Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġu ssalvagwardjati r-residenti li joqogħdu fi Vjal Kottoner, il-Fgura minħabba l-istat li tinsab fih l-bankina?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi rranġata l-bankina bejn numri 119 u 123 fi Vjal Kottoner, il-Fgura peress li r-residenti qed isibuha diffiċli biex joħorġu mid-dar tagħhom minħabba l-istat li tinsab fih?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la darba ma jkunx hemm ostkali jew strutturi privati bħal culverts, l-għan huwa li jinbidlu u jiġu mibnija mill-ġdid il-bankini kollha ġo Vjal Kottoner.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33895 u 34049 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31762, fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026?
Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ġranet ta' vaganza (u li allura fihom ma joperax) Klabb 3-16 matul is-sena kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Klabb 3-16 jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa apparti fil-festi pubbliċi, l-għada tal-Għid il-Kbir il-ġimgħa ta’ Santa Marija, erbat ijiem fil-vaganzi tal-Milied, u meta l-iskola jkollha SDPs, cope sessions, parents’ day jew prize days.
Tista' l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fil-parti ta' isfel ta' Triq San Mikiel fl-Iklin u mil-liema entità? Tista’ tgħid ukoll meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol u x'miżuri qed jittieħdu sabiex ma jikkawżax periklu għas-sewwieqa u għar-residenti fl-akkwata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi proġett li mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin u li jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ tkabbir u rerouting tal-mejn li qed jilqa’ d-drenaġġ minn Naxxar u t-telgħa tal-Iklin fi Triq Ġeronimo Abos, l-Iklin. Bħalma jsir f’kull proġett li twettaq, il-Korporazzjoni dejjem tassigura li jiġi evitat kull periklu għall-pubbliku u jkunu mħarsa r-regolamenti dwar saħħa u sigurtà.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġie identifikat u magħżul il-materjal speċifiku (żrar) għas-sit tal-picnic area f’Ta' Qali, u fuq liema bażi teknika ġie deċiż li dan huwa adegwat għal din iż-żona? Jista' jgħid ukoll liema studji tekniċi jew xjentifiċi saru qabel biex jiġġustifikaw l-użu ta' dan il-materjal partikolari?
App ‘Charge my Ride’ - Dħul mill-kuntrattur lill-Ministeru
Question
B’referenza għar-rapport ta’ segwitu tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), li juri li għalkemm l-app ‘Charge my Ride’ tnediet f’Ottubru 2021, sa nofs Ġunju 2025 l-ebda dħul ma kien għadu ġie trasferit mill-kuntrattur lill-Ministeru, filwaqt li l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) stmat li l-flus iġġenerati bejn Ottubru 2021 u Frar 2025 huma ta’ madwar €1.05 miljun:
Tista’ l-Ministru tgħid:
i. jekk sal-lum id-dħul ġiex trasferit lill-Ministeru;
ii. kemm hu l-ammont eżatt u totali dovut lill-Gvern sal-aħħar perjodu disponibbli;
iii. x’inhi d-data meta l-Ministeru huwa mistenni li jirċievi l-ewwel trasferiment u l-ħlasijiet kollha pendenti; u
iv. f’liema stadju wasal il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni li, skont l-NAO, kien qed isir minn Certified Public Accountant għall-perjodu bejn Jannar u Awwissu 2024, u x’kien l-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), li jgħid li l-kuntratt kien jinkludi ammont ta’ €16,000 (eskluż il-VAT) li kellu jitħallas mill-kuntrattur għall-ispare parts, iżda l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) ma kellhiex dokumentazzjoni dwar jekk dan l-ammont ġiex assorbit mill-kuntrattur, u li l-istess Aġenzija ħallset €83,971 fi spare parts bejn l-2023 u l-2024, tista’ l-Ministru tgħid:
i. jekk il-kuntrattur assorbiex jew le l-ammont ta’ €16,000 kif stipulat;
ii. jekk ir-risposta hija fin-negattiv, x’kienet ir-raġuni għalfejn dan ma sarx; u
iii. x’passi ttieħdu jew se jittieħdu biex jiġu rkuprati s-somom dovuti lill-Gvern?
Tista’ tipprovdi wkoll break down dettaljat tat-€83,971 li ntefqu mill-Aġenzija, billi tindika s-siti fejn intużaw, it-tip ta’ spare parts mixtrija, u l-perjodi ta’ meta saru dawn il-ħlasijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-figura ta’ €16,000 (eskluża l-VAT) li qed tiġi kkwotata hija figura li, fi żmien li kien qed isir l-ewwel eżerċizzju ta’ verifika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) bejn l-2021 u l-2022, kienet diġà meqjusa assorbita; tant hu hekk li fl-istess żmien kienet issir manutenzjoni bl-użu ta’ spare parts li kienu disponibbli. Imbagħad, fl-2023 u l-2024, kif anke jirriżulta mill-Follow-up Audit innifsu, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, li fil-frattemp kienet ħadet f’idejha l-proġett tal-installazzjoni taċ-charging pillars pubbliċi, ħallset is-somma ta’ €83,971 fi spare parts. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar l-istock ta’ spare parts li ġie kopert bl-ispiża msemmija u li parti minnu għadu disponibbli biex jintuża għall-ħtiġijiet futuri.
Fid-dawl ta’ rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), li jindika li l-kuntratti għaċ-charging pillars li ġew installati qabel Lulju 2022 ma kinux koperti b’garanzija tal-prestazzjoni valida, tista’ l-Ministru tgħid:
i. għal liema perjodu eżatt ma kienx hemm garanziji validi;
ii. kemm-il charging pillar kien affettwat minn dan in-nuqqas;
iii. x’riskju finanzjarju jew operattiv ġarrab il-Gvern jew l-entità konċernata; u
iv. x’miżuri ttieħdu biex jiġu mitigati dawn ir-riskji jew biex jiġu rkuprati spejjeż, jekk kien hemm?
Response (DALLI, MIRIAM)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta, li mill-informazzjoni li ngħatatli, jidher li hija qed tikkwota minn rapport dwar l-eżitu tal-ewwel eżerċizzju ta’ verifika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) li sar bejn l-2021 u l-2022. Ninfurmaha wkoll li sadanittant, fl-2025 kien sar follow-up audit min-NAO u dan sab li fil-frattemp kienu ġew implimentati linji gwida dwar l-amministrazzjoni tal-garanziji tal-prestazzjoni. Ninsab infurmata li qabel Lulju 2022 kien hemm garanziji li kienu qed jiġu amministrati minn Transport Malta bħala l-Awtorità Kontraenti oriġinali u li kwalunkwe interruzzjoni li seta’ kien hemm ġiet solvuta f’Lulju 2022.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29408, tista’ l-Ministru tispjega x’jitqies formalment bħala rapport lill-Awtorità jew lill-entità responsabbli rigward iċ-charging pillars, u b’mod partikolari jekk messaġġ fuq WhatsApp jew fuq mezzi simili ta’ komunikazzjoni jitqies bħala rapport validu, jew jekk hemmx xi rekwiżiti speċifiċi (bħal formola, email, hotline jew sistema online) biex ir-rapport ikun jista’ jiġi rreġistrat u pproċessat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-kuntrattur privat li jopera ċ-charging pillars joffri diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel rapport dwarhom. Dan jista’ jsir kemm bit-telefon, bil-WhatsApp, b’email, jew permezz tal-formula diġitali li hemm fiċ-Charge My Ride app kif ukoll fuq il-website Chargemyride.mt. Biex jiġi proċessat trid tiġi mgħoddija l-informazzjoni neċessarja skont il-każ li jkun qed jiġi rappurtat.
Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa – Pjanijiet ta’ rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet konkreti biex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jespandi fl-ispazju li bħalissa huwa okkupat ukoll mill-Kunsill Lokali u mill-Għassa tal-Pulizija tal-istess lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet uffiċjali mal-Kunsill Lokali u mal-Korp tal-Pulizija dwar ir-rilokazzjoni tagħhom u f’liema stadju jinsabu dawn it-taħditiet?
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jaħdmu fl-Allied Health, fil-grad Officer in Scale minħabba li kellhom pożizzjoni ta’ Director jew Assistant Director, maqsuma skont il-professjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm Speech Therapist u Occupational Therapist li huma fil-grad ta’ Officer in Scale.