Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, maqsuma f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000 - €13,000; €13,000 - €14,000; u hekk sal-€150,000), u li ħallsu sena sħiħa kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal:
i. ċittadini Maltin;
ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u
iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)?
Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta’ Malta - Sparar tal-armi tan-nar -Taħriġ lis-suldati
Question
Jista’ l-Ministru jindika f’lista s-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-isparar tal-armi tan-nar li saru lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta matul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika wkoll kemm-il suldat ħa sehem, id-data tas-sessjoni ta’ taħriġ, liema tip ta’ arma sparaw, fejn, u f’liema unit iwettaq is-servizz tiegħu kull suldat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kull membru tal-Forzi Armati ta’ Malta jingħata taħriġ regolari fl-użu u l-isparar tal-arma primarja tiegħu kif ukoll dik sekondarja. Ukoll jingħataw taħriġ ieħor relatat mal-isparar permezz ta’ sistema ta’ simulazzjoni diġitali li tinsab f’wieħed mir-reġimenti. Skont il-ħtiġijiet operattivi, kemm lokali kif ukoll barra min Malta, ċertu Units fi ħdan il-Forzi Armati jingħataw taħriġ aktar speċjalizzat u intensiv fl-użu ta’ sistemi ta’ armi oħrajn.
Jista’ l-Ministru jindika f’lista s-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-isparar tal-armi tan-nar li saru lill-uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika wkoll kemm-il uffiċjal ħa sehem, id-data tas-sessjoni ta’ taħriġ, liema tip ta’ arma sparaw, fejn, u f’liema taqsima jwettaq is-servizz tiegħu kull uffiċjal?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li it-taqsima relevanti għad-domanda tal-Onorevoli Interpellant hija dik tal-Ispecial Operations Group u t-taħriġ huwa kontinwu fejn anke jsir b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra bħal Pulizija, isir ukoll internament fl-aġenzija u anke b’koperazzjoni ma’ entitajiet esterni li jinkludi koperazzjoni ma’ pajjiżi barranin u ambaxxati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34489 u jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?
Sena 2025 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2024 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2023 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2022 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Ir-Rabat, Malta - Il-Baħrija - Triq prinċipali - Bankina u dwal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li ssir bankina u dwal fit-triq prinċipali li twassal għall-Baħrija, ir-Rabat, Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33899 u 34110 u jgħid jekk hux ser ikun hemm intake ta’ studenti ġodda għas-sena skolastika 2026-2027 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, il-Wardija? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ studenti li ser ikunu qegħdin jidħlu għall-ewwel darba fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għaċ-ċirkulari maħruġa mid-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi, tali ċirkulari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34166 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34165 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34164 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34163 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34162 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34161 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?