ieħor relattivament żgħir, minkejja li l-età tal-irtirar reġgħet żdiedet lejn l-aħħar ta’ dan il-perjodu għal 64 sena. In-numri bdew jonqsu b’pass aktar mgħaġġel mill-2023, tant li fl-2025 ta’ 61 sena rtiraw nofs dawk li rtiraw fl-2013 u kwart ta’ dawk li rtiraw ta’ 61 sena fl-2012. Għalkemm iż-żieda fl-età tal-irtirar, riżultanti mir-riforma tal-2006, u magħha persuni b’kontribuzzjonijiet insuffiċjenti li ma jistgħux jirtiraw kmieni, għenu sabiex naqsu n-numri inizjalment, l-akbar fattur kien bla dubju l-introduzzjoni tal-inċentiv għal min jipposponi l-pensjoni. Dan l-inċentiv daħal fl-2016, inizjalment għall-impjegati fis-settur privat, u eventwalment kien estiż għall-impjegati fis-settur pubbliku fl-2019 u l-2020. Fattur ieħor aktar riċenti kien iż-żieda fir-rata ta’ dan l-inċentiv fl-2024 – dan aċċellera t-tnaqqis wara l-2023. Fil-fatt, waqt li bejn l-2016 u l-2023, il-perċentaġġi ta’ pensjoni addizzjonali għal min jipposponi l-pensjoni kienu jvarjaw bejn 5% għal sena ta’ posponiment u 23% għal 4 snin ta’ posponiment tal-pensjoni, dawn fl-2024 żdiedu għal bejn 6.5% u 29%. Pensjonanti li rtiraw fl-età ta’ 61 sena Sena Ammont 2012 2,657 2013 1,368 2014 1,266 2015 1,213 2016 1,254 2017 1,223 2018 1,220 2019 1,123 2020 1,155 2021 1,124 2022 1,079 2023 936 2024 864 2025 685

Is-Swieqi u l-Madliena – Public EV charging pillars

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaħħlu public EV charging pillars ġewwa s-Swieqi u l-Madliena, fid-dawl li għad m’hemmx charging pillars f’dawn il-lokalitajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Swieqi diġà hemm 10 charging points għall-użu pubbliku, kif ukoll sitt charging points oħra li kienu tal-GoTo u li qegħdin fil-proċess biex jiġu rijattivati. Ninsab infurmata li ġew identifikati wkoll numru ta’ siti oħrajn fis-Swieqi u l-Madliena fejn jistgħu jitwaħħlu charging pillars ġodda għall-pubbliku.

San Ġiljan - Triq Wied Għomor u Triq Forrest - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ rapport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar bracket bil-wires tad-dawl li qed jinqala’ minn mal-faċċata tal-indirizz li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, tista’ l-Ministru tara li dan il-bracket jittranġa? Tista’ tgħid ukoll jekk l-Enemalta tagħmilx tajjeb fl-eventwalità ta’ ħsara lil terzi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li n-numru tan-notifika provdut mill-Onor. Interpellant ma jikkorrispondi mal-ebda rapport. L-unika rapport li kien hemm fir-rigward tat-toroq indikati f’din il-mistoqsija kien jirrigwardja ‘dangerous aerial lines’ li, skont ma jien infurmata, rriżulta li huma ta’ terzi u mhux tal-Enemalta.

Tas-Sliema - Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' kriminalità f'Tas-Sliema bejn l-2010 u l-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija għal tas-Sliema mis-sena 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2025 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. L-informazzjoni turi kif bis-saħħa tal-prevenzjoni u preżenza aktar, ir-rata ta' kriminalità f'din il-lokalità naqset, minkejja żieda l-attività ekonomika, popolazzjoni u turiżmu. Sena Numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati - Sliema 2010 894 2011 814 2012 1176 2013 1062 2014 1158 2015 1289 2016 1440 2017 1383 2018 905 2019 855 2020 653 2021 648 2022 645 2023 673 2024 638 2025 592

Malta - Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' kriminalità f'pajjiżna bejn l-2010 u l-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali għall kull elf persuna rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija f’dawn il-gżejjer mis-sena 2004 sal-aħħar ta’ Diċembru 2024 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Year Crimes per 1000 persons 2004 46 2005 46 2006 40 2007 37 2008 36 2009 29 2010 32 2011 34 2012 37 2013 41 2014 38 2015 39 2016 38 2017 37 2018 33 2019 31 2020 25 2021 30 2022 28 2023 30 2024 29

Qorti - Persuni li tressqu b’arrest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet b'arrest quddiem il-Qorti matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom tressqu fuq vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni ser tiġi provduta f'seduta oħra.

Total ta’ ħaddiema reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema reġistrati f'impjieg full-time fl-oqsma tat-turiżmu u divertiment, saħħa, kura tal-anzjani, kostruzzjoni u amministrattivi, li huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra mhux fl-UE?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra mhux fl-UE li huma reġistrati f'impjieg full-time fl-oqsma tat-turiżmu u divertiment, saħħa, kura tal-anzjani, kostruzzjoni u amministrattivi kien ta’ 36,324 sal-aħħar t’ Awwissu 2025 (l-aħħar ċ-ċifri ppublikati).

Qtugħ ta’ dawl

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34124, tista’ l-Ministru tgħid x’kienet it-tip ta’ ħsara lokalizzata jew manutenzjoni fi Triq il-Wied u f’partijiet oħra tal-Iklin imsemmija f’kull waħda minn dawn l-istanzi: - 27 ta’ Novembru 2025 bejn 1am - 9am; - 4 ta’ Diċembru mal-lejl; - 4 ta’ Diċembru bejn 3.15pm - 8pm; - 5 ta’ Diċembru bejn 7am u 12.15pm; - 9 ta’ Diċembru; - 18 ta’ Diċembru, manutenzjoni ppjanata bejn 10pm-5am; - 31 ta’ Diċembru bejn 11.15am - 1.30pm; u - 2 ta’ Frar 2026, ippjanata bejn 8.30am - 2pm, imma s-servizz ġie lura fl-4pm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fiż-żona indikata żviluppaw ħsarat fuq feeder partikolari. Għaldaqstant, apparti li saru xogħlijiet fuq tiswija ta’ dan il-feeder sar ukoll rinfurzar tas-sistema b’feeder ġdid u manutenzjoni fuq is-sistema inġenerali. Kull meta kien possibbli, dawn ix-xogħlijiet saru  mal-lejl biex l-inkonvenjent kien mill-inqas possibbli.

Ħal Tarxien – Triq Karlu Maratta - Tappieri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34235 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12446, u peress li kif jidher mir-ritratti annessi kien hemm tappieri li ġew magħluqa u siġillati bil-konkos fi Triq Karlu Maratta f’Ħal Tarxien, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan sar u fejn kien pjanat li jiskula l-ilma tax-xita, hekk kif iż-żona llum il-ġurnata qed iżżomm ħafna ilma kuntrarju għal li kien jiġri qabel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-intervent allegat ma sarx mill-Ministeru jew entitajiet fi ħdanu.