Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ dwar ħanut bi prodotti tas-CBD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet taħt id-dekasteru tiegħu sarux jafu u/jew ivvalutawx il-każ dwar ħanut relatat ma’ prodotti tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola? Jista’ wkoll jindika: i.          x’tip ta’ prodotti kienu maħsuba li jinbiegħu; ii.         jekk kienx hemm prodotti b’THC anke f’ammonti minimi; iii.        jekk sarux pretensjonijiet ta’ natura medika jew “health claims”; u iv.        x’azzjonijiet ta’ konformità ttieħdu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor, Interpellant li dawn it-tip ta' ħwienet mgħandhomx bżonn awtorizzazzjoni mid-dipartiment tas-saħħa.

CHRAs - Fruntieri legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega b’mod ċar il-fruntiera legali bejn id-distribuzzjoni regolata tal-kannabis permezz tal-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRAs) u l-bejgħ kummerċjali bl-imnut ta’ prodotti relatati mas-CBD/kannabis? Jista’ jgħid ukoll x’inhu permess jew projbit f’kull kanal?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

In-Naxxar - Skart goff - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

In-Naxxar - Skart goff - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

San Pawl il-Baħar - Skart goff - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

San Pawl il-Baħar - Skart goff - 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

Il-Mellieħa - Skart goff - 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.

Tas-Sliema – Triq Graham

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument maħruġ mill-perit li jiċċertifika li x-xogħlijiet kollha li saru dan l-aħħar fi Triq Graham f’Tas-Sliema, saru sewwa u skont il-ftehim?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Saħħa sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-politika dwar is-saħħa sesswali b’mod ħolistiku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali 2025–2030 ġiet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika u rċeviet rispons estensiv minn diversi organizzazzjonijiet, entitajiet u individwi. Dan ir-rispons inġabar, ġie analizzat fid-dettall u, abbażi tiegħu, l-istrateġija ġiet aġġornata sabiex tirrifletti aħjar approċċ ħolistiku u bbażat fuq evidenza xjentifika. Din l-istrateġija aġġornata se tiġi ppubblikata fiż-żmien li ġej. Sadanittant, diversi inizjattivi diġà ġew imsaħħa u oħrajn ġew imnedija bħala parti mill-impenn tal-Gvern favur is-saħħa sesswali, fosthom il-provvista b’xejn tal-PEP u l-PrEP, flimkien ma’ miżuri oħra ta’ prevenzjoni, edukazzjoni u aċċess għas-servizzi tas-saħħa.

PBS - Programmi ta’ ġurnaliżmu investigattiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm programmi ta’ ġurnaliżmu investigattiv fuq il-Public Broadcasting Services (PBS) u x’kien jisimhom, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

MCAST - Wellness Hub - Ingaġġ ta’ social worker

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32859, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi ingaġġat social worker fil-Wellness Hub tal-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li dan il-proċess beda sabiex isir dan ir-reklutaġġ.

MCAST - Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-istudy units u credit levels tal-kors tas-social work fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta’ Malta - Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-istudy units u credit levels tal-kors tas-social work fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xgħajra - Xatt tax-Xgħajra - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li għamel it-tiswijiet neċessarji tal-bankina kif ukoll tar-rampa li kien hemm biex tagħti aċċess aħjar lir-residenti, peress li din ukoll ġarrbet ħafna ħsara fil-maltempata ta’ Jannar.

Il-Kalkara - Xatt ta’ Rinella - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, dakinhar tal-maltemp, id-dawra tal-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsarat konsiderevoli. Hekk kif diġà indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34072, id-dawra tal-bajja ġiet temporanjament magħluqa għas-sigurtà tar-residenti. Fl-aħħar jiem, esperti tekniċi minn Infrastructure Malta komplew iwettqu l-istudji tagħhom, b’makkinarju u apparat apposta sabiex jiġu identifikati l-ħsarat li ġarrbet din it-triq. B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, qed jitfasslu pjanti ġodda sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet u t-tiswijiet neċessarji.