Legislature:
Category:
Reset
Active:

Urban Greening - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-€1.7 miljun li ntefqu għas-sena 2024 taħt il-vot ta’ Urban Greening, u tagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet din is-somma?  Tista’ tgħid ukoll liema kienu l-proġetti speċifiċi li saru b’dawn il-fondi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Project Green - Allokazzjoni kapitali

Question

Peress li fis-sena 2024, minn allokazzjoni kapitali ta’ €24.7 miljun għall-aġenzija Project Green, intefqu biss €2.3 miljun, li jfisser rata ta’ implimentazzjoni ta’ 9% biss, tista’ l-Ministru tispjega r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ nfiq, kif ukoll tispeċifika liema kienu dawk il-proġetti li kienu ppjanati li jsiru b’dawn il-fondi u li minħabba dan in-nuqqas ta’ nfiq, ġew imdewma, posposti jew ikkanċellati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Prodott Domestiku Gross - Indikatur Ġenwin tal-Progress

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern implimentax l-“Indikatur Ġenwin tal-Progress”, li kellu jdaħħal kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali biex jikkumplimenta l-kalkoli tal-Prodott Domestiku Gross?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-implimentazzjoni nnifisha hija responsabbiltà tal-Ministeru kkonċernat.

Project Green - Nefqa PR u Marketing

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34054 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat ta' kif kienet imqassma n-nefqa minn Project Green ta’ kważi €627,000 f'informazzjoni, u speċifikament kemm intefqu fuq reklamar fil-mezzi tax-xandir, kemm fuq il-midja soċjali, u kemm fuq materjal stampat? Tista' tindika wkoll min kienu l-benefiċjarji ta' dawn il-pagamenti (kumpaniji, aġenziji jew individwi) u tgħid jekk dawn intgħażlux permezz ta' tenders jew direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Vetturi klassiċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33741, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè: B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33741, ninfurmaha li kien hemm total ta’ 95 applikazzjoni ġdida u 339 applikazzjoni għal spezzjoni mill-ġdid.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32039.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari w463.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W461.

Bormla – Irmiġġ tad-dgħajjes – Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew għadx hemm investigazzjoni mill-pulizija dwar teħid ta’ flus għall-irmiġġ tad-dgħajjes quddiem l-American University of Malta (AUM) f’Bormla minn uffiċjali ta’ Transport Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif kelli ċans ngħid diversi drabi l-politiku mhuwiex, u m’għandux ikun, parti mill-investigazzjonijiet tal-pulizija.

Bormla – Irmiġġ tad-dgħajjes – Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni interna dwar teħid ta’ flus għall-irmiġġ tad-dgħajjes quddiem l-American University of Malta (AUM) f’Bormla minn uffiċjali ta’ Transport Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġaladarba l-konfini tal-konċessjoni tal-AUM ma jaqgħux taħt il-kontroll ta’ Transport Malta, f'dan l-istadju m’hemmx il-ħtieġa ta’ investigazzjoni interna. Madanakollu jekk xi ħadd għandu xi allegazzjoni fuq aġir kriminali fil-konfront ta’ xi ħadd mill-uffiċċjali ta’ Transport Malta, dan għandu jagħmel rapport, skond il-liġi, lill-Pulizija.

Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali - Membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex maħtur iċ-chairperson tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali? Jekk iva, jista' jgħid min huwa ċ-Chairperson il-ġdid u min huma l-membri ta' dan il-Bord?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li wara li Dr Claudio Zammit ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Maġistrat tal-Qrati Inferjuri ta’ Malta u Għawdex, ċ-Chairperson tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali ġie effettivament maħtur. Iċ-Chairperson huwa Dr Charlton Cacscun, filwaqt li l-membri tat-Tribunal huma Dr Benjamin Valenzia, Dr Ryan Ellul u Dr Christian Camilleri.

Skemi ta’ restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33964, jista’ l-Ministru jgħid taħt liema skema jiġu rrestawrati binjiet bħal knejjes, li minn żmien għall-ieħor jidhru fl-aħbarijiet bħala li ġew restawrati minn skemi tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Iskema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali mistennija toħroġ fi Q2 2026. Din l-iskema ma tkoprix proprjetajiet privati, u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni ma joħroġ ebda skema ta' dan it-tip.

L-Imġarr, Malta - Skola - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33991 u jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AUM - Moll

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Moll

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34148 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.