Legislature:
Category:
Reset
Active:

AUM - Moll

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat. .

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34154 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34153 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34152 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34151 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34150 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34149 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.     it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.    data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.   ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

L-Isptar Mater Dei - SAMOC - Ilma dieħel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħditx azzjoni rigward ilma li jidher dieħel minn tieqa u mill-ġebel tal-madwar fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) kif jidher fir-ritratt mehmuż? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li azzjoni diġà ittieħdet rigward it-tebgħa tal-ilma madwar it-tieqa kif indikat mill-Onor. Interpellant. Infurmat li l-kawża kienet li xi ilma tax-xita daħal minn xaqq bejn l-art u ċint tal-bejt.  Ix-xaqq li kkawża dan, ġie mblokkat u qed issir xogħol biex il-“water proofing” f’dik il-parti tal-bejt tiġi rranġata.

Malta u Għawdex – Libreriji pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex u jelenka l-lokalitajiet ta’ fejn jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xewkija - Triq il-Gidi – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32904 fl-intier tagħha u jgħid meta, bejn wieħed u ieħor (xahar u sena), ser jibda x-xogħol ta’ bini u rikostruzzjoni ta’ Triq il-Gidi fix-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq mistennija jsiru matul is-sena 2026.

CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26919, 31916 u 32587 u ċjoè: B’referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru mill-1 ta’ Novembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, liema xogħlijiet tlestew minn kollox, fejn saru permezz ta’ din is-sejħa u kemm ġiet tiswa kull biċċa xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa saru sebgħa toroq min dan il-framework agreement.  Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’bini mill-ġdid ta’ toroq u asphalt.

Għawdex – Ħondoq ir-Rummien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li toħroġ is-sejħa pubblika biex jitranġa l-konkos ġewwa Ħondoq ir-Rummien u fiex se jkunu jikkonsistu x-xogħlijiet, peress li meta għamel l-aħħar maltemp saritlu ħsara kbira?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru diġa evalwa l-ħsara li saret fuq il-konkos u għaldaqstant qiegħdin jitħejjew il-pjanijiet biex isiru x-xogħlijiet.

Żwiġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Malta u Għawdex separatament mill-2023 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu biċ-ċivil biss u kemm minnhom kienu bil-knisja u biċ-ċivil?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal separazzjoni personali fil-Qrati Maltin, f’Malta u Għawdex separatament mill-2017 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew konklużi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi kemm kien hemm talbiet għal separazzjoni personali fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex separatament sena b’sena. Separazzjonijiet reġistrati sena b'sena Malta Gozo Reġistrati Deċiżi Reġistrati Deċiżi 2017 105 95 6 6 2018 114 97 2 1 2019 109 92 7 5 2020 102 79 6 3 2021 117 87 5 3 2022 106 74 5 5 2023 110 50 13 9 2024 97 21 7 3 2025 93 3 7 0

FSWS - Social workers li rriżenjaw - Snin ta’ esperjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jaħdmu bħala social workers mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) dawk is-social workers li rriżenjaw mill-istess Fondazzjoni matul l-2025? Jista’ wkoll jagħti l-medja (average), median u mode fis-snin ta’ esperjenza tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma  lill-Onor. Interpellanta li il-medja ta’ snin ta’ dawk li kienu ilhom jaħdmu bħala Social Workers u rriżenjaw fl-2025 kienet ta’ 7.98 snin. Il- median kien ta’ 5.6 snin waqt li l- mode kien ta’ 7 snin.

FSWS - Social workers li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw social workers mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li in-numru ta’ Social Workers li irriżenjaw mill- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ( FSWS ) matul l-2025 kien ta’ 14.

Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li in-nefqa totali biex issir promozzjoni tal-professjoni tas- social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025 huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta' attivita' Ammont Social Work Billboard ħdejn l-Università €3,540 Freehour (Malta’s Go-To Platform for Students & Youths) €3,363 Interventi fuq mezzi tal-midja €1,000 Laqgħat ma’ Guidance Teachers* €300 Laqgħat ma’ studenti* €700 Career Talks minn professjonisti tal-FSWS* €1,000 Total €9,903 *Spiża f’ termini ta’ ħin operazzjonali biex isiru dawn il-laqgħat .

Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 33836

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.