Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm youth worker speċifiku assenjat ma’ kull lokalità jew jekk dawn ikunux ikopru aktar minn lokalità waħda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma jkunx hemm youth worker speċifiku assenjat ma’ kull lokalità.
Il-youth workers tal-Aġenzija Żgħażagħ ikopru aktar minn lokalità waħda, peress li l-Aġenzija topera b’mod nazzjonali f’Malta u Għawdex.
L-assenjazzjoni tagħhom issir skont il-programmi, il-prijoritajiet ta’ ħidma u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ fil-komunitajiet differenti, b’mod flessibbli u skont il-pjan operattiv tal-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jispjega kif jiġu assenjati l-youth workers fid-diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-youth workers m’għandhomx lokalità assenjata b’mod fiss.
L-Aġenzija Żgħażagħ taħdem b’mod nazzjonali u torganizza l-ħidma tagħha fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex skont il-programmi, il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ f’dawk l-inħawi. Għalhekk, l-assenjazzjoni tal-youth workers issir b’mod flessibbli u skont il-pjan ta’ ħidma tal-Aġenzija, mhux fuq bażi ta’ lokalità permanenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq San Leonardu fix-Xgħajra (quddiem il-klabb tal-boċċi) jitranġa, peress li waqa’ kompletament u huwa ta’ periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq San Leonardu fix-Xgħajra (quddiem il-klabb tal-boċċi) jitranġa, peress li waqa’ kompletament u huwa ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li ċ-ċint fi Triq San Leonardu, li qed issir referenza għalih, jifforma parti minn għalqa privata; għaldaqstant, il-Kunsill mhuwiex f’pożizzjoni li jwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fuqu. Minkejja dan, il-każ ġie riferut lill-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq Orlando, ix-Xgħajra (fejn hemm parking area żgħira inti u nieżel mir-roundabout tax-Xgħajra), jitranġa peress li qed jaqa’ u huwa ta’ periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li immedjatament wara l-maltempata saru numru ta’ spezzjonijiet biex jiġi iddeterminat xi ħsarat hemm. Żoni li kienu ta’ periklu ġew barrikati biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku. Bħalissa qed isir eżerċizzju fejn qed jiġi determinat liema partijiet tal-istrutturi li ġew affettwati mill-maltemp ser isir intervent fuqhom u x’tip ta’ intevent. Li hu żgur li fejn inqala' fil-maltemp ser jerġa' isir fiż-żmien li ġej.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanti li immedjatament wara l-maltempata saru spezzjonijiet tal-ħsarat. Ingħalqet iż-żona li hi ta’ periklu biex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku. Fil-fratemp saret ukoll investigazzjoni biex jiġi determinat fejn jinsab il-livell tal-blat minħabba li hemmhekk hu wied. Bħalissa għaddejjin analiżi biex jiġi determinat xi struttura ser tiġi mibnija u l-estent ta’ l-intervent bil-pjan li x-xogħlijiet jibdew ma jdumux.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maltempata ta’ Jannar li għadda kkawżat l-erożjoni tal-pedament ta’ parti mill-promenade tax-Xgħajra u din ċediet. Id-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi intervjena minnufih u poġġa blokki tal-konkos sabiex jagħlaq din il-parti tal-promenade. Id-dipartiment qed iħejji s-surveys u l-pjanti neċessarji sabiex din il-parti tal-promenade li ċediet terġa’ tinbena mill-ġdid.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn li x-xogħlijiet kollha tad-dawra tax-xatt, mit-Torri ta’ San Tumas sal-knisja u dik taż-Żonqor, huma responsabbiltà ċentrali. Il-Kunsill, però, ser jagħmel użu mis-servizz ta’ surveyor li ser jiġi pprovdut mir-Reġjun sabiex jikkwantifika l-ħsarat tar-railing li nqala', tat-triq u tal-bankina. Ir-rapport ser jiġi riferut lil Infrastructure Malta bil-possibbiltà li x-xogħol ta’ riġenerazzjoni jiġi estiż f’din il-parti wkoll.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, kawża tal-maltempata, il-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsara konsiderevoli fit-turġien li jagħtu aċċess għall-bajja, fil-bankini u fit-triq li ddawwar il-bajja. Numru ta’ ġebel kbir inġema’ fit-triq u ammont sostanzjali ta’ ramel tkaxkar mill-baħar. F’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, tpoġġew barrikati tal-konkos f’din it-triq biex jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fil-parti fejn sfrondat it-triq. Saru wkoll arranġamenti biex jitpoġġew tabelli sabiex il-pubbliku jiġi infurmat b’dan u jevita ż-żona. Qed isir assessjar taż-żona biex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-ħsara fit-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li l-maġġor parti tal-ħsarat seħħew max-xatt. Id-dawra tax-xatt iġġarraf minħabba li ċeda s-sottobank u, konsegwentement, inqala’ r-railing u d-dawl dekorattiv. Ħafna mill-palm tul ix-xatt tqaċċat u ammont kbir ta’ ġebel ittella’ mill-baħar u kisser il-bankina. Tabelli u bins ukoll tkissru, filwaqt li xi bankijiet inqalgħu.
Peress li d-dawra tax-xatt hija responsabbilita' centrali, l-awtoritajiet relevanti ġew infurmati biex flimkien jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni.
PMC for Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31276 dwar il-Preliminary Market Consultation maħruġa mill-ministeru tiegħu u li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2024, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa qed isiru l-preparamenti sabiex jiġi abbozzat id-dokument tal-konċessjoni”, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta minn ‘PMC for Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex’? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-aħħar żviluppi u meta huwa mistenni (xahar u sena) li tinħareġ offerta miftuħa għall-konċessjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Outline Development Permit inħareġ f’Awwissu li għadda, l-Awtorità tal-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) ġiet inkarigata biex tipprepara d-dokumenti meħtieġa sabiex jinħareġ it-tender relatat ma’ dan il-proġett. Il-proċess tekniku u amministrattiv relatat huwa bħalissa għaddej, u huwa mistenni li jkun komplut matul it-tieni kwart tas-sena 2026.
Villa Rundle – Attivitajiet ta’ żmien il-Milied - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali biex inżamm il-programm ta’ attivitajiet ta’ żmien il-Milied f’Villa Rundle u fil-madwar? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nefqiet, u kif kienu maqsuma, bħal: armar, tiżjin, dwal eċċ.? X’tip ta’ sigurtà kien hemm waqt l-attivitajiet u minn min ġiet ipprovduta? Jista’ jagħti dettalji ta’ nefqiet oħra li kienu involuti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Il-programm ta’ attivitajiet ta’ żmien il-Milied f’Villa Rundle kien estiż fuq numru ta’ ġimgħat, bejn l-aħħar ta' Novembru u l-ewwel ġimgħa ta' Jannar. Il-programm kien jinkludi attivitajiet marbuta mal-Christmas Market, mad-Dinja tat-Tfal u l-Illuminated Trail filgħaxijiet. Bla dubju dawn l-attivitajiet ħallew inpatt pożittiv kemm fuq l-atmosfera tal-Milied fil-gżira Għawdxija kif ukoll impatt ekonomiku minħabba l-konkorrenza tan-nies f’Għawdex matul dan il-perjodu. Ninsab infurmat li n-nefqa globali biex jinżamm il-programm kienet tammonta għal €62,426.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm suwiċidji ta’ persuni taħt it-18-il sena bejn l-2022 u 2025 u jekk iva, kemm? Jista’ wkoll jagħti l-età u l-ġeneru ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn is-sena 2022 u s-sena 2025 kien hemm żewġ każijiet fis-sena 2023, it-tnejn jinvolvu persuni maskili taħt it-18-il sena bl-etajiet ta’ sittax-il sena u ta’ sbatax-il sena rispettivament.
Rabat, Għawdex - Ċentru tas-Saħħa - Ħinijiet tal-ftuħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33101, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid f’liema xahar tas-sena 2026 huwa ppjanat li ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex, jinfetaħ għal iktar sigħat matul il-ġurnata kif ġie mħabbar fl-aħħar baġit?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li aktar informazzjoni titħabbar fil-ħin propizju.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32806, jista’ l-Ministru jgħid lil min kienet qed issejjaħ Dar it-Tama fi Triq Matty Grima, Bormla, f’dawn l-aħħar ħames snin?