Legislature:
Category:
Reset
Active:

BCA - Data centre ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex imwaqqaf depożitorju jew data centre ġdid għall-bini, immaniġġjat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), bl-għan li jipprovdi data li tintuża kemm mill-partijiet interessati kemm pubbliċi kif ukoll minn dawk privati, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

BCA - Applikazzjonijiet tal-ippjanar - Planning consultee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-lum, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) assumietx ir-rwol ċentralizzat ta’ planning consultee għall-applikazzjonijiet tal-ippjanar, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Green Jobs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda li huma kklassifikati bħala ‘Green Jobs’ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll jagħti break down ta’ dawn l-impjiegi skont is-settur ekonomiku?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Waste to Energy - Estimi Finanzjarji - Sena 2026

Question

Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għalfejn fl-Estimi Finanzjarji għas-sena 2026, l-allokazzjoni vvutata għall-proġett tal-faċilità tal-Waste to Energy hija ta’ €0?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill‑Onor. Interpellanta li, kif diġà ġie spjegat f’fora differenti, il-proċess ta’ akkwist tal-proġett tal‑Waste‑to‑Energy għadu fl-istadji bikrin, wara l-appelli li seħħew, u għalhekk l-ebda infiq kapitali fuq il-kostruzzjoni tal-faċilità ma hu mistenni li jseħħ matul l‑2026. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda bżonn li jkunu vvutati fondi kapitali taħt dan il-vot għall‑2026. Madankollu, għal aktar ċarezza, nista’ nikkonferma li se jsiru disbursements relatati ma’ konsulenzi u servizzi professjonali matul l‑2026 sabiex titkompla l‑ħidma teknika, legali u finanzjarja marbuta mal-proġett. Dawn l‑ispejjeż ser jiġu kkontabilizzati taħt voti oħra relatati ma’ servizzi. Ix-xogħol tekniku u amministrattiv qed ikompli skont l-istadji tal-proċess ta’ akkwist, u l-Ministeru tiegħi jibqa’ jikkoordina mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex kwalunkwe impenji finanzjarji meħtieġa jiġu indirizzati skont l-iskedi rispettivi.

L-Imġarr - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Imġarr matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

It-tindif tal-bajjiet mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jsir regolarment matul is-sena kollha u l-frekwenza mbagħad tiżdied matul is-sajf fejn il-bajjiet qegħdin jitnaddfu tliet darbiet kuljum. It-tindif li jsir ma jinkludix biss il-bajja, għax il-ħaddiema jnaddfu wkoll il-promenades, fejn jikinsu l-bankini u ż-żoni tal-madwar, kemm permezz ta’ xogħol manwali kif ukoll bl-użu ta’ makkinarju, u jbattlu wkoll il-bins li jinsabu fil-madwar. Mal-bidu tal-istaġun sajfi, l-ħaddiema jneħħu wkoll l-alka mill-bajjiet. Ninsab infurmata li l-iskart minn fuq il-bajjiet jinġabar mit-trakkijiet li għandhom rotot fissi madwar il-pajjiż flimkien ma’ skart ieħor li jinġabar mit-toroq u anke skart mormi llegalment li jinstab ta’ kuljum. Għaldaqstant, infurmata li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ma żżomx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanta imma b’mod kollettiv tal-iskart kollu li jinġabar minnha. Fl-2024 l-iskart kollu li nġabar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ammonta għal 16,300 tunnellata, waqt li fl-2025 ammonta għal 20,500 tunnellata.

L-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar - Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li jattendu Klabb 3-16 f’kull waħda mill-iskejjel tal-Gvern, fl-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? F’kull każ, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jibdew jattendu dawn l-istess ċentri, maqsuma separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34342, filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-faċilita tan-Naxxar hemm 269 student li qed jattendu Klabb 3-16.

Ix-Xemxija - Artijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex art reġistrata bħala art tal-Gvern, fl-area li tifforma parti mix-Xemxija u f’kull każ, jgħid liema huma dawn l-artijiet? B’mod partikulari, jista’ jgħid liema minn din l-art qiegħda fi Triq Telgħet ix-Xemxija, fi Triq ir-Ridott, fi Triq Raddet ir-Roti, fi Triq is-Simar, fi Triq Katerina Vitale u fi Triq il-Preistorja?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob l-Onorevoli interpellanti tiddentifika bi pjanta, għal-liem art/artijiet qegħda tirreferi fil-PQ tagħha.

Kunsilli lokali - Żviluppi - Fondi miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar li kull kunsill lokali madwar Malta u Għawdex kellu għad-dispożizzjoni tiegħu, minħabba żvilupp li jkun sar, jew ikun ser isir fil-lokalitajiet rispettivi sal-aħħar ta’ 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar figuri dwar fondi tal-PA disponibbli għall- Kunsilli Lokali huma indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. L-ammonti indikati huma kollha disponibbli għall-proġetti ġodda tal-Kunsilli Lokali. Dawn ma jinkludux ammonti diġà kuntrattati li għadhom ma tħallsux u lanqas ammonti li ġew indikati f’applikazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għal-“Locality Fund” tal-Awtorità li għadhom ma ġewx deċiżi.

Puttinu Cares - Binja ġdida - Kuntratt ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratt ta’ servizzi li ser ikunu qegħdin jingħataw mill-Ministeru tas-Saħħa lill-binja l-ġdida ta’ Puttinu Cares, u jekk iva, x’servizzi huma?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’dan il-mument, ma hemm l-ebda kuntratt ta’ servizzi bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u l-binja l-ġdida ta’ Puttinu Cares.

L-Imtarfa - Ċentru terapewtiku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10158, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa u jekk dan hux ippjanat li se jsir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 18203

L-Imġarr, il-Mellieħa, il-Qawra u San Pawl il-Baħar - Klabb 3-16 - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li qed jagħmlu użu mill-faċilità ta’ Klabb 3-16, f’kull waħda mill-iskejjel tal-Gvern fl-Imġarr, il-Mellieħa, il-Qawra u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ tfal li hemm fuq il-lista ta’ stennija, għal kull waħda minn dawn l-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-faċilitajiet imsemmija hemm total ta' 1,248 student li qed jattendu Klabb 3-16.

L-Imġarr - Ta’ Ħaġrat u Skorba

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33966, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ħallsu biex daħlu fis-siti ta’ Ta’ Ħaġrat u Skorba fl-Imġarr, separatament matul l-2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-interventi li saru fuq dawn iż-żewġ siti matul l-2024 u 2025, rispettivament għal kull sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ħallsu biex daħlu fis-siti ta’ Ta’ Ħaġrat u Skorba matul is-snin 2024 u 2025 huwa kif ġej: 2025 2024 TA' ĦAĠRAT 4,156 4,208 SKORBA 3,359 3,185 Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ interventi li saru fuq Ta’ Ħaġrat u Skorba matul l-2024 u 2025 kif mgħoddija lili.

Ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabbli li f’ċerti żoni ta’ xi lokalitajiet, l-iskart jinġabar fis-6:45am?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Reġjonali jistgħu jilħqu ftehim mal-kuntrattur rispettiv sabiex il-ġbir jibda f’ħin speċifiku miftihem bejn iż-żewġ partijiet.

Newly diagnosed diabetics - Magni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-magni għal newly diagnosed diabetics (bidu u nofs Frar) ma humiex disponibbli u għandhom stennija ta’ tliet ġimgħat, meta dawn iridu jiċċekkjaw iz-zokkor sa tliet darbiet kuljum biex jingħataw trattament xieraq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-magni li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor. Interpellant, kienu u għadhom disponoibbli.

AUM - Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll - Avviż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll - Avviż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll - Avviż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.