Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri sportivi - Sapport finanzjarju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, għal dawk li huma ċentri sportivi? Jista’ jgħid ukoll: i.    lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna sa issa, matul l-2024 u l-2025 separatament għal kull sena; ii.   f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa; iii.   fejn mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u iv.   kif jista’ klabb jew ċentru sportiv partikolari japplika biex jingħata tali għajnuna?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35790.

San Pawl il-Baħar - Proprjetajiet tal-Gvern - Għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-proprjetajiet tal-Gvern li jinsabu fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, li huma mgħoddija b'xi forma ta' titlu lill-għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali u jagħti tagħrif għal kull proprjetà li hi tal-Gvern f'din l-istess lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tindika b’site plan għal-liem proprjetà/ proprjetajiet qegħda tirreferi.

San Pawl il-Baħar - Artijiet tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34697, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu dwar il-proprjetà tal-Gvern li tinsab fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk din hi art agrikola, art mogħtija lil terzi persuni, kemm privati, pubbliċi u organizzazzjonijiet volontarji, kif ukoll għal dak li jikkonċerna artijiet jew bini li fil-fatt jinsabu fl-iskema tal-bini?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta biex tispeċifika eżatti għal liema art/artijiet qiegħda tirreferi.

Għaqdiet sportivi - Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34696 dwar l-għaqdiet sportivi li ħadu l-għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet sportivi oħra li applikaw u li kellhom it-talba tagħhom mhux milqugħa? Jekk iva, liema kienu u għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet partikolari? Jista’ jgħid ukoll jekk għaqdiet oħra mhux sportivi jistgħux jibbenefikaw ukoll, u jekk iva, kif?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellanta għar-risposti mogħtija f’domandi parlamentari numri 34696 u 35534, l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet issir skont ir-regolamenti stabbiliti u kull deċiżjoni dejjem tkun ikkomunikata lill-applikant.

Ħal Tarxien/Raħal Ġdid – Triq Nazzarenu – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol jinkludi tibdil ta’ partijiet tal-main tal-ilma fejn instab fi stat diterjorat, tibdil tas-servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing ta’ dawn it-toroq.

Ħal Qormi – Triq il-Kummerċ – Sewqan perikoluż – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunita diġà jwettqu rondi spiss fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi, bħal ma jwettqu madwar Malta u Għawdex kollu biex jibqa’ jiġi indirizzat kull ksur ta’ liġi inkluż sewqan perikoluż.

Ħal Qormi – Triq il-Kummerċ – Sewqan perikoluż – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Trasport m’għandhiex rapporti ta’ sewqan perikoluż fit-triq imsemmija. Madankollu, l-Awtorità ser tkun qed tikkomunika mas-Central Business District sabiex tiġbor aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni.

Ħal Qormi - Triq il-Ħelsien – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Qormi - Triq il-Vitorja – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Djar tal-anzjani - Lista’ ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’diversi djar tal-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li hemm 1,619 persuna li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani. Qed isir kull sforz sabiex jinkisbu aktar sodod li jkunu disponibbli fis-suq privat .

Freephone 153 - Ilmenti dwar akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti dwar akkomodazzjoni soċjali fuq il-Freephone153 minn Jannar 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li ma daħlux lmenti dwar akkomodazzjoni soċjali fuq il-Freephone153 minn Jannar 2026, sal-llum.

Freephone 153 - Ilmenti dwar servizzi soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti dwar servizzi soċjali fuq il-Freephone153 minn Jannar 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li daħlu 10 lmenti dwar servizzi soċjali  fuq l-Freephone 153 minn Jannar 2026 sal-llum.

Freephone 153 - Telefonati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fuq il-Freephone 153 minn Jannar 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm 232,504 telefonata fuq l-Freephone 153 minn Jannar 2026 sal-llum.

EcoHive Complex - Tender CT2231/2024

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35364, tista’ l-Ministru tgħid f’liema sena u xahar ġie kkummissjonat u beda jitħaddem il-kumpless Ecohive relatat mat-tender ‘CT2231/2024 Tender for Rental and operation of treatment unit for leachate generated from Landfills at EcoHive Complex’? Tista’ tgħid ukoll kemm ġie jiswa b’kollox dan il-kumpless?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35364, nispeċifika li l-unità għat-trattament tal-leachate fil-kumpless Ecohive bdiet topera b’mod regolari fit-2 ta’ Marzu 2026. Infurmata li l-kirja u l-operazzjoni ta’ din l-unità, għal perjodu ta’ 24 xahar, huma ta’ €12 għal kull m³ ta’ leachate trattat (eskluża l-VAT).

Il-Kalkara - Bighi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31333,  jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru sabiex tiġi ffinalizzata l-parti ta’ Bighi msemmija fl-istess tweġiba u xi żviluppi kien hemm biex terġa’ tiġi lura f’postha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Kalkara - Bajja tar-Rinella - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31709,  jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm sabiex tiġi rranġata l-parti tal-Bajja ta’ Rinella, fil-Kalkara msemmija fl-istess tweġiba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti tat-tender għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti mwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella jwasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli għadhom qed jiġu ppreparati.

Bormla - Pjazza Gavino Gulija - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34081, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Pjazza Gavinu Gulija, f’Bormla jinbeda x-xogħol fiha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.

Ħal Luqa, Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34932 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930, tista’ l-Ministru tgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, kemm ser jiġu jiswew u għaliex qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.