Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata Triq il-Larinġ f’Ħ’Attard li bħalissa qed iżżomm ħafna ilma anke meta ma tkunx xita, u qed tkun ta’ detriment għar-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mall-Kunsilli Lokali, sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid ma’ liema entitajiet jistgħu jaħdmu dawk il-kandidati li ġew magħżula fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal social workers? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema Ministeru jew entità ser ikun il-kuntratt tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dawn
jintbgħatu jaħdmu skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sejħiet għall-applikazzjonijiet għal social workers biex jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa hux qed joħorġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk hu hekk, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-ftehim tal-klassi tas-Social Workers li jiġbor fih kemm dawk li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll ministeri oħra bħal Ministeru tal-Edukazzjoni, jinħarġu mill-People & Standards Division ċentralment. Dan isir fuq kull klassi li ftehim tagħħa jkopri numru ta’ Ministeri u jiġi ffirmat ċentralment mill-Industrial Relations Unit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva m’għadux joħroġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għal social workers biex jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa? Jekk hu hekk, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 33855.
FSWS - Masters in Social Work - Impjegati li temmew il-kors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li temmew b’suċċess il-Masters in Social Work (M.SW) f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
FSWS – Masters in Social Work - Inċentivi għall-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi qed tagħti l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex impjegati li huma diġà ggradwati, jagħmlu l-Masters in Social Work (M.SW) li jwassal biex persuna tidħol fil-professjoni tas-social work u ġġib il-warrant wara sentejn ta’ prattika (full-time), jew l-ekwivalenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Fid-dawl tal-fatt li l-Ftehim Kollettiv preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ser jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex jibdew it-taħditiet għall-ftehim kollettiv il-ġdid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Kuntratt tal-isptarijiet - Tilwim legali jew arbitraġġ pendenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx tilwim legali jew arbitraġġ pendenti bejn il-Gvern u xi kumpaniji lokali dwar ħlasijiet relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kontijiet/pretensjonijiet ta’ ħlas
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx preżentati kontijiet jew pretensjonijiet ta’ ħlas minn xi kumpaniji lokali wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ ħlasijiet pendenti jew li għadhom qed jiġu kkunsidrati bħala dovuti lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom ma ġewx imħallsa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhuma l-ismijiet tal-kumpaniji lokali, u x’inhuma s-servizzi jew ix-xogħlijiet li għadhom ma ġewx imħallsa għalihom fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom iridu jitħallsu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx kumpaniji lokali li għad għandhom jitħallsu xi somom relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet jew mat-terminazzjoni tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Awditur Ġenerali/CFR - Verifiki
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux verifiki mill-Awditur Ġenerali jew mill-Kummissarju għat-Taxxa (CFR) dwar il-konformità fiskali tal-kumpaniji mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet konċernati dwar is-sitwazzjoni relatata mal-culvert fi Triq Hompesch, il-Fgura, li bħalissa qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-inħawi u huwa ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34157 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34158 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34159 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34160 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34156 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.