Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm avukati impjegati full-time mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u kif inhuma maqsuma skont id-diversi direttorati fi ħdan l-istess MCCAA?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diga nfurmajt lill-Onor Interpellant fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari nru 29084, fl-MCCAA hemm 11 il-avukat li jagħmlu xogħol legali. Ninsab infurmat li minn dawn tlieta jaħdmu fl- Uffiċċju tal-Konsumatur, erbgħa mal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u erbgħa huma fi ħdan l-amministrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli minn deċiżjonijiet tat-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva fl-2025 u kemm minnhom saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u kemm minnhom saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mill-kawżi tat-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva li ġew deċiżi fl-2025, ġew reġistrati 29 appell u kollha saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri).
Qorti tal-Appell (Superjuri) u Qorti tal-Appell (Inferjuri) - Appelli ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli ċivili fl-2025 u kemm hemm appelli pendenti attwalment quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) u l-Qorti tal-Appell (Inferjuri)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella ta’ hawn taħt turi kemm ġew reġistrati appelli ċivili fis-sena 2025 u kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) u l-Qorti tal-Appell (Inferjuri).
Reġistrati 2025
Pendenti 2025
Appelli (Superjuri) Malta
453
338
Appelli (Inferjuri) Malta
471
386
Appelli (Inferjuri) Gozo
10
9
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq minn Ħ'Attard fl-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li Is-serq naqas b’mod sinifikanti, tant li fl-2025 ġie rreġistrat l-inqas numru ta’ każijiet ta’ serq f’għexieren ta’ snin. In-numru naqas b’790 każ, minn 5,218 każ fl-2024 għal rekord baxx ta’ 4,428 fl-2025, saħansitra inqas mis-sena tal-COVID fl-2020. Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025 ġew irreġistrati ħamsa u erbgħin (45) rapport ta' serq ġewwa Ħ’Attard.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq mill-Mosta fl-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li is-serq naqas b’mod sinifikanti, tant li fl-2025 ġie rreġistrat l-inqas numru ta’ każijiet ta’ serq f’għexieren ta’ snin. In-numru naqas b’790 każ, minn 5,218 każ fl-2024 għal rekord baxx ta’ 4,428 fl-2025, saħansitra inqas mis-sena tal-COVID fl-2020. Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025 ġew irreġistrati seba’ u disgħin (97) rapport ta' serq fil-Mosta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31141, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar iż-zebra crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien li, wara diskussjonijiet u bil-kooperazzjoni ta’ resident li aċċetta li l-cables tad-dawl jgħaddu mal-faċċata tiegħu, issa ser ikun jista’ jsir id-dawl għaż-zebra crossing.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32649 u 32650, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu fir-rigward tar-restawr tal-lapida li hemm ix-Xgħajra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra, li ġie maqbul li tiġi ordnata plakka tal-irħam ġdida biex tieħu post dik eżistenti li hemm fil-ġnien bejn l-aħħar parti ta’ Triq Qaċċawiet u Dawret ix-Xatt.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32656 fir-rigward tar-rappreżentazzjonijiet neċessarji sabiex il-vot għall-gazzetti għal għotjiet lill-media jiżdied b’mod iktar sostanzjali, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm u jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ġewx implimentati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali ser jidħol fi ftehim direttament mal-media houses waqt li jikkonferma li l-Ministeru ser ikun qed jonora parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28889, 30873 u 32652, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Villa f’Tas-Silġ, f’Marsaxlokk?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li, minn l-aħħar tweġiba relatata ma’ dan is-sit, m’hemm l-ebda aġġornament ulterjuri x’jiġi kkomunikat. Ninsab informat ukoll li l-kundizzjoni tas-sit hija waħda stabbli.
Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja u ż-Żejtun - Problema tal-ħamiem
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar problemi ta’ ħmieġ u preżenza qawwija ta’ ħamiem f’Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja u ż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi kkontrollata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħejja programm sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ħamiem salvaġġ madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex liema programm ġie sottomess għal approvazzjoni tal-kumitat Ornis.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32667, jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx lok ġdid għall-arkivju nazzjonali kif preċedentement kien ippjanat?
Trabi li twieldu lil ommijiet barranin – Unknown Father
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-trabi mwielda minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija, f’Malta u Għawdex fl-2024 u l-2025, kienu reġistrati b’unknown father’, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-2025 kien hemm 36 tarbija li twieldu f’Malta u f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet kontra Malta fil-Qorti ta’ Strasburgu mill-2020 sal-2025 u x’kien l-eżitu ta’ kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li skont l-atti ġudizzjarji li ġie notifikat bihom l-Uffiċċju tal-Avukat tal-iStat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-2020 sal-2025 kien hemm 59 każ kontra Malta, li l-eżitu tagħhom qed jingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm staff complement ta’ Malta fil-Kummissjoni Għolja tal-Ingilterra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kummissjoni Għolja tal-Ingilterra hemm erba’ (4) uffiċjali Maltin u dsatax (19) -il uffiċjal impjegati mill-post.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm staff complement ta’ Malta fil-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja hemm żewġ (2) uffiċjali Maltin u għaxar (10) uffiċjali mpjegati mill-post.
Stabbilimenti ta’ divertiment - Persuni mħarrka li nqabbdu jpejpu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni li nqabbdu jpejpu fi stabbilimenti ta’ divertiment fl-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu fi stabbilimenti, matul is-sena 2025 kien ta’ erba’ mija u tlettax (413) -il każ u tmienja u tletin (38) kontravenzjoni kontra individwi li ppermettew it-tipjip ta’ dan it-tip fuq il-proprjetà tagħhom.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi - Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kumpaniji kollha li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet ħallsux il-VAT u t-taxxi kollha dovuti lill-awtoritajiet Maltin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Terminazzjoni tal-kuntratt - Somom ta’ kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk ġewx imħallsa somom ta’ kumpens jew ħlasijiet oħra wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda ħlasijiet oħra wara t-terminazzjoni tal-kuntratt, b’dana li l-ammont indikat skont l-ICC Award ġie depożitat taħt l-awtorità tal-Qorti ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-somom imħallsa skont is-sena u skont il-kumpanija benefiċjarja li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6980.
Kuntratt tal-isptarijiet - ħlasijiet pendent/rikoveri ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx ħlasijiet pendenti jew rikoveri ta’ fondi li għandhom jitħallsu jew jitħallsu lura wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?