Kuntratt tal-isptarijiet - Valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-Ministeru għandux stima ta’ kemm jista’ jkun il-valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta’ infurzar relatati ma’ prodotti tas-CBD/THC fl-aħħar sena, u jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta’ każ (spezzjonijiet, sekwestri, akkużi, proċeduri fil-Qorti)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34756.
CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dan l-aħħar xahrejn u kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu ta’ kuljum fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tas-sejħa CT3047/2023 qed, f’dawn l-aħħar xahrejn kompla t-tindif taż-żona kif ukoll xogħol bl-idejn maż-żewġ naħat tal-akwadott tul medda ta’ 260 m, sabiex jiġi rkuprat il-materjal oriġinali li kien ikkollassa u ntradam bil-ħamrija. Dan il-materjal qed jiġi stivat fis-sit biex ma ssirlu l-ebda ħsara u biex, aktar ’il quddiem, jiġi reintegrat fl-istruttura oriġinali tal-akwadott. Sadanittant tqiegħdu l-uffiċini temporanji fuq il-post u qed isiru l-istudji neċessarji u l-preparamenti relatati mal-fażijiet sussegwenti tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix (jew jekk qed tiġix ikkunsidrata) politika biex tiġi ristretta l-operat jew ir-reklamar ta’ outlets relatati mas-CBD/kannabis qrib skejjel u postijiet sensittivi, u jekk le, għaliex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ infurzar jeżistu għall-bejgħ online u għall-importazzjoni b’posta/courier ta’ prodotti b’CBD/THC, inklużi verifiki tal-età, kooperazzjoni mad-Dwana u proċeduri ta’ sekwestru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li, fejn jirrigwarda l-Pulizija, il-miżuri ta’ infurzar huma regolati mill-provedimenti tal-Kapitolu 101 tal-Liġijiet ta’ Malta u nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artiklu 2 tal-istess kapitlu.
Fl-infurzar l-Pulizija taħdem mill-qrib mad-Dwana u tikkopera bis-sħiħ mal-uffiċjali tagħha.
Flimkien, jaċċertaw li kull prodott jew sustanza importata fis-suq lokali bi ksur tal-provedimenti tal-Kapitolu 101 tiġi traċċata, u kull każ jiġi nvestigat mill-Pulizija bl-istess mod kif isir f’investigazzjonijiet relatati mal-importazzjoni ta’ droga.
Il-kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn il-Forzi tal-Ordni, twassal biex ta’ kull sena jinstabu diversi pakketti li jkun fihom sustanza illegali, kif ukoll prodotti ta’ CBD b’kontenut ta’ aktar minn 0.2% THC. F’dawn il-każi l-Pulizija tinvestiga u meta l-persuna suspettata ta’ tali reat tinstab, titressaq il-qorti b'akkużi ta' mportazzjoni ta' droga fost oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru sekwestri ta’ prodotti li ġew deskritti bħala CBD/THC fl-aħħar sena, u jindika l-kategoriji prinċipali (eż. oils, edibles, vapes, fjuri/inflorescenzi, kożmetiċi)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi s-sekwestri li saru mit-Taqsima ta’ kontra Droga tal-Pulizija ta’ prodotti li ġew deskritti bħala CBD/THC fl-aħħar, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Barra minn dan kien hemm sekwestru ieħor li għadhom qed isiru eżamijiet fuq is-sustanza misjuba u l-ammont għadu mhux disponibbli.
Sena
Każi ta’ sekwestri ta’ prodotti ta’ CBD/THC products.
Użin f’kilogrammi/ammont
2025
37 cannabis grass
128 kilos
1 cannabis plant seizure
151 plants
2026
*
3 cannabis grass seizures
2.68 Kilos
1 Cannabis Plant seizure
40 plants
*sa 01/03/2026
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Pulizija tiddetermina meta prodotti li jkollhom CBD/THC jitqiesu illeċiti taħt il-liġijiet dwar sustanzi kkontrollati u meta jitqiesu prodotti permessi? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx linji gwida operattivi f’dan ir-rigward?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob li interpellant jirreferi għal tal-Kapitolu 101, Artikolu 2 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’regoli jirregolaw it-tikkettar, deskrizzjoni tal-prodott, u kwalunkwe “wellness claims” għal prodotti tas-CBD/THC, u kif jiġu investigati u ssanzjonati pretensjonijiet qarrieqa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nagħrraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu jew ġew irreġistrati twelid matul dawn l-aħħar ħames snin fejn wieħed mill-ġenituri huwa Malti u l-ieħor mhux Malti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fir-Reġistri Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin ġew reġistrati total ta’ 4,098 tarbija fejn wieħed mill-ġenituri huwa Malti u l-ieħor mhux Malti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru jew ġew reġistrati żwiġijiet bejn persuna Maltija ma’ barrani matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fir-Reġistri Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin ġew reġistrati total ta’ 1,774 żwieġ bejn persuna Maltija u persuna barranija.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Lulju 2025?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Lulju 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000, maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2025?
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Lulju 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti vetturi li jaħdmu bl-elettriku fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ ta’ ammont ta’ vetturi liċenzjati fit-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 898, 895, 25659, 29844, ninfurmah li l-informazzjoni l-oħra qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi deċiżi mill-bord tal-kera fuq kirjiet antiki fuq il-liġi tal-pre 1995, minn meta daħlet ir-riforma sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm għad fadal kawżi pendenti għal reviżjoni tal-kera?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-kera minn meta ġiet introdotta l-liġi tal-kera u l-obbligu ta’ reġistrazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa ta’ 15% mħallsa fuq kirjiet permezz tal-formola TA24 hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
Sena ta’ Stima
Ammont Imħallas
2019
€50,515,420
2020
€59,101,285
2021
€63,121,469
2022
€74,143,943
2023
€93,313,627
2024
€110,980,763
2025
€123,242,432
Jista’ l-Ministru jara li n-numru ta’ vetturi mingħajr liċenzja u mingħajr number plates ipparkjati minn panel beaters eċċ., fil-parkeġġ temporanju li sar fi Triq Clarence, l-Imsida, ma jibqgħux jokkupaw spazji ta’ parkeġġ illegalment peress li qed itellfu lir-residenti tal-madwar milli jużaw dan l-ispazju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Tlabt li jkun hemm osservazzjoni tal-post indikat.