Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta u Għawdex – Bdiewa u sajjieda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru totali ta’ bdiewa u sajjieda reġistrati full-time u part-time mill-2022 sal-2025, separatament għal Malta u Għawdex, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni segwenti. · Bdiewa (ma tinżammx informazzjoni jekk hux full-time jew part-time) Tmiem is-sena Total ta’ bdiewa reġistrati Bdiewa f’ Malta Bdiewa f’ Għawdex 2022 12,350 10,007 2,343 2023 13,471 10,776 2,695 2024 14,402 11,234 3,168 2025 15,472 12,066 3,406 Sajjieda SENA 2022 2023 2024 2025 Numru ta' Sajjieda Professjonali (FT & PT) MFA (FT) MFB (PT) MFA (FT) MFB (PT) MFA (FT) MFB (PT) MFA (FT) MFB (PT) Malta 227 275 227 267 232 253 238 251 Għawdex 57 74 57 82 61 78 57 84 Total għal kull kategorija fis-sena 284 349 284 349 293 331 295 335 Total totali fis-sena 633 633 624 630

Servizz ta’ Fast Ferry bejn Tas-Sliema, Buġibba u l-Imġarr Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ir-Request for Proposal Case 2161 – MTIP 001/2025 – ‘Request for Proposals for the Provision of Scheduled Fast Ferry Services Between Sliema, Buġibba, and Mġarr Gozo’? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub li jibdew jiġu offruti s-servizzi mitluba minn din ir-Request for Proposals?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi “Case 2161 – MTIP 001/2025” – ‘Request for Proposals for the Provision of Scheduled Fast Ferry Services Between Sliema, Buġibba, and Mġarr Gozo’ li kien ġie mressaq quddiem il-PCRB, ġie revokat. Għaldaqstant, ninsab infurmat li r-Request for Proposal qed jitkompla u mistenni jitlesta fiż-żmien li ġej.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji - Arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata bl-arretrati minn Ottubru li għadda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji - Arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata bl-arretrati minn Ottubru li għadda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata lill-istudenti kollha, jew jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta ma’ din iż-żieda, per eżempju, il-post fejn jagħmlu l-placement?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema hija miftuħa għall-istudenti kollha tas- social work u hija għażla ħielsa tal-istudenti jekk japplikawx għal din l-iskema kif ġie mħabbar jew le. Għal min b’ġħażla libera tiegħu jagħżel li jidħol f’din l-iskema hemm l-obbligu li l-istudenti jaħdmu għal sena ma’ xi entità tal-Gvern jew entitajiet li jgawdu minn għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern wara li jiksbu l- warrant ta’ social worker . Din l-kundizzjoni hija ukoll opportunita’ għall-istudent li jkun jista’ jaħdem u jagħti sehemu fis-soċjeta’. Tajjeb jingħad li kien biss riċentement li entitajiet mhux governattivi bdew jaċċettaw studenti għall- placement , meta għal ħafna snin kienet biss l-FSWS li kienet tieħu dawn l-placements, u dan wara talba speċifika mill-Università f’ dan ir-rigward.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata lill-istudenti kollha, jew jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta ma’ din iż-żieda, per eżempju, il-post fejn jagħmlu l-placement?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti fil-kors tas-social work, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-ebda waħda mill-entitajiet oħra pubbliċi jew mhux governattivi li wkoll jimpjegaw social workers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-konferenza tal-aħbarijiet li qed issir riferenza għaliha kienet organizzata b’ mod konġunt bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali w id-Drittijiet tat-Tfal u dak tal-Edukazzajoni, Żgħażagħ, Sport u Riċerka.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti fil-kors tas-social work, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-ebda waħda mill-entitatjiet oħra pubbliċi jew mhux governattivi li wkoll jimpjegaw social workers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħadd ieħor, bejn l-2008 u l-2012, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t’hawn taħt. Eta - 18 - 35 2008 2009 2010 2011 2012 TOTAL Xtraw waħedhom 1916 2003 2023 1990 1900 9832 Xtraw ma' xi ħadd 3650 3587 3610 3314 2983 17144

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, hemm parkeġġ wieħed fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu li hu riservat għal parkeġġ ta’ mpjegat b’diżabilita.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, inklużi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, hemm total ta’ 33 parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi hemm tliet (3) parkeġġi riservati għal persuni li huma detenturi ta’ blue badge. Barra minn hekk, fl-inħawi tal-binjiet tal-Ministeru u tal-Entitajiet li jaqgħu taħti, hemm diversi parkeġġi pubbliċi oħra riservati għal persuni b’diżabilità, li jistgħu jintużaw kemm mill-impjegati kif ukoll mill-pubbliku.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Persuni taħt arrest jew jiskontaw sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu effettivament il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2025 jew taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni rreġistrati li ddaħħlu fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza matul is-sena 2025 kien ta’ 1,074.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fll-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2023/1544 tat-12 ta’ Lulju 2023 li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali 18/2/2026 Direttiva (UE) 2024/869 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE fir-rigward tal-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb u l-komposti inorganiċi tiegħu u għad-diisoċjanati 09/04/2026 Direttiva (UE) 2024/1203 tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE 21/05/2026 Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) 07/05/2026 Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) 29/05/2026 *Id-Direttiva (UE) 2024/1069 diġà ġiet trasposta fid-dritt nazzjonali, filwaqt li d-direttivi l-oħra għadhom pendenti.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li din is-sena il-Ministeru implimenta d-Direttiva (UE) 2022/ 2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Hemm żewġ direttivi oħra li mistennija li jiġu implimentati fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, hekk kif ġej: 1.         id-Direttiva (UE) 2024/1233 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill  tal-24 ta’ April 2024 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, li għandha tkun implimentata sat-22 ta’ Mejju 2026; u, 2.         id-Direttiva (UE) 2024/1346 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill  tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), li għandha tkun implimentata sat-12 ta’ Ġunju 2026.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza 10/01/2026 Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew 10/01/2026 Direttiva (UE) 2024/927 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta’ investiment alternattivi 16/04/2026 Direttiva (UE) 2024/2811 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar id-Direttiva 2001/34/KE 05/06/2026 Direttiva (UE) 2024/2994 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment 25/06/2026 Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninstab infurmat li s’issa l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat matul l-ewwel nofs tas-sena 2026 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendent