Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien - Skola tal-Primarja l-antika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’użu qiegħed isir mill-Iskola tal-Primarja l-antika f’Ħal Tarxien?  Jista’ jgħid ukoll x’sar matul is-sena 2025 jew x’ser isir matul is-sena 2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26273.

Kuntratt tal-isptarijiet - Taxxi/kontribuzzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx xi taxxi jew kontribuzzjonijiet pendenti li għadhom mhux imħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji konċernati mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Awtoritajiet tat-taxxa - Rendikonti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx sottomessi rendikonti lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar il-ħlasijiet kollha relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji reġistrati għall-VAT

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet kinux reġistrati għall-VAT f’Malta, jew jekk sarux ħlasijiet lill-entitajiet reġistrati barra minn Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-ħlasijiet kollha magħmula mill-Gvern fil-kuntratt tal-isptarijiet kinux jinkludu VAT jew le? Jekk iva, x’kien l-ammont totali ta’ VAT imħallas?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT li ġie fatturat u/jew imħallas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhu l-ammont ta’ VAT li ġie fatturat u/jew imħallas relatat mal-kuntratt tal-isptarijiet tul is-snin tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT - Differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kienx hemm każijiet fejn instabu differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlas ta’ VAT jew taxxi oħra mill-kumpaniji fil-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid li, matul is-sena 2025, ma ġewx ippubblikati rivisti u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa relatata.

Santa Luċija - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Santa Luċija li, matul is-sena 2025, ma kinux ippubblikati rivisti u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa relatata.

Ħal Tarxien - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien li, matul is-sena 2025, tqassmu tliet rivisti fil-lokalità, li l-ispiża tagħhom kienet ta’ €3488.90. Kopja ta’ dawn ir-rivisti qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Il-Gudja - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali il-Gudja li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata .

Il-Fgura - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali il-Fgura li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ħal Qormi - Triq il-Wied - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Ħal Qormi - Triq il-Ħammieri - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Ħal Qormi - Triq il-Ħelsien - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Ħal Qormi - Triq il-Wied - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq il-Wied, f’Ħal Qormi ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, għadna għaddejjin b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Forti Bengħajsa - Żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-okkupanti ta’ Forti Bengħajsa ġewx żgumbrati kollha mis-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għad li ġiet servuta Eviction Order, hemm min fir-rigward għażel li jagħmel kawża kostizzjonali kontra l-Awtorità tal-Artijiet. L-Awtorita' qed issegwi l-perkors ta' dina l-kawża Kostituzzjonali.

BCA - State of the Building Industry Report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport perjodiku ‘State of the Building Industry Report’ ġiex imħejji mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.