Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34147 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34146 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34145 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34144 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34143 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Public Health Laboratory - Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew trasferiti l-impjegati li kienu għadhom jaħdmu fil-Public Health Laboratory fl-Evans Building, il-Belt Valletta, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34283.

Public Health Laboratory - Servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser jibda jopera l-Public Health Laboratory ġaladarba kien hemm ordni ta' żgumbrament mill-Evans Building fil-Belt Valletta? Jista' jgħid ukoll jekk is-servizz li kien jagħti dan il-laboratorju huwiex ser jibqa' jingħata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellat għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34283, infurmat ukoll li l-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika jista jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu,permezz ta outsourcing ta’ testijiet.

Public Health Laboratory - Evakwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex impjegati tal-Public Health Laboratory fl-Evans Buildings, il-Belt Valletta ngħataw struzzjonijiet biex jevakwaw il-post minnufih?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li, fuq rapport tal-perit inkarigat, ittieħed deċiżjoni sabiex il-ħaddiema tal-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jkunu rilokati għal binja oħra aktar addattata. Sadanitant, l-impjegati ġew rilokati temporanjament fl-uffiċċju ewlieni tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali f’Santa Venera sakemm jinstab post alternattiv.

NSO - Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33894 u permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33693 u jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t’hawn taħt. Din l-informazzjoni ma tinġabarx mill-NSO iżda tinġabar mill-MTCA. Età 18-35 2020 2021 2022 2023 2024 TOTAL Xtraw waħedhom 2650 3601 3545 3019 3070 15885 Xtraw ma' xi ħadd 3428 4399 3919 3146 2946 17838

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33946 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħad-Dingli – Skola sekondarja – Aċċess għall-bitħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni rigward l-iskola sekondarja f’Ħad-Dingli, minħabba l-fatt li l-istudenti mhux jitħallew jaċċessaw il-bitħa tal-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola msemmija sar proġett li kien jinvolvi l-kostruzzjoni ta' struttura permanenti fil-bitħa tal-iskola li tinkludi tinda motorizzata ritrattibbli biex l-iskola tkun tista' torganizza attivitajiet fil-miftuħ waqt li t-temp ma jkunx favorevoli.  Ħafna mix-xogħol sar matul is-sajf tas-sena li għaddiet, kif ukoll wara l-ħinijiet tal-iskola biex l-inkonvenjent għall-iskola jkun minimu. Il-proġett tlesta u l-bitħa hi sigura biex tintuża.

L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi u studji lesti dwar it-Traffic Management fl-Imġarr wara li tressqet il-petizzjoni ‘Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit’ u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità wettqet l-evalwazzjonijiet u l-analiżi meħtieġa dwar il-ġestjoni tat-traffiku fl-inħawi tal-Imġarr u ġew ikkunsidrati diversi proposti. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati għadhom għaddejjin sabiex tintlaħaq soluzzjoni adegwata.

Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa – Pjanijiet ta’ rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji ta’ fattibbiltà biex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jieħu f’idejh il-binja kollha fejn jinsab bħalissa, u jekk ġewx identifikati postijiet alternattivi għall-Kunsill Lokali u l-Għassa tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux laqgħat mal-partijiet konċernati (stakeholders), meta saru dawn il-laqgħat u x’inhu l-perjodu ta’ żmien (timeline) maħsub biex jibda u jitlesta dan il-proġett?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 33905.

Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti - Etajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33903 u jgħid x’età għandhom l-istudenti li qed jattendu l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, il-Wardija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-etajiet huma bejn is-17 u t-22 sena.

Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33899 u jgħid jekk hux ser ikun hemm intake ta’ studenti ġodda għas-sena skolastika 2026-2027 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, il-Wardija? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ studenti li ser ikunu qegħdin jidħlu għall-ewwel darba fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Attività ‘Christmas in the Park’ - Nefqa u Ħlas

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33554 dwar l-attività li ttellgħet f'Kennedy Grove bl-isem ta’ 'Christmas in the Park', tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għal kull waħda mill-items li wasslu għat-total ta’ €323,069? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas irċevew kull wieħed jew waħda minn dawk li fil-fatt tħallsu u jekk kienx hemm min ta servizzi mingħajr ħlas, u jekk iva, min kienu dawn l-operaturi?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 33554, ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-nefqa (VAT eskluża) marbuta mal-items imsemmija għall-għaxart’ijiem li damet għaddejja din l-attività kienet kienet kif ġej: Servizzi ta’ disinn u reklamar – €86,918.70; Loġistika – €8,990; Armar, tiżjin u set-up ġenerali – €163,311.63; Programm ta’ divertiment u attivitajiet għat‑tfal – €52,440; Trasport – €4,480; Servizzi ta’ saħħa u sigurtà, u polza ta’ assigurazzjoni – €8,653.50. Kien hemm ukoll dħul ta’ €1,725 minn ħlasijiet tal-parteċipazzjoni minn operaturi kummerċjali li jrid jitnaqqas mill-ispiża finali.

Malta Public Transport – Flus imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total fi flus mħallsa mill-Gvern jew entitajiet tiegħu, lill-kumpanija Malta Public Transport mill-2024 sal-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont imħallas bħala Public Service Obligation lill-Operatur tat-Trasport Pubbliku għas-snin 2024 u 2025 kien kif ġej: § 2024 – €53,108,291.15 § 2025 – €58,738,928.69 Barra minn hekk, l-ammont ta’ fondi mħallsa fir-rigward tal-miżura tat-Trasport Pubbliku bla ħlas matul il-perjodu indikat, liema fondi, fin-nuqqas ta’ din il-miżura, kienu jitħallsu mill-passiġġiera, kien kif ġej: § 2024 – €31,200,847.25 § 2025 – €34,298,272.25 Fis-sena 2025, l-Operatur tat-Trasport Pubbliku bbenefika minn grant li tammonta għal €3,216,260. Din il-grant ingħatat b’rabta max-xiri ta’ karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku matul is-snin 2023/2024.

Każijiet ta’ Divorzju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ divorzju deċiżi mill-Qrati f’Malta u f’Għawdex separatament, mill-2020 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu: i)     bejn koppji fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità Maltija; ii)    bejn koppji fejn waħda mill-partijiet kienet ta’ nazzjonalità barranija; iii)   bejn koppji fejn iż-żewġ partijiet kienu ta’ nazzjonalità barranija; u iv)   bejn koppji fejn il-partijiet kienu tal-istess sess?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’ hawn taħt turi kemm kien hemm każijiet ta’ divorzju deċiżi mill-Qrati f’Malta u f’Għawdex separatament, sena b’sena, sal-aħħar tal-2025. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.Interpellant li ma tinżammx din it-tip ta’ informazzjoni. Divorzji maqtugħa sena b'sena Sena Malta Għawdex 2020 291 10 2021 360 16 2022 531 18 2023 500 13 2024 424 23 2025 458 24

Trabi mwielda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex separatament fl-2024 u fl-2025, maqsuma sena b’ sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi kienu: i.     minn ġenituri fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità barranija; ii.    minn ġenituri fejn ġenitur minnhom kien ta’ nazzjonalità barranija; iii.   minn unknown father; u iv.   minn tfajliet tal-età bejn 13 u 16-il sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ntbagħtu għal kura barra mill-pajjiż fl-2024 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll għal liema kundizzjoni ntbagħtu għal kull każ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għar-rigward is-sena 2024 jirreferi għal-PQ 31339 u għar-rigward is-sena 2025 kien hemm 534 pazjent li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad. Għar-rigward tal-kundizzjoni ta’ kull pazjent li ntbgħat għall-kura barra minn Malta, din hija informazjoni medika sensittiva fuq il-pazjent.