Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30196 u 31061 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm inkisru ‘protection orders’ li ħarġu favur il-vittmi tal-vjolenza domestika mill-allegati aggressuri fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Jannar tas-sena 2024 sal-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm mija u tnejn (102) ordni ta’ protezzjoni maħruġa favur vittmi ta’ vjolenza domestika f’dawn il-gżejjer li ġew miksura u ttieħdu proċeduri fil-Qrati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi hemm sitta u għoxrin (26) parkeġġ irriżervat għall-impjegati b’diżabilita’.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilita’ fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s'issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea, li ġew jew mistennija, jiġu trasposti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026. Għaldaqstant, il-Ministeru m’għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva li mistenni jimplimenta matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, u sal-lum m’hemm l-ebda Direttiva pendenti għat-traspożizzjoni f’dan l-istess perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, u għalhekk ma hemm l-ebda Direttiva li għadha pendent f’isem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, ma hemm ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea b’terminu ta’ traspożizzjoni li jaqa’ f’dan il-perjodu u li taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għall-Kultura, Artijiet u Gvern Lokali. M'hemm ebda direttiva li għadha pendenti sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026.
Money Laundering – Persuni taħt inkjesti maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika dwar in-numru ta’ akkużati li kienu wkoll taħt inkjesti maġisterjali relatati ma’ każi ta’ ħasil ta’ flus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Money Laundering – Predicate Offences – Skemi u riformi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti skemi jew riformi fiskali biex ir-riskju li l-offiżi fiskali jsiru predicate offences għall-ħasil ta’ flus, jitnaqqas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reati fiskali kollha għadhom jitqiesu
predicate offences
għall-ħasil ta’ flus u kull min, fir-rwol tiegħu, jiltaqa’ ma reati fiskali li kwalifikaw bħala predicate offence, għandu jirrapporta dan lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tali reati jiġu investigati.
Iżda, tramite l-Att Nru XXX tal-2025, li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa, ġie leġiżlat li persuna investigata jew mixlija b’reat/i fiskali (predicate offence/s) u ksur konness, tista’ tagħmel ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana sabiex minflok jittieħdu jew jitkomplew proċeduri kriminali kontra tagħha, tħallas penali addizzjonali li tista’ titla sa miljun (1,000.000) euro.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx valutazzjoni dwar l-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija minn reati relatati ma’ ħasil ta’ flus identifikati fl-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA tikkonferma li m’hemm l-ebda studju dwar dan is-suġġett u qatt ma rċeviet jew ġabret data dwar reati ta’ ħasil ta’ flus.
Rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi - Nuqqasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx osservati nuqqasijiet jew sfidi fir-rappurtar ta’
tranżazzjonijiet suspettużi
(STRs) li effettwaw il-progress ta' każijiet ta’ ħasil ta’ flus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif indikat fin-National Risk Assessment, li ġie ppubblikat mill-NCC f’Diċembru 2023, il-livell tar-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi (STR’s) huwa ġeneralment meqjus bħala wieħed tajjeb.
Money Laundering – Investigazzjonijiet u kollaborazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet tal-Istat (bħal CFR, FIAU, Pulizija, MFSA, Dwana), kienu involuti f’investigazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus, u kemm-il darba saret kollaborazzjoni inter-dipartimentali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.