Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru hemm 15-il parkeġġ riservat għall-impjegati b’diżabilita’.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmata li fi ħdan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, inklużi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, hemm total ta’ 76 parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tal-Bini u Kostruzzjoni għandha parkeġġ wieħed riservat għall-impjegati b’ diżabilta’.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif ukoll fl-entitijiet li jaqgħu taħtu, hemm tliet parkeġġi riżervati għall-persuni b'diżabilita̕.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Persuni taħt arrest jew jiskontaw sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2025 kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn erbgħa u għoxrin xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2025 kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn erbgħa u għoxrin xahar kien ta’ 397 persuna.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi dovuti – Verifiki/kontrolli mill-awtoritajiet fiskali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux verifiki jew kontrolli mill-awtoritajiet fiskali biex jiġi assigurat li l-VAT u t-taxxi dovuti ġew imħallsa fil-ħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-kumpaniji kollha li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet ħallsux il-VAT u t-taxxi kollha dovuti lill-awtoritajiet Maltin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Terminazzjoni tal-kuntratt - Somom ta’ kumpens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx imħallsa somom ta’ kumpens jew ħlasijiet oħra wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Somom imħallsa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-somom imħallsa skont is-sena u skont il-kumpanija benefiċjarja li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill -Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - ħlasijiet pendent/rikoveri ta’ fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx ħlasijiet pendenti jew rikoveri ta’ fondi li għandhom jitħallsu jew jitħallsu lura wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - L-aħħar ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika meta sar l-aħħar ħlas taħt il-kuntratt tal-isptarijiet u x’inhu l-ammont tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Ħal Qormi - Triq il-Ħammieri - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30333 u fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30333.

Ħal Qormi - Triq il-Ħelsien - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30594 u fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30594.

Port il-Kbir – Riġenerazzjoni - Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirrferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Port il-Kbir – Riġenerazzjoni - Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Project Green - Stima kapitali - Sena 2026

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema bażi ġiet stabbilita l-istima kapitali ta’ €42 miljun għall-aġenzija Project Green għas-sena 2026, u tispjega kif l-aġenzija għandha l-kapaċità li tamministra u tonfoq somma ferm ikbar minn dik allokata fis-snin preċedenti, speċjalment meta wieħed iqis li l-istess aġenzija naqset milli timplimenta l-baġit kapitali anke meta dan kien ferm iżgħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.