Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Sapport – Support Workers – Applikanti li ma ntgħażlux

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti li riedu jaħdmu bħala support workers ma’ Aġenzija Sapport fl-2025 u ma ntgħażlux minkejja li kellhom il-kwalifiki u l-esperjenza? Tista’ tgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet għaliex dawn ma ntgħażlux?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2025, 52 individwu għaddew għal intervista mal-Aġenzija Sapport wara li preżentaw il-kriterji bażiċi mitluba għall-irwol ta' Support Worker. Dawn il-kriterji huma indikati fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 34561. Finalment, dawn il-52 applikant ma ġewx magħżula għall-irwol minħabba l-livell ta' komunikazzjoni tagħhom bil-Malti u bl-Ingliż u l-esperjenza li kellhom. Kif indikat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 34561, applikanti li wrew dawn il-kwalitajiet ingħataw preferenza sabiex jiġi mħares il-kwalità tas-servizz.

Aġenzija Sapport – Support Workers tal-kuntrattur – Kuntratt

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie ffirmat mal-kuntrattur li qed jipprovdi s-support workers lil Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti mitluba huma meqjusa bħala kummerċjalment sensittivi.

Aġenzija Sapport – Support Workers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-support workers tal-kuntrattur għandhomx kundizzjonijiet inferjuri mis-sapport workers li jaħdmu direttament ma’ Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-kuntrattur u dawk li jaħdmu direttament ma’ Aġenzija Sapport igawdu l-istess kundizzjonijiet.

Aġenzija Sapport – Support Workers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi forma ta’ strateġija biex in-numru ta’ ħaddiema impjegati direttament ma’ Aġenzija Sapport jonqos u n-numru ta’ ħaddiema tal-kuntrattur jiżdied, u jekk iva, x’inhi r-raġuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jkun hemm post vakanti, dan jerġa’ jimtela’ mill-ġdid.

Kontribuzzjonijiet - Persuni ta’ 59 sena

Question

Fid-dawl li l-miżura rigward il-ħlas ta’ ħames snin b’lura f’kontribuzzjonijiet (bolol) għall-persuni li għalqu l-59 sena kienet diġà hemm qabel il-baġit, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ġdid f’din l-istess miżura li tħabbret fl-aħħar baġit?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi  persuni mpjegati jew jaħdmu għal rashom jistgħu jħallsu b’lura kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali nieqsa sabiex meta jirtiraw jkunu eliġibbli għal pensjoni kontributorja jew itejbu r-rata tal-pensjoni tagħhom. Il-miżura tippermetti li jsir pagament sa massimu ta’ 5 snin ta’ kontribuzzjonijiet sakemm il-persuna tkun għadha taħdem bi qligħ u fl-età ta’ bejn 59 u 64 sena. Filwaqt li dan il-kriterju li ġie mplimentat permezz tal-Budget tas-sena 2015 għal min iħallas kontribuzzjonijiet neqsin se jibqa, ittieħdu passi ġodda sabiex minn din is-sena anke persuna li ma’ tkunx qiegħda taħdem, tingħata l-possibilità li tħallas kontribuzzjonijiet neqsin sa massimu ta’ 5 snin, jekk bihom tkun tista’ tilħaq il-minimu ta’ 10 snin sabiex tikkwalifika għall-pensjoni.

AUM – Jedd fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

AUM – Jedd fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM – Jedd fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Belt Valletta - Viżjoni 2050 - Rendikont

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġiet tiswa l-istruttura u l-esebizzjoni dwar il-Viżjoni 2050, liema struttura tinsab viċin il-Funtana tat-Tritoni? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-kuntratt ingħatax wara sejħa pubblika jew b’direct order u jekk ingħata b’direct order, fuq liema merti ngħata l-kuntratt?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 34206 u 34379.

Youth Workers – Responsabbiltajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-responsabbiltajiet ewlenin tal-youth workers fi ħdan il-komunitajiet lokali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema maż-żgħażagħ huma regolarizzati mill-Qafas nazzjonali tal-Kwalifiki.

Youth Centres u Youth Hubs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn youth centres jew youth hubs u fejn jinsabu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ tmexxi dawn il-Youth Hubs; MCAST Paola u Għawdex, l-ITS, MA Refalo Sixth Form u żewġ youth activity centres (1 Marsaxlokk u 1 Dingli).

Youth Workers

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba fil-ġimgħa jew fix-xahar joperaw il-youth workers f’kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-youth workers ma joperawx b’mod standard. Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ topera b’mod nazzjonali, l-interventi tal-youth workers jitfasslu u jitwettqu skont il-programmi, il-prijoritajiet f’Malta u Għawdex.

Fact-Finding Report - Rakkomandazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32338 u 32739, jista’ l-Ministru  jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Report ġewx implimentati? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati peress illi qed titqajjem preokkupazzjoni dwar dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; 1.     Id-Direttorat tal-Kwalita u Standards f-Edukazzjoni jagħmel external Review. L-external review sar u matul dan ix-xhur, l-istess Direttorat fassal u żviluppa framework ta’ external review li se jibda jintuża f’dawn l-istituzzjonijiet.  Dan il-mudell se jiġi varat f’din is-sena skolastika 2.     Isiru diskussjonijiet mac-Child Safety u Child Protection dwar il-każ. Id-diskussjonijiet saru u ma kienx hemm bżonn ta’ investigazzjoni ulterjuri 3.     Jitfassal qafas regolatorju għall-ABA. Saru laqgħat bejn stakeholders neċessajri u qed jitlesta rapport.

Bormla - Pjazza Gavino Gulija - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fi Pjazza Gavino Gulija, f’Bormla?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser jagħmel it-tiswijiet neċessarji.

Bormla - Pjazza Gavino Gulija - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fi Pjazza Gavino Gulija, f’Bormla?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.