Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kemmuna - Operaturi għall-kiri tad-deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa biex jintgħażlu operatur/i għall-kiri tad-deckchairs u umbrelel, kif ukoll għall-operaturi ta’ gabbani tal-ikel, xorb u prodotti oħra, kif ukoll tal-water sports f’Kemmuna qabel is-sajf 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien ma’ awtoritajiet oħra, qed taħdem fuq mekkaniżmu li se jidħol fis-seħħ mal-implimentazzjoni tal–pjan il–ġdid għall–Blue Lagoon. Sadanittant, għas-sena 2026 huwa previst li l–operaturi eżistenti jerġgħu jingħataw konċessjoni simili għal dik tas-sena li għaddiet, sakemm jiġi konkluż tali mekkaniżmu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33182, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid fil-preżent f’liema skola primarja f’Malta jaħdmu dawn it-30 Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma relievers u kemm ilhom relievers?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab hawn taħt;
Kulleġġ Maria Reġina – 27 għalliem
Kulleġġ Santa Tereża – 3 għalliema
Kulleġġ San Injazju – għalliem wieħed
Għawdex - Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28524 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet tranġat bdiet tisfronda, issa li għadda s-sajf 2025, u bdiet sena ġdida, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jistenna l-Ministeru sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jibdew u humiex ser jitlestew kollha qabel jibda s-sajf 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet huma mistennija jibdew din is-sena.
CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT” li għalqet fit-12 ta’ Ġunju 2025, u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jiġi konkluż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nfurmat li din is-sejħa għadha fi stadju ta’ evalwazzjoni u għaldaqstant m’għandix informazzjoni addizzjonali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33110 dwar traffic calming measures li qegħdin jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu fl-immedjat sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv fi Triq l-Imġarr li mill-Port tal-Imġarr twassal sar-Rabat, Għawdex, u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija, fejn ġie mwieġeb ‘li diġà bdew jiġu implimentati l-miżuri. Għadd oħrajn ta’ miżuri se jkomplu jiġu implimentati fil-ġimgħat li ġejjin’, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-miżuri kollha li ġew implimentati sa issa? Jista’ jgħid ukoll liema ser ikunu l-għadd ta’ miżuri l-oħrajn li ser jiġu implimentati fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mizuri li saru huma żebgħa ta’ sinjali tat-traffiku u qtugħ ta’ siġar li kienu qed jostakolaw id-dehra tas-sinjali tat-traffiku. Il-mizuri li se jiġu implimentati huma tranġar ta’ manholes, żieda ta’ tabelli u rumble strips.
Żebbuġ, Għawdex - Sit tal-Batterija tal-Qbajjar - Proġett
Question
B’referenza għar-restawr u l-irranġar tas-sit tal-Batterija tal-Qbajjar u l-madwar fiż-Żebbuġ, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu pproġettat li jsir fuq dan is-sit?
Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser:
i. tingħata lill-privat/kumpanija privata biex tuża parti minnha jew kollha għal skop kummerċjali;
ii. tintuża bħala venue għall-avvenimenti privati bħal tiġijiet/discos/club, fost oħrajn; u
iii. tkun qed tintuża għal użu kummerċjali biss, bħal ristoranti u/jew cafeteria?
FSWS – Ftheim kollettiv ġdid – Paga bażika tas-Social workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza fil-paga bażika tas-social workers tal-ewwel sena fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), bil-ftehim kollettiv kurrenti meta mqabbla mal-istess kategorija taħt il-ftehim kollettiv ta’ qabel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-salarji u pakketti ta’ kull ftehim kollettiv huma kummercjalment sensittivi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-paga medja (net, single rate) jiġifieri kemm qabdu paga f’idejhom, is-social workers fl-ewwel sena tagħhom matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-salarji u pakketti ta’ kull ftehim kollettiv huma kummercjalment sensittivi.
FSWS - Social workers li mxew għall-professjonijiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers li ħallew il-professjoni tagħhom u mxew għal professjonijiet oħra, bħall-psikoterapija fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar snin kien hemm 33
social worker
li mxew għal professjonijiet oħra fi ħdan l-FSWS. Tajjeb wieħed isemmi li minn dawn hemm 21 li ġew promossi għal kariga maniġerjali fl-istess Fondazzjoni.
FSWS - Social workers li rriżenjaw - Raġunijiet prinċipali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet prinċipali li għalihom is-social workers irriżenjaw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-raġunijiet ewlenin li għalihom is-
social workers
irriżenjaw mill- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025 kienu:
· Fittxew karriera oħra
· Komplew jistudjaw
· Minħabba raġunijiet oħra familjari
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema entitajiet fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) kienu jaħdmu dawk is-social workers li rriżenjaw mill-istess Fondazzjoni matul l-2025, u kemm irriżenjaw minn dawn l-entitajiet matul l-istess sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li
-FSWS hija entita waħda u li n-numru huwa kif provdut f PQ 33843.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Għasel fil-Mosta titranġa, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna, u jekk iva, meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq il-Għasel fil-Mosta ma ġietx nominata mill-Kunsill Lokali biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, Infrastructure Malta ser twettaq spezzjonijiet sabiex issir evalwazzzjoni tal-ħsarat u tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32516 u 32914 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm katavri li ngħataw għall-istudji xjentifiċi matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ġew reġistrati 33 persuna li wara mewthom iddonaw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintużaw għal skopijiet ta’ riċerka u studju fl-qasam tal-Anatomija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, biex iservi ta’ lqugħ għal dawk li jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31941, 32206 u 32677 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk teżistix definizzjoni legali ta’ ‘homelessness’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2025-2035, li ġiet addottata s-sena li għaddiet, tipproponi diversi miżuri biex tintegra l-politika li tindirizza l-faqar mal-politika dwar il-persuni mingħajr dar.
Il-Belt Valletta – Triq Melita – Tiswija ta’ bankina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun irranġata l-bankina fi Triq Melita, il-Belt Valletta, fil-parti ta’ wara l-Berġa ta’ Kastilja, peress li hemm sprall imkisser?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minħabba n-natura tat-tiswijiet meħtieġa, għadda t-talba biex dawn isiru mill-Valletta Management Plan. Ix-xogħolijiet se jsiru permezz tal-MoU li l-Kumitat tal-Valletta Management Plan għandu ma' Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri kien hemm pendenti sal-aħħar tas-sena 2025 u liema huwa l-iktar wieħed li ilu pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar tas-sena 2025 kien hemm 39 ġuri appuntat u kif ukoll 32 ġuri li mmaturaw u li kienu qed jistennew id-data tal-appuntament.
Ma dawn hemm ukoll 183 ġuri oħra li ma setgħux isiru għal diversi raġunijiet fosthom; minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax kienu qegħdin jistennew kawżi oħra, għax kienu għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminarji jew qed jistennew rapport minn espert psikjatriku jew għadhom fi stadju bikri tal-proċeduri.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, 2026, diġa saru 3 ġurijiet u kien skedat ieħor li ġie kkanċellat fuq punt ta’ liġi. Ninforma wkoll illi s-sena l-oħra kien hemm total ta’ 23 ammissjoni, mentri fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena kien hemm 4 ammissjonijiet irreġistrati.
L-aktar ġuri li ilu pendenti jmur lura għas-sena 2008.