Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2024 mill-Imġarr u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm ħtieġa għal tali servizz fil-lokalità msemmija.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ufficcju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ġunju 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29490.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ġunju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29486.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ġunju 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29484.

Transport Malta - Loading/unloading bays awtorizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ loading/unloading bays li huma awtorizzati minn Transport Malta fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (area kollha) u f’liema toroq jinsabu? Jista’ jgħid ukoll kemm-il bay hemm approvata f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’San Pawl il-Baħar hemm total ta’ 113 loading/unloading bays imqassmin f’65 triq.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34154 u 34305 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34153 u 34304 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34152 u 34303 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34151 u 34302 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34150 u 34301 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34149 u 34300 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.     it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.    data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.   ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Project Green - Allokazzjoni kapitali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34480 u ċjoè: Peress li fis-sena 2024, minn allokazzjoni kapitali ta’ €24.7 miljun għall-aġenzija Project Green, intefqu biss €2.3 miljun, li jfisser rata ta’ implimentazzjoni ta’ 9% biss, tista’ l-Ministru tispjega r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ nfiq, kif ukoll tispeċifika liema kienu dawk il-proġetti li kienu ppjanati li jsiru b’dawn il-fondi u li minħabba dan in-nuqqas ta’ nfiq, ġew imdewma, posposti jew ikkanċellati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bħalma kelli ċ-ċans nispjega u nuri diversi drabi, Project Green, bħal entitajiet oħrajn li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, f’din il-leġiżlatura diġà wettqu b’suċċess għexieren ta’ proġetti. Fil-fatt mill-bidu tal-leġiżlatura s’issa, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, waħedhom, wettqu 68 proġett differenti mifruxin madwar il-pajjiż. Magħhom twettqu wkoll numru sabiħ ta’ proġetti ta’ spazji miftuħa minn entitajiet oħra. Bħalissa, mill-entitajiet li huma parti mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika għaddej ix-xogħol fuq għexieren ta’ proġetti u meta ngħid għaddej ix-xogħol inkun qed nirreferi għall-fażijiet differenti; mill-mument li proġett jibda jitfassal u jiġi pjanat, għall-fażi ta’ konsultazzjoni, għas-sejħiet għall-offerti u eventwalment l-implimentazzjoni. Fil-każ ta’ Project Green ninsab infurmata li din qed taħdem fuq portafoll ta’ 118-il proġett differenti b’investiment maħsub ta’ madwar €350 miljun, li fit-totalità tagħhom iġibu medda art ta’ madwar 1.7 miljun metru kwadru - daqs ta’ 240 grawnd tal-futbol. Naturalment l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti kollha trid issir fuq medda ta’ snin. Filwaqt li nagħmilha ċara wkoll li l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-sena 2026 huma kif jirriżultaw mill-estimi, tajjeb li l-Onor. Interpellanta tibda tifhem li proġett, speċjalment dawk kbar ikollhom diversi stadji, u ladarba jgħaddu l-istadji tal-ippjanar u s-sejħiet għall-offerti, allura nkunu nistgħu ngħaddu għall-fażi ta’ implimentazzjoni. Grazzi għax-xogħol importanti li għamlet Project Green fl-aħħar snin, kienu diversi l-proġetti li għaddew l-ewwel żewġ stadji u li issa bdejna naraw l-implimentazzjoni u t-twettiq b’suċċess tagħhom. Bħalma fl-aħħar snin lestejna numru ta’ proġetti, l-istess se nibqgħu nagħmlu din is-sena u fis-snin li ġejjin. Fil-fatt ninsab infurmata li Project Green qed timmaniġġja 19-il sit attiv u tinsab fil-proċess li tibda x-xogħol fuq 4 siti oħra, b’numru ferm akbar ta’ proġetti jiġu implimentati simultanjament f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż. Huwa mmirat li matul din is-sena jitlestew numru sabiħ ta’ proġetti oħrajn mill-entitajiet tal-Ministeru għall-Ambjent li mistennija jinkludu dak tar-Riserva Naturali tas-Simar (San Pawl il-Baħar), Ġnien Dun Nicholas Cachia (Siġġiewi), Ġnien Misraħ Karmelitani (Żurrieq), estensjoni tal-Park tal-Familja f’Bengħajsa (Birżebbuġa), Ġnien il-Larinġ (Ħal Lija), Ġnien il-Madonna tal-Vitorja (Pembroke), Park tal-Mitħna (Mqabba), Park ta’ Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Ġnien il-Koppin (Ħal Kirkop), Ġnien Għarram (Ħaż-Żebbuġ), Ġnien iż-Żgħożija (Imtarfa), Ġnien it-Tabib Mario Tabone (Swieqi), Għaxaq Picnic Site (Ħal Għaxaq), Rainwater Harvesting Park (Għajnsielem), parti minn Park l-Inħawi (Fgura), proġett f’Għajnsielem u ieħor f’San Ġiljan li qed isiru bħala parti mill-Iskema ta’ Tħaddir Urban għall-Kunsilli Lokali, Proġett Silva f’żewġ żoni afforestati fl-Aħrax ta’ Ġewwa u l-Miżieb (Mellieħa), xogħlijiet ta’ tisbiħ fiż-żona Saver Zarb f’San Ġiljan, fil-Barrakka ta’ Fuq u fil-Barrakka t’Isfel, Roof Garden fuq il-binja tal-Liċeo l-Ħamrun, Ċentru tal-Vizitaturi (Marfa), ġnien u spazju miftuħ fid-daħla tal-Birgu u l-proġett ta’ Green Living Hub Malta (Ħaż-Żebbuġ).

Project Green - Nefqa PR u Marketing

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34054 u 34478 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat ta' kif kienet imqassma n-nefqa minn Project Green ta’ kważi €627,000 f'informazzjoni, u speċifikament kemm intefqu fuq reklamar fil-mezzi tax-xandir, kemm fuq il-midja soċjali, u kemm fuq materjal stampat? Tista' tindika wkoll min kienu l-benefiċjarji ta' dawn il-pagamenti (kumpaniji, aġenziji jew individwi) u tgħid jekk dawn intgħażlux permezz ta' tenders jew direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Għal darb’oħra ninforma lill-Onor. Interpellanta li hu obbligu li fejn tkun qed issir konsultazzjoni, jew saħansitra jkunu tlestew proġetti l-entitajiet relevanti jinfurmaw lill-pubbliku ħalli n-nies jipparteċipaw fil-konsultazzjoni, jew igawdu dawn il-postijiet skont il-każ. Fil-fatt, kritika li spiss nirċievi hi biex nesponu iktar l-ispazji l-ġodda ħalli n-nies ikunu jafu bihom iktar u jgawduhom mal-familji tagħhom. Iktar minn hekk, hemm proġetti fejn entità hi obbligata tinforma u tirreklama ladarba hemm użu ta’ fondi Ewropej. Intant, jekk l-Onor. Interpellanta terġa’ taqra sew it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119 għandha tinduna li l-ammont li qed issemmi hi f’din il-mistoqsija ma kienx marbut ma’ informazzjoni biss, kif qed tgħid f’din il-mistoqsija parlamentari. Fil-fatt, l-ammonti marbuta ma’ informazzjoni u reklamar kienu ta’ €122,000 għall-2023, €107,176 għall-2024, u €92,238 għall-2025. Jien infurmata li l-informazzjoni xxandret jew kienet ippubblikata fuq id-diversi mezzi tax-xandir, inkluż Televiżjoni, Radju, Mezzi Soċjali kif ukoll materjal stampat, bħalma  juri d-dokument kif ġie mgħoddi lili u li qed inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li b’materjal stampat hemm inkluż il-‘hoarding’ tad-diversi siti li kien hemm u għad hemm għaddej ix-xogħol fuqhom madwar il-pajjiż, kif ukoll sinjali ta’ informazzjoni li jitwaħħlu fil-ġonna. Ix-xogħol inkwistjoni dejjem ingħata permezz ta’ proċedura ta’ tender jew direct order, skont kif applikabbli, u f’konformità sħiħa mal-proċeduri u r-regolamenti tal-akkwist pubbliku.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Proġetti jew inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtha, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Tista’ tgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Proġetti jew inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtha, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Tista’ tgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34588.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34588.