Legislature:
Category:
Reset
Active:

Buġibba – Moll – Bins tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bins tal-iskart installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn jiżdiedu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Buġibba ġew installati żewg bins ta’ l-iskart  fiż-żona fejn hemm installata l-istruttura tat-terminal .

Buġibba – Moll – Pilastri tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pilastri tal-ilma u tad-dawl (water and electricity pillars) installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba humiex qed jiffunzjonaw kif suppost? Jekk le, jista’ jgħid meta mistennija jsiru operattivi u x’inhuma r-raġunijiet għaliex għadhom mhumiex qed jintużaw?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Skejjel primarji u sekondarji - Sospensjonijiet ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33878 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew sospiżi (suspended) mill-iskola kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skejjel 2021 2022 2023 2024 2025 Primarja 1 1 3 4 9 Sekondarja 303 430 484 426 292

Skejjel primarji u sekondarji - Tkeċċija ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33879 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew imkeċċija (expelled) mill-iskola għal perjodu qasir jew fit-tul kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skejjel 2021 2022 2023 2024 2025 Primarja 0 0 0 1 3 Sekondarja 1 1 23 34 15

MRI - Żmien ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien ta’ stennija (waiting time) biex persuna li jkollha MRI bbukkjat minħabba uġigħ li ma jkunx ta’ natura urġenti, isirilha dan l-eżami?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li għall-każijiet ta’ natura li ma jkunux urġenti, il-median time hawn Malta hu ta’ xahrejn.  Ġewwa Għawdex hu ta’ sitt ġimgħat. Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa. Introduċejna MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u ġiet installata magna tal-MRI fir-Residenza San Vinċenz.

EpiPens bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx jingħataw l-adrenaline auto-injectors (EpiPens), bla ħlas, kif kien imwiegħed is-sena li għaddiet?  Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna qed tibbenefika minn din l-iskema?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minħabba data ta’ skadenza qasira ferm u export bans f’ħafna pajjizi, il-loġistika għall-akwist ta’ din il-mediċina hija partikolari iżda l-Ministeru qiegħed on track għal din is-sena kif wegħdt jiena stess. Ninsab infurmat u nikkonferma li qed isir kull sforz biex il-proċess tal-procurement jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa stmat li din l-iskema ser tkun ta’ benefiċċju dirett għal madwar 480 tifel u tifla, kif ukoll 1,120 pazjenti adulti.  It-tfal ser ikunu forniti b’żewġ Epipens f’kull ħin filwaqt li l-adulti ser ikun fornuti b’waħda f’kull ħin.

Ħaż-Żebbuġ, Malta - Triq Giovanni Pullicino - Miżuri ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi miżuri biex Triq Giovanni Pullicino f’Ħaż-Żebbuġ, Malta, issir aktar sigura fid-dawl tas-sewqan eċċessiv u perikoluż, kif ukoll minħabba d-diversi inċidenti tat-traffiku li qed iseħħu f’din it-triq?  Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-miżuri u meta se jsiru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi se tkun indirizzata l-problema fiż-żona indikata.

Rabat, Malta - Ta’ Buqana - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33815, tista' l-Ministru tagħti data meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta' tqegħid ta' katusi fit-triq li minn Triq Buqana fir-Rabat tagħti għaċ-Chadwick Lakes u tiġi stabbilita l-istess triq? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jingħata kumpens lill-bdiewa li fl-għelieqi tagħhom tħallew l-inġenji u l-materjal sakemm isiru x-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’testijiet addizzjonali fuq tali mejn biex tassigura li l-flow u l-kwalità tax-xogħol jilħqu l-istandards mitluba. Infurmata wkoll li sar ftehim separat bejn il-kuntrattur li wettaq ix-xogħlijiet u l-bdiewa.

Skema Get Qualified - Ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se terġa' tiftaħ l-iskema Get Qualified, fid-dawl li din l-iskema ilha magħluqa minn Diċembru tal-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

CBD/THC - Prodotti - Limiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk Malta tapplikax limiti massimi ta’ THC (inkluż “trace THC”) għal prodotti tas-CBD li jinbiegħu lill-pubbliku, u jekk iva, jista’ jindika x’inhuma dawn il-limiti skont il-kategorija tal-prodott?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant  għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija  Parlamentari numru 34768.

CBD/THC - Prodotti - Klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif skont il-liġijiet u r-regolamenti Maltin, jiġu kklassifikati prodotti li jkun fihom CBD u/jew THC (inkluż jekk jitqisux bħala mediċina, prodott kożmetiku, ikel/“novel food”, suppliment, prodott tal-vape jew prodott ieħor għall-konsumatur) u liema strumenti legali/linji gwida japplikaw għal kull kategorija?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi prodotti hekk imsejħa CBD huma prodotti li jkun fihom inqas minn 0.2% THC u għalhekk m’humiex meqjusa bħala droga narkotika skond deċiżjoni tal- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.  B’rispett lejn tali deċiżjoni, il-liġi ta’ Malta ġiet emendata fl-2021 sabiex tirifletti tali deċiżjoni. Dawn il-prodotti ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija speċifika iżda huma suġġetti għal kwalunkwe liġijiet oħra li jkunu applikabbli.

CBD/Kannabis - Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema regoli japplikaw għal sinjali, posters u reklamar fuq faċċati relatati mas-CBD/Kannabis, u x’inhi l-proċedura ta’ infurzar meta dawn ma jkunux konformi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mil-lat ta’ liġi li tirregola l-ippjanar tal-iżvilupp, it-twaħħil ta’ sinjali jew reklamar fuq faċċata ta’ ħanut jirrikjedi permess ta’ żvilupp maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar. Meta tevalwa l-applikazzjoni, l-Awtoritità tal-Ippjanar tara li d-disinn ikun aċċettabbli. Iżda l-Awtorità tal-Ippjanar ma tidħolx fil-kontenut tas-sinjali jew reklamar.

CBD/Kannabis - Awtorità tal-Ippjanar - Deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jitqiesu postijiet sensittivi bħal skejjel, fid-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar ħwienet jew attività kummerċjali relatata mas-CBD/kannabis?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bejgħ ta’ CBD/kannabis huwa kklassifikat bħala Klassi 4B skont il-liġi SL 552.15 (L.N. 74/2014). Mill-aspett ta’ ippjanar, ma hemmx restrizzjonijiet speċifikati; iżda jiġu trattati bħala bejgħ ta’ prodotti oħra f’postijiet kif indikat fil-Pjanijiet Lokali.

Outlets tas-CBD/Kannabis - Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk outlets li jbiegħu prodotti relatati mas-CBD/kannabis jenħtiġux permess speċifiku tal-ippjanar jew “change of use”, u jekk iva, xi kriterji jintużaw biex tiġi evalwata applikazzjoni bħal din?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma llil-Onorevoli Interpellant li 'outlets' li jbiegħu prodotti relatati ma’ CBD/kannabis jaqgħu taħt il-Klassi 4B skont SL 552.15 (Avviż Legali 74/2014).

Prodotti tas-CBD - Trattamenti fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jikkjarifika x’inhu t-trattament tal-VAT u ta’ kwalunkwe excise/levy duty applikabbli għal prodotti tas-CBD, u jekk hemmx differenza fit-trattament fiskali għal prodotti li jkun fihom THC li jkunu qed jiġu distribwiti legalment taħt qafas regolat? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella komparattiva fejn jispeċifika kwalunkwe excise/levy duty applikabbli fuq tabakk u prodotti tat-tabakk kif jikkumparaw ma’ kwalunkwe excise/levy duty applikabbli fuq prodotti li fihom CBD jew THC?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2024 minn San Pawl il-Baħar u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2025 mill-Mellieħa u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm ħtieġa għal tali servizz fil-lokalità msemmija.

Il-Mellieħa - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2024 mill-Mellieħa u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm ħtieġa għal tali servizz fil-lokalità msemmija.

L-Imġarr - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2025 mill-Imġarr u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm ħtieġa għal tali servizz fil-lokalità msemmija.