B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi installata mill-ġdid it-telephone box (il-ħamra) ta’ żmien l-Ingliżi li ġiet imneħħija għar-restawr fi Triq Mariano, il-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Belt Valletta m’hemm l-ebda triq jisimha Triq Mariano.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jinġabar il-larinġ li hemm fi Ġnien Dante l-Furjana din is-sena, biex jekk dan il-larinġ huwa tal-bakkaljaw, ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Il-Furjana ser ikun qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-larinġ jinqata’ u jsib mezzi kif jista’ jintuża għall-benefiċċju tal-komunità lokali.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jara li t-tindif tal-parti tal-Ponta tal-Birgu jsir peress li huwa ta’ periklu għal terzi? Jista’ wkoll jara li tingħata l-attenzjoni neċessarja?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jipprovdi iktar informazzjoni dwar liema parti tal-Birgu qed jirreferi għaliha.
CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa ‘CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE’ u meta hu maħsub (xahar u sena) li jingħalaq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender imsemmi ġie aggudikat. Bħalissa għaddejjin l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt. Wara l-iffirmar tal-kuntratt, u skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali, ikun jista’ jibda x-xogħol.
CT2132/2025 Design, Build, Demolition, Shoring of Existing Structure, Excavation, Construction, Finishes, Landscaping and MEPs using Env Friendly Prod. for Marija Bambina Mellieħa Primary School
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa CT2132/2025 ‘Design, Build, Demolition, Shoring of Existing Structure, Excavation, Construction, Finishes, Landscaping and MEPs using Env Friendly Prod. for Marija Bambina Mellieħa Primary School’ u meta hu maħsub li jingħalaq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-offerti tas-sejħa msemmija qed jiġu evalwati.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħlijiet ġewwa l-Għolja ta’ Għammar fl-Għasri? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx kollha u jekk le, x’fadal isir u meta hu maħsub li dan il-proġett jitlesta kollu?
IND-HHF-T020-25 ‘WORKS - DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa IND-HHF-T020-25 ‘WORKS
-
DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’ u jispjega fid-dettall fiex kienet tikkonsisti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li dan il-proġett huwa ffinanzjat minn Fondi Ewropej. It-tender ħareg f’forma ta’ design and build iżda l-offerenti ma’ ssodisfawx il-kriterji meħtieġa sabiex jikkwalifikaw ghall-istadju tekniku tal-evalwazzjoni, għaldaqstant se jkun qed jerġa jinħareġ tender ieħor.
Għawdex – Immodernizzar ta’ Pitkaliji, Cold Stores u l-biċċerija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li toħroġ is-sejħa pubblika (xahar u sena) biex isiru x-xogħlijiet kollha relatati mal-applikazzjoni sottomessa mill-Ministeru tiegħu (Cold Stores, Triq il-Biċċerija, ix-Xewkija) PA/04241/24 ‘The proposed works consist of internal alterations and extension of the existing cold stores building at ground, first and second floor. The proposed development envisages a total of 6 cold rooms (Class 6A), 12 offices (Class 4A) and a store’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed tiġi abbozzata s-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet b’rabta mal-applikazzjoni li ġiet approvata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar xahrejn fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija u kemm intefqu flus fuq din l-estensjoni f’dawn l-aħħar xahrejn?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457, 32000, 32550 u 33413 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456, 31999, 32549 u 33412 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Il-Mosta - MCAST Arts & Design - Għalliema tal-Arti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema ġodda li jgħallmu l-Arti fl-MCAST Arts & Design tal-Mosta li ġew ingaġġati u jekk iva, kemm kien in-numru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ġew ingaġġati 4 impjegati ġodda fl-MCAST Arts & Design tal-Mosta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt l-40 sena li xtraw proprjetà waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor bejn l-2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz medju?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
SENA
Xtraw Waħedhom
Xtraw ma xi ħadd
TOTAL
Prezz Medju (etajiet bejn 18 u 40 sena)
2020
3,256
5,244
8,500
€163,560
2021
4,383
6,797
11,180
€181,380
2022
4,369
6,273
10,642
€190,561
2023
3,753
5,231
8,984
€212,139
2024
3,870
5,010
8,880
€226,128
2025
3,567
5,804
9,371
€237,749
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt l-40 sena li xtraw proprjetà waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor bejn l-2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz medju?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Fondi pubbliċi li tħallsu
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ fondi pubbliċi li tħallsu taħt il-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tiegħu sal-lum?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fir-rapport tat-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kull ħlas li sar lill-kumpaniji kollha involuti fil-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tal-ftehim sat-terminazzjoni tiegħu, inkluż l-ammont, id-data, u l-iskop ta’ kull ħlas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Gvern kellu relazzjoi kuntrattwali mal-koncessjonarji (VGH u Steward) u l-uniċi ħlasijiet li saru taħt il-kuntratt imsemmi huma lill-konċessjonarji kif determinat mill-istess kuntratt. L-obbligi kienu dawk stabbilti fil-kuntratt u huma dawk espressi kemm fir-rapport tal-Awditur Ġenerali u l-Award tal-ICC.
Kuntratt tal-isptarijiet - Obbligi pendenti ta’ pagamenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-Gvern għandux obbligi pendenti ta’ pagamenti taħt xi sub-kuntratti ma’ kumpaniji Maltin li kienu qed jaħdmu taħt il-kuntratt ewlieni tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx xi kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas jew li ċaħdu ħlasijiet bħala parti minn ftehim jew arranġament finanzjarju fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet/ftehimiet ta’ kompromess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux ħlasijiet jew ftehimiet ta’ kompromess ma’ xi kumpaniji lokali biex jiġu ssodisfati talbiet ta’ ħlas fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.