Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 34588.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi, a kuntrarju ta’ dak li kien jiġri minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta’ qabel l-2013, din l-amministrazzjoni, b’mod konsistenti, qed iżżomm mal-wegħdiet elettorali li saru qabel l-elezzjoni u fil-fatt qed timplimentahom. Xhieda tal-importanza li l-Gvern jagħti lill-implimentazzjoni tal-Manifest huwa l-fatt li mill-bidla fit-tmexxija tal-pajjiż dejjem kien hemm Ministru li kien responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali. In oltre, minn żmien għal żmien tkun ippubblikata r-rata ta’ implimentazzjoni mill-programm elettorali, fil-waqt li kull sena jkun ippubblikat ukoll rapport mill-Amministrazzjoni Pubblika dwar it-twettiq tal-budget li juri l-progress fuq tali miżuri u r-rata ta’ implimentazzjoni. Bil-fatti, dan huwa Gvern li jwettaq dak li jwiegħed.
Aġenzija Sapport – Support Workers – Kwalifiki u prerekwiżiti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi kwalifiki u prerekwiżiti qed jiġu mitluba li jkollhom is-support workers fl-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki u l-prerekwiżiti mitluba mis-support workers tal-Aġenzija Sapport huma kif ġej:
Għal support workers li jaħdmu ‘Day Services’:
Requisites:
Eligible candidates must meet one of the criteria mentioned below:
A recognised qualification or award at MQF Level 3 or higher (minimum of 60 ECTS/ECVET) in the health, social or disability sector;
OR
Two (2) years’ relevant work experience as a Support/Care Worker in the fields of disability, mental health or a relevant social sector; one (1) year (equivalent to full-time) of which may be in the voluntary sector. This needs to be supported by a formal letter from the entity, and needs to be related to the disability and/or mental health sector;
OR
Applicants who have relevant experience and skills in the expressive arts (theatre, ceramics, painting, drama) and/or sports and who have the aptitude to work with persons with disability and who are willing to undergo in house compulsory training during the first six months of employment.
Preference will be given to applicants who are able to communicate in both the Maltese and the English languages to the benefit of the service users. Moreover, applicants with a valid driving licence shall be given preference, since driving duties are an important part of the Support Worker’s role.
Applicants in possession of a foreign qualification/s are to produce with their application, a recognition statement on comparability of qualifications issued by the Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA).
Għal support workers li jaħdmu SIL (residenzi):
Requisites:
Eligible candidates must meet one of the criteria mentioned below:
A recognised ‘Qualification’ at MQF Level 3 or higher (minimum of 60 ECTS/ECVET) in the health and social sector (eg. MCAST Diploma in Care);
OR
A recognised ‘Award’ at MQF Level 3 or higher (less than 60 credits) in the health and social care sector or a related and relevant field, together with six (6) months’ work experience (this needs to be supported by formal documentation, and needs to be related to the disability and/or mental health sector);
OR
Having an A’ Level standard of education, with a passion for the disability field; such candidates must be currently reading for a ‘Qualification’ at MQF Level 5 or higher (minimum 120 ECTS) in healthcare, social science or nursing/allied health, or a related field;
OR
Three (3) years’ relevant work experience as a Support/Care Worker in the fields of disability, mental health or a relevant social sector; one (1) year (equivalent to full-time) of which may be in the voluntary sector (this needs to be supported by a formal letter from the entity, and needs to be related to the disability and/or mental health sector).
Support Workers li jaħdmu fis-servizz MyProgramme (ibbażat fil-komunità)
huma wkoll meħtieġa jkollhom liċenzja valida tas-sewqan, peress li s-sewqan jifforma parti integrali mir-rwol tagħhom fil-komunità.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm support workers f’Aġenzija Sapport bħalissa u kemm minnhom huma seniors?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 326 Support Worker impjegati ma’ Aġenzija Sapport, li minnhom 25 jokkupaw il-kariga ta’ Senior Support Worker.
Aġenzija Sapport – Riżenji ta’ Support Workers – Raġunijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid waqt l-exit interviews li saru minn Aġenzija Sapport, x’kienu r-raġunijiet primarji għar-riżenji mogħtija mis-support workers li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Aġenzija Sapport – Support Workers – Exit interviews
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru exit interviews lis-support workers ta’ Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat li jirreżenja jingħata stedina bil-miktub għal ‘exit interview’; madankollu, mhux kull impjegat jaċċetta din l-istedina. Dawk li ma jaċċettawx l-istedina għal laqgħa wiċċ imb wiċċ jintbagħtilhom stedina sabiex jimlew formola li tinkludi sett ta’ mistoqsijiet, iżda lanqas din mhux dejjem tiġi milqugħa. L-istatistika dwar in-numru ta’ ‘exit interviews’ tmur lura sas-sena 2024.
Aġenzija Sapport għandha rekord ta’ 15-il ‘exit interview’ ma’ support workers fl-istatistika tagħha, li minnhom 9 saru fl-2024 u 6 saru fl-2025.
In-Naxxar - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tan-Naxxar matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.
Occupational Therapists u Physiotherapists - Uniformijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jinbidlu l-uniformijiet tal-Occupational Therapists u Physiotherapists wara dawk li ngħataw fl-aħħar sena, peress li ġie rrappurtat li huma ta’ kwalità inferjuri?