Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji reġistrati għall-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet kinux reġistrati għall-VAT f’Malta, jew jekk ħlasijiet sarux lill-entitajiet reġistrati barra minn Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-ħlasijiet kollha magħmula mill-Gvern fil-kuntratt tal-isptarijiet kinux jinkludu VAT jew le? Jekk iva, x’kien l-ammont totali ta’ VAT imħallas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT - Differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm każijiet fejn instabu differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlas ta’ VAT jew taxxi oħra mill-kumpaniji fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi dovuti – Verifiki/kontrolli mill-awtoritajiet fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux verifiki jew kontrolli mill-awtoritajiet fiskali biex jiġi assigurat li l-VAT u t-taxxi dovuti ġew imħallsa fil-ħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Mużew Marittimu ntuża għall-attività politika mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta skont is-sit elettroniku ta' dan l-istess mużew, dan is-sit huwa temporanjament magħluq? Jista' jgħid ukoll kienx jaf dwar din l-attività u jekk inħariġx permess għal din l-attività? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn ingħata permess biex din l-attività issir f'mużew pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sala St Angelo Hall fi ħdan il-Mużew Marittimu għadha topera minkejja li l-ispazji tal-wirjiet ġewwa l-mużew bħalissa jinsabu fi proċess ta’ żarmar. Dan huwa possibbli peress li s-sala għandha faċilitajiet separati mill-bqija tal-mużew u tibqa’ aċċessibbli. Infurmat li il-kiri ta’ din is-sala jsir skont il-proċeduri kollha stabbiliti, u jkun jikkonsisti fil-kiri tas-sala biss. Infurmat li f’din l-istanza ukoll, kienet segwita l-istess proċedura fis-sħiħ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx assi tal-Forzi Armati ta’ Malta li qed jgħassu l-vapur li t-tagħrif dwaru qed jingħataw separatament biex jaraw jekk ikunx hemm impatt ambjentali fuq Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-mument li tħejjiet din it-tweġiba parlamentari il-vapur, kien jinsab f’ibħra internazzjonali u l-bogħod minn xtut Maltin. Ninsab infurmat li l-bastiment qed jiġi osservat b’assi tal-ajru tal-Forzi Armati ta' Malta u ta’ pajjiżi ġirien, u ta’ operazzjonijiet militari Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid x’bandiera kien qed itajjar il-vapur li t-tagħrif dwaru qed jingħataw separatament meta seħħet l-isplużjoni u jekk dan jinsabx fuq il-lista ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-bandiera li kien qed itajjar il-vapur hija dik Russa. Rigward jekk dan jinsabx fuq il-lista ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn kien jinsab il-vapur li t-tagħrif dwaru qed jingħataw separatament fid-data meta qed issir din il-mistoqsija parlamentari u jagħti l-coordinates:
i) fejn kien il-vapur fil-mument meta seħħet l-isplużjoni u l-ħin x'kien; u
ii) fejn kien il-vapur wara li seħħet l-isplużjoni sat-8 ta’ filgħaxija tat-3 ta’ Marzu 2026, maqsuma siegħa b’siegħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għal-informazzjoni mogħtija waqt l-Istqarrija Ministerjali tas-seduta 441 tal-4 ta' Marzu, 2026, fejn fiha anke ġie komunikat dak riċevut miċ-Ċentru tal-Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ta’ Malta, tal-Forzi Armati ta’ Malta, ġie infurmat b’sitwazzjoni ta’ periklu barra ż-żona ta’ Tiftix u Salvataġġ ta’ Malta. Għaldaqstant dan il-vapur la kien fit-territorju Malti u lanqas fiż-żona ta’ Tiftix u Salvataġġ ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid liema bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta mar fil-viċinanzi tal-vapur li t-tagħrif dwaru qed jingħataw separatament, x’ħin telqu minn Malta u kemm kien hemm suldati Maltin abbord?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant ghal-informazzjoni moghtija waqt l-Istqarrija Ministerjali tas-seduta 441 tal-4 ta' Marzu, 2026, fejn diga gie spjegat li din id-dikjarazzjoni mhux korretta.
Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34637, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34636, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34021, 34287, 34430 u 34635 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429 u 34634 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34687, rigward sessjonijiet ta’ taħriġ tal-isparar tal-armi tan-nar li saru mill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija f’dawn l-aħħar tliet snin, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti d-data tas-sessjonijiet ta’ taħriġ, f'liema sezzjoni, fejn saru u liema tip ta’ arma sparaw b'mod separat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 34687. Iktar minn hekk ninsab infurmat li s-sessjonijiet jkunu dejjem imqassma matul is-sena u huma kontinwi skont l-esiġenzi tas-servizz.
Infurmat li kontinwament ikunu għaddejin sessjonijiet ta’ taħriġ diversi kif imsemmija u t-taħriġ fil-pulizija jkopri dawk l-armi li huma wżati mill-korp.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li jitħallas, kemm bħala pagi kif ukoll bħala bonuses, lill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-avukati tal-Uffiċċju msemmi minnu joħroġ min Ftehim Kollettiv. Peress li dawn it-tip ta’ dokumenti huma meqjusa bħala dokumenti kummerċjalment sensittivi mhux possibli li jiġi intavolat.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali - Pakketti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li jitħallas, kemm bħala pagi kif ukoll bħala bonuses, lill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-avukati tal-Uffiċċju msemmi minnu joħroġ min Ftehim Kollettiv. Peress li dawn it-tip ta’ dokumenti huma meqjusa bħala dokumenti kummerċjalment sensittivi mhux possibli li jiġi intavolat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sala li tappartjeni lill-iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA), li mhux qiegħda tintuża bħalissa, tingħata lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) u l-iskola allura tibqa' tuża biss is-Sala Mikiel Anton Vassalli, li tintuża wkoll mill-iSchool of Music u entitajiet oħrajn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed jitfassal pjan fit-tul fejn jidħol l-aspett tal-arti performattiva fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan ser ikun qed jinkludi fih oqsma varji ta’ investiment relatat ma’ din il-materja.
Parlament Ewropew - Esebizzjoni - Kriterji tal-esebituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-esebituri tal-esebizzjoni kulturali li ttellgħet ġewwa l-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet fosthom dawk li tellgħu xogħol abbinat mal-Karnival flimkien ma' oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-aspetti artistiċi tal-esebizzjoni kienu kompletament taħt ir-responsabbiltà u d-direzzjoni tal-Artistic Directors.