Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34158 u 34434 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34157 u 34433 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34156 u 34432 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34155 u 34431 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

L-Isptar Mater Dei – Health Carers u Senior Health Carers – Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-allowance ta’ €330 maqbul f’Mejju 2024, għall-Health Carers/Senior Health Carers li jaħdmu fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei, qed jitwaqqaf?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Health Carers/Senior Health Carers li jagħmlu xogħol ta’ ‘patient care duties’ ikomplu jgawdu mill-allowance maqbul f’Mejju 2024.

CBD/THC - Prodotti - Regoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’regoli jirregolaw it-tikkettar, deskrizzjoni tal-prodott, u kwalunkwe “wellness claims” għal prodotti tas-CBD/THC? Jista’ jgħid ukoll kif jiġu investigati u ssanzjonati pretensjonijiet qarrieqa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34773.

CBD/THC - Prodotti - Importazzjoni u bejgħ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema liċenzji, reġistrazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet huma meħtieġa biex negozju jimporta, jagħmel “wholesale” jew ibigħ bl-imnut prodotti li jkun fihom CBD u/jew THC f’Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, sal-ġurnata tal-lum hemm 23 assoċjazzjoni liċenzjata sabiex twettaq l-operat sħiħ miż-żerriegħa sad-distribuzzjoni.

CBD/Kannabis - Marketing - Restrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta’ prodotti relatati mas-CBD/kannabis, inklużi immaġini u kwalunkwe “health claims”? Jista’ jgħid ukoll liema entità tinvestiga u tissanzjona ksur?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, dawn huma pprojibiti milli jagħmlu kwalunkwe forma ta’ riklamar, inkluż online.  L-istess assoċjazzjonijiet huma wkoll ipprojibiti milli jindikaw li l-prodotti tagħhom jistgħu ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa, u l-prodotti jiġu mqassma f’pakketti koperti b’tikketta uniformi maħruġa mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

CBD/THC - Prodotti - Irtirar mis-suq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li biha jinbeda u jiġi kkomunikat irtirar mis-suq (recall) ta’ prodotti tas-CBD/THC meta jkun hemm riskju għas-saħħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll kemm seħħew recalls jew interventi simili fl-aħħar sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, f’każ li lott ta’ prodott ma jilħaqx ir-rekwiżiti meħtieġa, tali lott ma jinħariġx fis-suq.  Barra minn hekk, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis tagħmel ukoll verifiki għall-għarrieda sabiex tiżgura li l-prodotti mqassma huma verament konformi mar-rekwiżiti u mar-riżultat tat-testijiet fil-laboratorju. Infurmat ukoll illi sal-ġurnata tal-lum ma nstabet l-ebda diskrepanza bejn ir-riżultat tal-prodotti miksuba għall-għarrieda u r-riżultati maħruġa qabel ir-rilaxx tal-prodott u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ ebda recall jew intervent simili.

CBD/THC - Prodotti - Rekwiżiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti obbligatorji ta’ sigurtà għal prodotti li jkun fihom CBD/THC mqiegħda fis-suq Malti, inklużi limiti għal kontaminanti bħal metalli tqal, pestiċidi, residwi ta’ solventi u kontaminanti oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, isiru testijiet xjentifiċi fir-rigward ta’: - Micro-organism analytes - Bacteria, yeast and mould - Trace / Heavy metal analytes - Filth and foreign material - Water activity and moisture content

CBD/THC - Prodotti - Verifikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-metodoloġija/standards ta’ ttestjar li huma meħtieġa biex jiġi vverifikat il-kontenut ta’ CBD u THC f’dawn il-prodotti? Jista’ jgħid ukoll min huma l-awtoritajiet jew laboratorji rikonoxxuti għal dan l-iskop?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, l-ittestjar isir f’laboratorju akkreditat bl-istandards GMP jew ISO/EC 17025.

Il-Mellieħa - Skart goff - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

L-Imġarr - Skart goff - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

L-Imġarr - Skart goff - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-ammont ta’ skart li ġie depożitat fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff li topera Wasteserv fl-2024 kien ta’ 35,814 -il tunnellata, filwaqt li fl-2025 dan kien jammonta għal 37,842 tunnellata. L-istatistika li tinżamm ma tinqasamx a bażi ta’ Kunsill Lokali.

In-Naxxar - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2025 min-Naxxar u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm ħtieġa għal tali servizz fil-lokalità msemmija.

In-Naxxar - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2024 min-Naxxar u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm ħtieġa għal tali servizz fil-lokalità msemmija.

San Pawl il-Baħar - Ġbir ta’ skart domestiku barra l-ħin normali - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart domestiku, maħruġ barra l-ħin normali tal-ġbir mill-kuntrattur, li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division (CMD) matul is-sena 2025 minn San Pawl il-Baħar u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Mejju 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28815.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Mejju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28811.