Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport u f’liema bliet u rħula jinsabu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Sapport tmexxi disa’ djar fil-komunità, iżda ma taqsamx informazzjoni fejn jinsabu sabiex tipproteġi lill-persuni li jgħixu fihom.

Bastimenti - Separazzjoni ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jkun hemm inċentivi biex iħeġġu bastimenti li jidħlu fil-portijiet tagħna sabiex jisseparaw l-iskart li jkun hemm fuq il-bastiment?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bastimenti internazzjonali li jidħlu fil-portijiet Maltin huma diġa’ soġġetti għal obbligi lokali, Ewropej u internazzjonali fir-rigward tal-immaniġjar tal-iskart abbord.  Dawn l-obbligi jinkludu l-obbligu li jkollhom fis-seħħ Garbage Management Plan li jistabbilixxi l-proċeduri dwar is-separazzjoni u d-dispożizzjoni xieraq tal-iskart.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 30356.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru PQ 30353.

In-Naxxar - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tan-Naxxar matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.

San Pawl il-Baħar - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.

San Pawl il-Baħar - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.

Il-Mellieħa - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Mellieħa matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.

Il-Mellieħa - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.

L-Imġarr - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Imġarr matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.

Ir-Rabat - Ċentru tas-Saħħa - Rinnovazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa r-rinnovazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat u jagħti lista tax-xogħlijiet li saru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni li saru fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat kienu jikkonsistu minn xogħlijiet strutturali u ta’ infrastruttura ġenerali. Dan ix-xogħol inkluda wkoll it-tibdil u l-installazzjoni ta’ apertura ġodda u xogħlijiet tal-aluminium; xogħol ta’ elettriku u plumbing; l-instalazzjoni ta’ sistema HVAC, li tinkorpora tisħin, ventilazzjoni u arja kkundizzjonata; l-instalazzjoni ta’ generator; l-instalazzjoni ta’ sistema ta’ sigurtà li tinkludi intruder alarm u fire fighting; l-installazzjoni ta’ network u sistema RFID; l-instalazzjoni ta’ oxygen outlets; it-tqegħid ta’ madum u vinyl flooring; għamara ġdida u tagħmir mediku, kif ukoll s-servizzi ta’ project management, trasport, kiri ta’ skips u xogħlijiet relatati ma’ tindif u rimi ta’ skart. Infurmat li n-nefqa totali għal dan l-investiment importanti sabiex jipprovdi servizz ta’ kura primarja f’din iż-żona kienet tammonta madwar €624,000.

Sptar Ġenerali t’Għawdex - Klinika għall-kimoterapija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema area qed tiġi ppreparata l-klinika biex tingħata l-kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kimoterapija tingħata mill-Chemo Lounge fi ħdan id-Day Ward. L-estensjoni ser issir fl-istess Chemo Lounge sabiex tippermetti infużjonijiet li jdumu aktar minn ġurnata u b’hekk il-pazjenti jkunu jistgħu jibqgħu rikoverati fis-sala għall-jiem kollha tat-trattament.

Għawdex - Kimoterapija - Taħriġ għal spiżjara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex taħriġ għal spiżjara f’Għawdex li ser ikunu involuti f’riċetti ta’ kimoterapija meta jinfetaħ is-servizz f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li diġà hemm professjonisti mħarrġa fit-taħlit tal-kimoterapija. Madankollu, aktar ’il quddiem se jerġa’ jsir taħriġ adattat skont il-proċessi li ser ikunu fis-seħħ fl-ispiżerija l-ġdida tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Sptar Ġenerali t’Għawdex - Kimoterapija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tibda tingħata kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u jekk iva, meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kimoterapija diġà tingħata ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, iżda bl-introduzzjoni tas-servizzi tad-drones, se jiżdiedu 11-il tip ta’ trattamenti ġodda li jingħataw ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Ix-Xgħajra – Triq Orlando – Tiswija ta’ ċint

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq Orlando, ix-Xgħajra (fejn hemm parking area żgħira inti u nieżel mir-roundabout tax-Xgħajra), jitranġa peress li qed jaqa’ u huwa ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li l-ħajt hu proprjetà privata. Madanakollu l-Kunsill hu konxju li s-sigurta' tar-residenti hi importanti ħafna u għalhekk se jkun qed jieħu l-passi opportuni.

Ħaż-Żabbar – Triq Villabate – Enumerazzjoni tad-djar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-djar fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar jingħataw numru tal-bieb u jekk le, għaliex?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li li Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar qiegħda fil-pjan li tiġi nnumerata. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali biex flimkien tinstab soluzzjoni ideali kif għandha tiġi nnumerata minħabba l-fatt li l-konfigurazzjoni tat-triq u l-ammont kbir ta’ għelieqi jitolbu iktar attenzjoni.