Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Mejju 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28809.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru PQ 28803.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 28801.

Project Green - Stima kapitali - Sena 2026

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34482 u tgħid fuq liema bażi ġiet stabbilita l-istima kapitali ta’ €42 miljun għall-aġenzija Project Green għas-sena 2026, u tispjega kif l-aġenzija għandha l-kapaċità li tamministra u tonfoq somma ferm ikbar minn dik allokata fis-snin preċedenti, speċjalment meta wieħed iqis li l-istess aġenzija naqset milli timplimenta l-baġit kapitali anke meta dan kien ferm iżgħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34653.

Urban Greening - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34481 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-€1.7 miljun li ntefqu għas-sena 2024 taħt il-vot ta’ Urban Greening, u tagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet din is-somma?  Tista’ tgħid ukoll liema kienu l-proġetti speċifiċi li saru b’dawn il-fondi?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-Urban Greening Fund għas-sena 2024 intuża f’dawn il-proġetti: •        Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa •        Hospice Landscape Garden f’Santa Venera •        San Klement Picnic Area f’Ħaż-Żabbar •        San Klement OCR f’Ħaż-Żabbar •        Pollinator Garden f’San Ġwann •        Ġnien Kacey Sciberras f’San Pawl il-Baħar •        Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi •        Wied Qannotta f’San Pawl il-Baħar

Żviluppi high-rise – Policy dwar ħarsien minn terremoti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863 dwar jekk teżistix policy jew jekk hemmx xi ħsieb li jkun hemm policy biex l-iżviluppi high-rise jkunu mħarsa minn terremoti, fejn il-Ministru preċedenti wieġeb li “Il-pjan hu li titfassal policy fiż-żmien li ġej.”, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet din il-policy u meta ser titħabbar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Żviluppi high-rise – Policy dwar ħarsien mill-irwiefen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx policy fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex high-rise buildings jinbnew biex jifilħu għall-irwiefen, bħall-gale-force winds li kellna dan l-aħħar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet ta’ bini high rise , li jiġi assessjat skont il-policy “A Planning Policy Guide on the Use and Applicability Of the Floor Area Ratio (FAR)” tal-2014, tesiġi li jintbagħat rapport ta’ wind analysis minn engineer responsabbli.  Dan ir-rapport barra li jiċċertifika li l-qawwa tar-riħ ikun wieħed adekwat għan-nies in ġenerali, jintuża mill-istructural engineer u dawk li jissuplixxu l-materjali għall-binja, li fittings u fixtures jilħqu standard meħtieġ.  Perjodikament irid isir maintenance checks u din hija r-responsabbilta’ tas-sid.

Enemalta – Xiri ta’ turbini tar-riħ fil-Montenegro – Investiment u dħul

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm sewa l-investiment għat-turbini tar-riħ fil-Montenegro li nxtraw minn Enemalta? Kemm kien il-profitt mid-data tax-xiri ta’ dan l-investiment sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll fl-liema fond mar dan id-dħul?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-investiment li għamlet l-Enemalta kien ta’ €3.5 miljun u sa llum daħħlet fil-kontijiet tagħha €811,860.

Ħlas dovut fuq Causa Mortis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi qed jitlob il-ħlas tal-ammont dovut lill-Gvern fuq causa mortis lil persuni li diġà ħallsu, meta n-nutar (li huwa aġent f’isem il-gvern) naqas milli jgħaddi dan il-ħlas, minflok qed jitlob lin-nutar biex iħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana m’huwiex awtorizzat jirreġistra dikjarazzjonijiet Causa Mortis sakemm ma jsirx il-ħlas, u dan a tenut tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364 tal-Liġijiet ta’ Malta). Tali sistema teżisti sabiex jiġi protett l-errarju pubbliku.

Żieda fil-kera – Eleġibilità għas-sussidju

Question

Fid-dawl taż-żieda fil-kera, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk persuna tridx jgħaddi minn test tal-mezzi (means test) biex tkun eleġibbli għall-iskema li permezz tagħha l-gvern jissussidja lil persuni li qiegħdin f’kirja privata (id-differenza fil-kera mitluba), u jekk iva, x’inhuma l-kriterji għall-eliġibilità?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

School based Occupational Therapy

Question

B’referenza għal EMP 272, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar l-istatus attwali tas-servizzi ta’ Occupational Therapy ibbażati fl-iskejjel (school-based OT) ta’ Malta u ta’ Għawdex, inkluż jekk dawn is-servizzi humiex qed jiġu pprovduti b’mod sħiħ fl-iskejjel kollha, u jekk hemm xi nuqqasijiet, jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet jew skedi ta’ żmien biex dawn is-servizzi jiġu estiżi għall-kulleġġi kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Università ta’ Malta - Studenti tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tas-social work fl-Università ta’ Malta f’kull sena akkademika (l-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar sena)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena ta’ studju Numru ta’ studenti L-ewwel sena ta’ studju 18 It-tieni sena ta’ studju 11 It-tielet sena ta’ studju 15 Ir-raba sena ta’ studju 13 Il-ħames sena ta’ studju / Is-sitt sena ta’ studju 3

MCAST - Ranking globali tal-universitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-MCAST biex anke din l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tibda’ tiġi kklassifikata fir-ranking globali tal-universitajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-MCAST huwa istituzzjoni nazzjonali ewlenija fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u professjonali (VPET), b’mandat distint li jiffoka fuq tagħlim applikat, Work-Based Learning u kollaborazzjoni mill-qrib mal-industrija u s-soċjetà. Il-klassifikazzjonijiet globali tal-universitajiet jużaw metodoloġiji differenti u jqisu firxa ta’ kriterji, fosthom ir-riċerka u l-pubblikazzjonijiet, iżda wkoll ir-reputazzjoni fost min iħaddem, l-internazzjonalizzazzjoni, il-proporzjon bejn staff akkademiku u studenti, il-kwalità tal-esperjenza tal-istudent u l-impatt fuq is-soċjetà u l-ekonomija. Dawn il-kriterji mhux kollha huma mfassla primarjament għal istituzzjonijiet vokazzjonali, iżda numru minnhom huwa relevanti wkoll għal MCAST. F’dan il-kuntest, l-MCAST qed jaħdem fuq diversi aspetti li jikkontribwixxu għal tisħiħ tal-profil u r-rikonoxximent internazzjonali tiegħu. Dawn jinkludu: ·    it-tisħiħ tal-Work-Based Learning u s-sħubijiet mal-industrija, li jsaħħu r-reputazzjoni tal-istituzzjoni fost min iħaddem; ·    l-espansjoni tal-internazzjonalizzazzjoni permezz ta’ mobilità, kollaborazzjonijiet Ewropej u sħubijiet ma’ istituzzjonijiet barranin; ·    investiment kontinwu fil-kwalità tat-tagħlim, infrastruttura moderna u servizzi ta’ appoġġ biex titjieb l-esperjenza tal-istudent; ·    u l-iżvilupp tar-riċerka applikata u l-innovazzjoni, inkluż l-MCAST Journal of Applied Research and Practice, rivista akkademika li tippromwovi pubblikazzjoni ta’ riċerka applikata u xogħol xjentifiku marbut mal-oqsma vokazzjonali u professjonali Barra minn hekk, l-istituzzjoni qed tkompli ssaħħaħ il-governanza, l-monitoraġġ, u l-assigurazzjoni tal-kwalità, fatturi li huma dejjem aktar meqjusa fil-valutazzjonijiet istituzzjonali internazzjonali. Filwaqt li l-prijorità strateġika tibqa’ li MCAST iwettaq il-missjoni tiegħu li jipprovdi edukazzjoni vokazzjonali u professjonali ta’ kwalità għolja u rilevanti għas-suq tax-xogħol, l-istituzzjoni se tkompli tħares lejn opportunitajiet li jsaħħu l-kredibilità u l-viżibbiltà tagħha fuq livell Ewropew u internazzjonali, b’mod konsistenti mal-identità u r-rwol distint tagħha fis-sistema edukattiva Maltija.

Università ta’ Malta - Ranking globali tal-universitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn skont ir-ranking globali tal-universitajiet (Times Higher Education, 2026), il-prospettiva internazzjonali tal-Università niżlet minn 57.8 għal 56.2 (-1.6)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li t- Times Higher Education (THE) World University Rankings 2026 ġie ppubblikat f’Ottubru 2025. Dan ir-ranking kien ibbażat fil-maġġor parti fuq figuri li l-Università ta’ Malta ssottomettiet dwar is- sena akkademika 2022/2023 , kif rikjest mit-THE stess. Fil-każ speċifiku tal-International Outlook, l-iskor tal-Università niżel minn 57.8 (fit-THE 2025) għal 56.2 (fit-THE 2026), nuqqas ta’ 1.6 punti. Dan l-indikatur għandu piż ta’ 7.5% fil-kuntest tar-ranking globali tat-THE, u fil-fatt ma impattax il-pjazzament globali tal-Università fir-rankings li għal dan l-aħħar ħames snin irnexxielha żżomm il-pożizzjoni minkejja ż-żieda sinifikanti ta’ istituzzjonijiet ġodda kull sena. Ir-raġunijiet għat-tnaqqis fl-iskor tal-prospettiva internazzjonali huma primarjament is-sussegwenti: 1.     In-numru u l-proporzjon tal-istaff internazzjonali tal-Università naqas minn 101.07 ( 12.34% tal-istaff totali) fit-THE 2025 għal 91.04 ( 11.09% tal-istaff totali) fit-THE 2026, tnaqqis ta’ 10%. It-tnaqqis fin-numru ta’ staff internazzjonali fl-Università huwa primarjament riflessjoni tal-prijorità strateġika li, sa fejn hu possibli, tiġi attirata u żviluppata kapaċità akkademika lokali u nazzjonali. 2. Il-prestazzjoni relattiva ta’ universitajiet oħra : Ir-rankings tat-THE huma relattivi, jiġifieri l-iskor u l-klassifikazzjoni ta’ università jiddependu mil-prestazzjoni ta’ 2,191 università parteċipanti oħra . Jekk xi wħud minn dawn l-universitajiet itejbu l-prospettiva internazzjonali tagħhom. pereżempju jekk qegħdin iżidu iktar staff internazzjonali, studenti internazzjonali u sħab fir-riċerka internazzjonali, l-iskor tal-Università ta’ Malta jista’ jonqos kemxejn, anki jekk fir-realtà l-prestazzjoni tal-Università tkun baqgħet l-istess jew addirittura tjiebet. Ta’ min jinnota li irrispettivament minn dan in-nuqqas ta’ 1.6 punti, il-prospettiva internazzjonali hija l-indikatur li fih l-Università hija kklassifikata fl-aħjar pożizzjoni meta kkumparata mal-indikaturi l-oħra. Fil-fatt, l-Università tinsab fis-716-il pożizzjoni globalment fil-prospettiva internazzjonali.

Karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-linja li ilhom jagħtu servizz iktar minn 15-il sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda karozza tal-linja li qiegħda topera fis-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda li għandha aktar minn ħmistax-il sena.

‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema linji gwida ġew segwiti mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fir-rigward tal-iffissar ta’ penalitajiet finanzjarji qabel il-ħruġ tad-dokument intitolat ‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’, datat is-6 ta’ Frar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi l-linji gwida li ġew segwiti mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fir-rigward tal-iffissar ta’ penalitajiet finanzjarji qabel il-ħruġ tad-dokument intitolat ‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’, datat is-6 ta’ Frar 2026 huma l-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi intitolat ‘European Commission Guidelines on the method of setting fines imposed pursuant to Articles 23(2)(a) of Regulation No 1/2003’.