Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzjar tal-bennejja - Eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar eżamijiet għal-liċenzjar tal-bennejja, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, maqsuma separatament?  F’kull każ, jista’ jgħid kemm-il persuna qagħdet għal dan l-eżami u kemm minnhom għaddew, f’Malta u f’Għawdex maqsuma separatament?  Dawk li ma għaddewx ser ikollhom opportunità jerġgħu jagħmlu l-eżami ,u kif ġew infurmati dwar dan?  Jista’ jgħid ukoll kif ġew infurmati dawk li għaddew u meta ser jingħatalhom iċ-ċertifikat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżamijiet tal-prattika għall-liċenzja ta’ bennej saru nhar id-19 u 20 ta’ Novembru 2025, filwaqt li dak tat-teorija sar nhar it-22 ta’ Novembru 2025, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. L-applikanti ġew infurmati fl-eżitu rispettiv, kemm b’email u kif ukoll bil-posta reġistrata. Madanakollu, r-regolamenti dwar il-Liċenzja tal-Bennejja aġġornati jipprovdi ċ-ċans li l-applikant li ma jkunx għadda bil-possibilita’ li jerġa’ jersaq għal dik il-parti tal-eżami  jew anke taħt ċertu kundizzjonijiet jitlob lill-Kumitat biex l-applikazzjoni tiegħu tiġi evalwata fuq il-bażi tal-esperjenza. Għaldaqstant, f’dan l-istadju l-proċess relatat ma’ dawn l-eżamijiet għadu kkonsidrat miftuħ u għalhekk l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tingħata wara li dan jiġi konkluż formalment.

CAYS - Faċilitajiet għall-Ħaddiema u Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li qed jaħdmu mill-binja l-ġdida taċ-Child and Young People's Services (CAYS) għandhomx aċċess għall-faċilitajiet ta’ parkeġġ allokati għalihom? Jekk il-parkeġġ huwa riservat esklussivament għall-klijenti, jista’ jgħid x’arranġamenti alternattivi saru għall-ħaddiema, u jekk iqisx dan bħala konformi mal-obbligi ta’ min iħaddem lejn l-impjegati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ġewwa l-binja ser ikun parkeġġ.  Il-klijenti li ser jipparkjaw f’dan il-parkeġġ ser ikollhom il-faċilità li mill-parkeġġ jitilgħu fis-sular fejn ser jingħataw is-servizz.  Barra minn hekk, quddiem il-binja ser ikun hemm parkeġġ riservat għall-persuni li jkollhom bżonn wheelchair. Għall-ħaddiema, ser ikun hemm parkeġġ.  Apparti dak ġol-binja, mistenni jkun hemm parkeġġ ieħor riservat għall-ħaddiema.

CAYS - Governanza u struttura amministrattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: 1.    taħt liema struttura legali jew amministrattiva qed topera ċ-Child and Young People's Services (CAYS) bħalissa; 2.    kif il-ħaddiema li qabel kienu jaqgħu taħt entitajiet differenti (MCH, MDH, CMO) qed jiġu integrati amministrattivament; 3.    jekk humiex qed jiġu implimentati bidliet fir-rappurtar, kuntratti, sistemi tal-pagi jew kundizzjonijiet tal-impjieg; u 4.    jekk saritx konsultazzjoni mal-professjonisti affettwati (PTs, OTs u professjonisti oħra tas-saħħa alleati) qabel ir-rilokazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li il-CAYS sejra tgħaqqad is-servizzi li kienu diġa qed jingħataw permezz ta’ CDAU u CYPS. Għar-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-PQs 34672 u 34673.

CAYS - Tħejjija Operattiva u kontinwità tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra: 1.    jekk inħarġitx komunikazzjoni interna uffiċjali li tordna lill-ħaddiema jibdew jaħdmu mill-binja taċ-Child and Young People's Services (CAYS); 2.    f’liema data nħarġet tali direttiva; 3.    jekk jeżistix pjan formali ta’ tranżizzjoni għar-rilokazzjoni tas-servizzi; u 4.    kif qed tiġi ssalvagwardjata l-kontinwità tas-servizz lill-pazjenti/klijenti fid-dawl li: -    t-tagħmir ġie mċaqlaq; -    l-ħaddiema qed jesprimu inċertezza dwar is-sistemi operattivi u -    t-timijiet huma maqsuma taħt entitajiet differenti (MCH, MDH, CMO) b’sistemi amministrattivi u tal-pagi separati? Jista’ jgħid ukoll jekk din ir-rilokazzjoni ġietx ippjanata b’mod strutturat u kkoordinat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li id-diskussjoni mal-impjegati kienet ilha għaddejja biex jiġi assigurat li jinħoloq pjan formali ta’ tranżizzjoni għar-rilokazzjoni tas-servizz. B’hekk qed jiġi assigurat li r-rilokazzjoni hi ppjanata b’mod strutturat. Infurmat ukoll li ngħata taħriġ fejn ser ikun hemm sistemi godda. Nassigura lill-Onor. Interpellant, li kull ħaddiem ser ikompli jirċievi s-salarju preżenti u mhux ser ikun hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

CAYS - Binja adatta għall-użu okkupazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja li bħalissa qed tiġi allokata għall-ħaddiema taċ-Child and Young People's Services (CAYS) kenitx iċċertifikata uffiċjalment bħala adatta għall-użu okkupazzjonali qabel ma l-ħaddiema ġew ordnati jirrilokaw?  Jista’ wkoll: 1.    jgħid f’liema data twettaq valutazzjoni tar-riskju dwar is-saħħa u s-sigurtà; 2.    jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità tas-saħħa u s-sigurtà; 3.    jgħid jekk il-binja bħalissa hijiex mgħammra kompletament: -    b’għamara adegwata tal-uffiċċju (skrivaniji, siġġijiet u postijiet tax-xogħol); -    faċilitajiet sanitarji għall-ħaddiema kompletament operattivi u mgħammra; u -    servizzi ta’ tindif regolari fis-seħħ; 4.    jgħid jekk il-ħaddiema rrapurtawx li l-binja mhijiex mgħammra bl-għamara bażika u mhijiex f’kundizzjoni xierqa għax-xogħol; u 5.    jgħid jekk il-binja hijiex konformi mal-istandards okkupazzjonali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rapport sar fit-12 ta’ Frar 2026. Ninsab infurmat ukoll li l-uffiċini huma mgħammra bl-għammara adegwata u hemm fis-seħħ servizz ta’ indif. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-ambjent tal-binja l-ġdida hu superjuri għall-post minn fejn dawn is-servizzi kienu qed jingħataw.   Dan għandu jkun ta’ benefiċċju għal dawk li jiġu bżonn dawn is-servizzi u għall-professjonisti li ser ikollhom aktar faċilitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34148 u 34295 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147 u 34294 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34146 u 34293 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34145 u 34292 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijet parlamentari 34144 u 34291 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143 u 34290 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

L-Imġarr, Malta - Skola - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33991 u 34338 u jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33946 u 34260 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34588.

Ministeru għall-Finanzi - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 34588.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34588.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Aġenzija Sapport – Support Workers – Taħriġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti fid-dettall x’taħriġ qed jingħata lis-Support Workers f’Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Support Workers, Senior Support Workers, il-professjonisti li jaħdmu fis-servizzi, u ħaddiema oħra jingħataw taħriġ kontinwu bil-għan li jtejbu l-kompetenzi u l-għarfien tagħhom relatati mad-dmirijiet tagħhom. Dan it-taħriġ jinkludi: 1. NAPPI (Non-Abusive Psychological and Physical Intervention) 2. ‘Safe Use of Medication Administration’ 3. Food Handling 4. Induction Training 5. ‘How to Approach Sexualised Behaviour’ 6. Autism and SPELL 7. First Aid 8. OHSA Health and Safety Representative 9. Mental Health First Aid – Accredited and Refreshers 10. Mental Health Support 11. IDDSI 12. SAFE Program 13. OT Workshops 14. Moving and Handling