Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Luqa - Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew?  Jista’ wkoll jagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett jinvolvi t-titjib tal-arranġament eżistenti tat-triq bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ mezzi ta’ mobilità attiva, b’mod partikolari l-mixi u r-rota, filwaqt li tittejjeb il-konnettività bejn il-komunitajiet ta’ Gudja u Ħal Luqa. Il-proġett jifforma parti mill-iskema Vjal Kulħadd . Ix-xogħlijiet jinkludu t-titjib tal-infrastruttura eżistenti, jiġifieri s-sistemi tal-ilma potabbli u tal-ilma tax-xita (stormwater), kif ukoll l-installazzjoni ta’ dawl ġdid fit-toroq. Ix-xogħlijiet qed jiġu implimentati f’fażijiet sabiex jiġi evitat l-għeluq komplet tat-triq u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun id-disturbi u l-inkonvenjent għall-pubbliku.

Iż-Żejtun - Triq id-Daħla ta’ San Tumas - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet marbutin mat-twessiegħ ta’ Triq id-Daħla ta’ San Tumas fiż-Żejtun imħabbra dan l-aħħar, jista’ l-Ministru jgħid: i)      jekk sarx studju dwar il-bżonn u/jew l-impatt tal-imsemmija xogħlijiet; ii)     jekk hux previst li għandhom isiru “traffic calming measures” wara li jitlestew ix-xogħlijiet; iii)    kemm sewa l-akkwist tal-proprjetà li se titwaqqa’; u iv)    liema kuntrattur se jeżegwixxi x-xogħlijiet kollha u jekk dan intgħażilx wara sejħa pubblika għall-offerti?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Proġett tal-ITMS - Variable Messaging Signs li ma jaħdmux

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22615, 23010, 23011, 23261 u 27711 u peress illi issa għaddew diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Intelligent Transport Management System (ITMS)? Jista’ jgħid ukoll meta se jitħaddmu l-Variable Messaging Signs (VMS) li mhumiex jaħdmu, fid-dawl li hemm ħafna aktar mid-disgħa VMS li rrefera għalihom il-Ministru?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Marsa – Proġett tal-flyover – Miri/studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa li t-travel time jitnaqqas b’79% u t-tniġġis b’70% ntlaħqux u jekk għal kull €1 miljun li ġie investit kienx hemm ritorn ta’ €4.2 miljun f’benefiċċji bħal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar, inqas konsum ta’ fuel u inqas inċidenti, eċċ., kif imħabbar fuq is-sit elettroniku ta’ Infrastructure Malta ( https://www.infrastructuremalta.com/news/infrastructure-malta-completes-marsa-junction-project) ? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li setgħu saru mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jikkonfermaw dawn il-perċentwali u ċifri?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi - Xogħlijiet fi blokka

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ilhom għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat weqfin? Jista’ wkoll jara li dawn ix-xogħlijiet jitkomplew mill-aktar fis possibbli, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta’ trabijiet fuq ir-residenti li jgħixu f’din l-istess blokka?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

BCA - Applikazzjonijiet tal-ippjanar - Planning consultee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34485 u jgħid jekk sal-lum, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) assumietx ir-rwol ċentralizzat ta’ planning consultee għall-applikazzjonijiet tal-ippjanar, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l‑funzjonijiet u r‑responsabbiltajiet tal‑Awtorità huma dawk preskritti fil‑liġijiet u r‑regolamenti rilevanti. Kwalunkwe funzjoni oħra tista’ tiġi assunta biss fejn previst minn tali strumenti legali.

Green Jobs – Impjiegi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda li huma kklassifikati bħala ‘Green Jobs’ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll jagħti break down ta’ dawn l-impjiegi skont is-settur ekonomiku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex tirrferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Rabat, Malta - Ċentru għall-Anzjanità Attiva - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u xi pjanijiet hemm sabiex iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fir-Rabat jibda jopera għal aktar minn darbtejn fil-ġimgħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li hemm il-ħsieb li l-operat taċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fir-Rabat jiżdied. Dan se jkun qed isir gradwalment, skont kif tiżdied id-domanda ta’ attendenza mill-anzjani għal dan iċ-ċentru.

Sena 2025 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34670, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2024 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34669, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2023 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34668, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2022 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34667, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2025 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34639, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.   x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2024 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34638, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.   x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Ir-Rabat / Baħrija - Dwal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34662 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser jiġu rranġati d-dwal fit-triq li mir-Rabat twasslek għal Baħrija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li saru r-rapporti meħtieġa.

Ir-Rabat, Malta - Il-Baħrija - Triq prinċipali - Bankina u dwal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34657 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx pjan li ssir bankina u dwal fit-triq prinċipali li twassal għall-Baħrija, ir-Rabat, Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li mill-Fiddien sa Triq is-Sajf ta’ San Martin ġew imwaħħla l-arbli tad-dawl mill-Enemalta. Il-bankina ma saritx minħabba li l-art hija tal-privat.

Il-Baħrija - Żona tal-Fiddien - Telgħa t’Għajn Klieb - Imblukkar ta’ kanal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34656 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser tiġi rranġata l-problema ta’ imblukkar fil-kanal tat-telgħa t’Għajn Klieb ħdejn iż-żona tal-Fiddien, il-Baħrija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li hekk kif tinħareġ l-approvazzjoni mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali, ikun jista' jibda x-xogħol.

Ir-Rabat - Ċentru tas-Saħħa - Siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitqiegħdu s-siġġijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, ħdejn Treatment Room 6, biex pazjenti li jkunu qed jistennew biex jidħlu għal trattament jew biex jittieħdilhom id-demm għall-warfarina, ikollhom fejn joqogħdu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat hemm żewġ swali ta’ stennija, fejn hemm siġġijiet.

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34160 u 34436 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.