Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri sportivi - Sapport finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju, jew xogħol bla ħlas sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, għal dawk li huma ċentri sportivi? Jista’ jgħid ukoll: i.    lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna sa issa, matul l-2024 u l-2025 separatament għal kull sena; ii.   f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa; iii.   fejn mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u iv.   kif jista’ klabb jew ċentru sportiv partikolari japplika biex jingħata tali għajnuna?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2024 u l-2025 kien hemm 11-il għaqda sportiva li ingħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6800 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 20 ta' April 2026 f'Seduta 455)

Prodotti tas-CBD/THC - Sekwestri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sekwestri, ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew qerda ta’ prodotti deskritti bħala CBD/THC fl-aħħar sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2025, kien hemm: Sekwestri: 46 konsenji żgħar (parcels) mill-Unjoni Ewropeja u 19 konsenji żgħar minn barra l-Unjoni Ewropeja. Ħafna minn dawn is-sekwestri saru wara sinerġija u koperazzjoni effettiva mal-awtorità ARUC. Ritorn lejn l-oriġini: Xejn; Qerda: Prodotti li nżammu ġew mgħoddija lil-Pulizija għal-proċeduri neċessarji min-naħa tagħhom.

CBD/THC - Dokumentazzjoni meħtieġa għall-importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dokumentazzjoni jridu jipprovdu l-importaturi (inkluż ċertifikati ta’ analiżi/laboratorju) meta jdaħħlu prodotti tas-CBD/THC f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta jidaħħlu prodotti tas-CBD/THC f’Malta hemm bżonn dawn id-dokumenti: 1)     Dwar prodotti CBD Non-Medical: Dikjarazzjoni tad-Dwana, clearances tal-Port Medic, tal-ERA (CITES), u certifikati ta’ analizi dwar il-kontenut THC; 2)     Dwar prodotti Cannabis-Mediċinali: Dikjarazzjoni tad-Dwana, clearances tal-Port Medic, tal-Medicines Authority, tal-ERA (CITES), il-permess tal-esportazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini, ċertifikati ta’ analiżi.

Importazzjoni ta’ prodotti tas-CBD/THC - Screening, spezzjonijiet jew ittestjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ screening, spezzjoni jew ittestjar tagħmel id-Dwana fuq importazzjonijiet ta’ prodotti li jkollhom CBD/THC, u liema kriterji jintużaw biex prodott jiġi miżmum jew jinħeles?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi ċċekkjar isir fuq id-Dikjarazzjonijiet tad-Dwana, skond kif ikun il-każ; fuq klassifika (CN code), valur, oriġini u kull ċertifikat u dokument meħtieġ. Isiru spezzjonijiet kemm fiżiċi, bil-magna tal-X-Ray u anki permezz tal-klieb tad-Dwana. Meta jkun hemm bzonn ittestjar, dan isir mill-ARUC. Kriterji biex jiġi rilaxxat jew miżmum ix-xogħol: · Prodotti CBD Non-Medical – Biex ikunu legali, prodotti CBD ma jridux jaqbżu il-0.2% THC u jridu jkunu konformi wkoll mar-Regolamenti/kontrolli oħra li jirregulaw il-prodott partikulari, (għax dawn jistgħu ikunu CBD oil, tinctures, capsules, edibles u creams (kosmetiċi) li jgħaddu taħt klassifiċi differenti). Dawn jaqgħu taħt l-Awtorita kompetenti ARUC. · Cannabis-Medicinali – Dawn il-prodotti (bħal mediċini u ‘buds/dried flowers’) jridu jkunu awtorizzati mill-Medicines Authority (li hija l-Awtorità kompetenti ta’ dawn il-prodotti) u jiġu vverifikati minn entitajiet oħra kif meħtieġ. Prodotti li ma jkunux konformi ma’ dawn il-kontrolli, jew awtorizzazzjonijiet, jew mhux dikjarati, jinżammu.

CBD u/jew THC – Negozji - Liċenzji, reġistrazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet meħtieġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema liċenzji, reġistrazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet huma meħtieġa biex negozju jimporta, jagħmel “wholesale” jew ibigħ bl-imnut prodotti li jkun fihom CBD u/jew THC f’Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor, Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel - Protokolli

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe protokoll li bih skejjel jistgħu: i.    jirrappurtaw tħassib dwar outlets/reklamar fil-viċinanza; ii.   jirċievu risposta rapida mill-awtoritajiet kompetenti; u iii.  jiġi żgurat li l-aspett ta’ safeguarding tat-tfal jitqies?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

CBD/Kannabis - Żona protetti madwar skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex qafas ta’ “żona protetta madwar skejjel” li jirrestrinġi ċerti tipi ta’ bejgħ jew reklamar fil-viċinanza ta’ skejjel, inkluż fir-rigward ta’ outlets u reklamar relatati mas-CBD/kannabis? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġi introdott qafas ta’ “school zones” li jinkludi restrizzjonijiet speċifiċi fuq reklamar u immaġinerija relatati mas-CBD/kannabis fil-viċinanza ta’ skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – Triq De La Cruz – Ħsarat ikkawżati minn siġra li waqgħet

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħsarat fi proprjetà ta’ terzi fit-13 ta’ Frar 2026 ikkawżata minn siġra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Settur tal-għadis - Artificial reefs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jikkjarifika jekk il-Gvern jarax l-iżvilupp ta’ artificial reefs bħala parti mill-istrateġija tiegħu biex jissaħħaħ u jitkabbar is-settur tal-għadis, u jekk hux se jieħu r-responsabbiltà politika sabiex jiżgura li proġetti ta’ dan it-tip ma jinħakmux f’piż burokratiku żejjed li jista’ jxekkel investiment sostenibbli u opportunitajiet ekonomiċi ġodda?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 34749.

Settur tal-għadis - Artificial reefs

Question

F’każ ta’ proposti biex jinħolqu artificial reefs bil-għan li s-settur tal-għadis jissaħħaħ, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’tip ta’ applikazzjoni trid issir eż. ta’ żvilupp sħiħa, minħabba li dawn l-inizjattivi għandhom għan ċar ta’ promozzjoni turistika u titjib ambjentali? Jista’ wkoll jindika: i.    jekk teżistix policy ċara dwar il-ħolqien ta’ artificial reefs; u jekk iva, jista’ jqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra; ii.   liema huma l-materjali aċċettabbli u dawk mhux aċċettabbli, u iii.  liema awtoritajiet għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom u fuq liema bażi legali qed tintalab applikazzjoni ta’ żvilupp sħiħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) appoġġjat aktar minn darba organizzazzjonijiet sabiex jimplimentaw proġetti fejn jinħolqu sikek artifiċjali billi jiġu mgħarrqa vapuri ta’ qisien differenti f’postijiet differenti. F’kull każ sar proċess kif mitlub bil-ligi tal-Ambjent u tal-Ippjanar u f’kull każ saru l-istudji u konsultazzjonijiet neċessarji li ntalbu minn dawn l-awtoritajiet. Il-Ministeru responsabbli mit-Turiżmu u l-MTA dejjem appoġġjaw is-settur tal-ghadds (diving) kemm mil-lat ta’ reklamar u kemm mill-lat ta’ prodott.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000, maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 29478.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Ġunju 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 29476.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Lulju 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W439.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

San Pawl il-Baħar - Artijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex art reġistrata bħala art tal-Gvern fl-area li tifforma parti mil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tispeċifika għal liema art qed tirreferi fil-mistoqsija Parlamentari tagħha.

Għaqdiet sportivi - Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għaqda sportiva ngħatat għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex ittejjeb il-faċilitajiet sportivi tagħha u liema kienu dawn l-għaqdiet?  Jista’ jgħid ukoll kif għaqdiet oħra jistgħu jibbenefikaw minn skemi jew fondi simili?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tnax‑il għaqda sportiva bbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li ttejjeb jew taġġorna l-faċilitajiet sportivi tagħha, li għalihom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Kull għaqda sportiva tistà tibbenefika mi̕nn skemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea skont il-kriterji ta’ eliġibilità u l-għanjiet speċifiċi tal-programmi rispettivi.