Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34155 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Għaxaq - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Wied il-Għajn - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn, li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Marsaxlokk - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Marsaxlokk ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Iż-Żejtun - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali taż-Żejtun matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Iż-Żejtun ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Ir-Rabat, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ u l-Imtarfa - Inkonvenjenza ta’ storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika rigward inkonvenjenza ta’ storbju u storbju żejjed fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt l-għases tar-Rabat, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ u l-Imtarfa għal dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? B’mod speċifiku għal kull waħda minn dawn il-lokalitajiet, jista’ l-Ministru jgħid ukoll: i.      kemm saru lmenti u/jew rapporti lill-Pulizija; ii.     kemm minn dawn l-ilmenti rriżultaw fi kwereli mressqa formalment; iii.    kemm kien in-numru ta’ prosekuzzjonijiet fejn persuni tressqu l-Qorti dwar tali inkonvenjenzi; u iv.    kemm kienu l-każijiet fejn persuni nstabu ħatja li kkawżaw inkonvenjent ta’ storbju żejjed?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Korp tal-Pulizija - Sparar tal-armi tan-nar - Taħriġ lill-uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika f’lista s-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-isparar tal-armi tan-nar li saru lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika wkoll kemm-il uffiċjal ħa sehem, id-data tas-sessjoni ta’ taħriġ, fejn, liema tip ta’ arma sparaw, u f’liema taqsima jwettaq is-servizz tiegħu kull uffiċjal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-taħriġ li qed jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant huwa regolari. Fil-fatt b’kollaborazzjoni bejn il-Pulizija u l-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant sar taħriġ divers li kellu fih 3,126 parteċipant. Hemm taqsimiet bħal m’huma r-Rapid Intervention Unit u l-Special Inervention Unit li minħabba r-raġuni tax-xogħol tagħhom l-istess taħriġ huwa parti mix-xogħol kontinwu tagħhom.

Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri - Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali kollha li ġew ippreżentati lilu mill-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri kif obbligat ai termini ta’ S.L. 260.07 f’regolament 7?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dan ir-rapport ser ikun konkluż fil-viċin u jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Aġenzija Korrettiva ta’ Kordin - Psikjatri li telqu mill-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il psikjatra telaq mill-impjieg minn mal-Aġenzija Korrettiva ta’ Kordin matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin ma’ kien hemm l-ebda psikjatra li telaq mill-impjieg minn mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Aġenzija Korrettiva ta’ Kordin - Psikjatri li ġew ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il psikjatra ġie ingaġġat mal-Aġenzija Korrettiva ta’ Kordin matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għandha ngaġġat magħha fuq bażi ta’ servizz bi ħlas Direttur tal-Psikjatrija, Psikjatra u High Specialist Trainee. Filwaqt li l-Aġenzija għandha wkoll ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex Konsulent Psikjatra jagħti servizz.

Uffiċjali korrettivi - Eleġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex persuna tkun eleġibbli biex tinħatar uffiċjal korrettiv, u jekk isirux xi eżamijiet mediċi? Jekk iva, jista’ jgħid min huma l-psikjatri jew tobba li jagħmlu dan l-eżami?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-aħħar sejħa li ħarġet, filwaqt li ninsab infurmat li l-kandidati jiġu nvistati minn tobba li huma impjegati tal-Aġenzija. F’każ li t-tabib li jkun invista l-kandidat jemmen, dejjem skont il-ġudizzju professjonali tiegħu, li l-kandidat għandu jkollu bżonn vista psikjatrika, il-kandidat jiġi riferut għal-vista minn psikjatra li joffri s-servizzi tiegħu lill-istess Aġenzija.

Faċilità San Vinċenz de Paule - Gwardjan tas-sigurtà - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar fil-konfront tal-gwardjan tas-sigurtà li jaħdem fil-Faċilità San Vinċenz de Paule li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li qed ikollu ħafna inċidenti kemm mal-istaff kif ukoll mal-familjari tar-residenti fl-istess faċilità? Jista’ jgħid ukoll x’investigazzjoni saret fuq dawn ir-rapporti u x’azzjonijiet ittieħdu jew ser jittieħdu fil-konfront ta’ din il-persuna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija kienet impjegata ta’ kumpanija tas-sigurtà li kienet qed tipprovdi s-servizz fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u nista’ nikkonferma li llum il-ġurnata m’għadhiex taħdem hemmhekk.

Carers allowances - Pensjoni kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li kienu jirċievu l-carer’s allowance humiex intitolati għall-pensjoni kontributorja meta jagħlqu l-età tal-pensjoni?  Jista’ jgħid ukoll jekk tagħmilx differenza jekk il-carer kienx jaħdem jew le qabel ma beda jaħdem bħala carer?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellanta, illi bħalma kont spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33178, sabiex persuna tikkwalifika għall-Pensjoni Minima Nazzjonali, waħda mill-kundizzjonijiet statutorji hija dik li trid tkun ħallset mhux anqas  minn 156 kontribuzzjoni tas-Sigurta` Soċjali.  Dan minbarra kundizzjonijiet oħrajn, fosthom li l-persuna irid ikollha mill-anqas medja ta’ 20 kontribuzzjoni kull sena minn meta tkun għalqet 18-il sena sal-eta’ tal-irtirar.  Alternattivament sabiex persuna tikkwalifika għal Pensjoni taż-Żewġ terzi ridotta, trid tkun ħallset mill-anqas 10 snin ta’ kontribuzzjonijiet. Meta persuna qabel tibda tieħu l-Allowance tal-Carers, ikollha biżżejjed kontribuzzjonijiet biex tilħaq medja ta’ 15-il kontribuzzjoni fis-sena minn 18-il sena sa meta bdiet tieħu l-Allowance tal-Carers, kemm iddum fuq din l-Allowance tkun koperta bil-kontribuzzjonijiet akkreditati.  Irid jingħad li din il-medja tnaqqset ftit snin ilu minn 20, sabiex tagħmilha eħfef għal dawn il-persuni li jingħtaw il-kontribuzzjonijiet akkreditati u jikkwalifikaw għall-pensjoni kontributorja. Ta’ min jgħid però li b’miżura riċenti li kienet iddaħħlet, meta l-carer ma tkunx ħadmet qabel bdiet tieħu l-allowance għall-carer jew ma jkollhiex il-medja ta’ mill-nqas 15-il kontribuzzjoni li semmejt aktar qabel, xorta jkollha dritt għal 4 snin ta’ kontribuzzjonijiet akkreditati.  Kemm-il darba fil-futur il-persuna ma tibqax fuq l-Allowance tal-Carers u tibda taħdem, jekk tħallas il-kontribuzzjonijiet li għandha bżonn biex tikkwalifika għall-pensjoni kif spjegajt, dawn il-krediti jiżdiedu mat-total u bihom il-persuna jista’ jkollha pensjoni, jew pensjoni ogħla.

Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni - Appelli pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34384, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem kull Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni u ċjoè: Division 1, Division 2, Division 3 u Division 4?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi għall-aħħar tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 34383.

Sena 2024 - Servizz Ċivili - Ħaddiema Outsourced

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema Outsourced

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema Outsourced

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34021, 34287 u 34430 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252 u 34429 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Qligħ Annwali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qligħ li għamlet l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.