Kumpaniji tal-Karnival - Post għall-ħidma - Kajselli, Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34661 u jgħid x’inhi r-raġuni li sal-lum għad m'hemmx post fejn il-kumpaniji tal-Karnival jistgħu jaħdmu, minkejja diversi wegħdiet li saru fl-aħħar snin u l-maġġoranza assoluta tal-kumpaniji xorta mhux jitħallew jużaw il-post tal-Gvern magħruf bħala l-Kajselli fix-Xewkija, minkejja li jidher li dan il-post għandu l-faċilitajiet neċessarji sabiex dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jippreparaw ix-xogħol tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltese
EU
Non-EU
9,240
1,446
1,434
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma mature students, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Popolazzjoni studenteska
Mature Students
Persentaġġ
12,120
580
4.79%
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema età persuna titqies bħala mature student u għalhekk mhux neċessarjament irid ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Regolament 6 (c) tar-Regolamenti għad-Dħul jistipula li persuni li:
“ikunu għalqu t-23 sena sal-ewwel semestru tal-Kors li jkunu applikaw għalih,
li minn hawn ’il quddiem jissejħu bħala “Studenti Adulti,” u jkunu meqjusa li
huma eliġibbli għad-dħul mill-Bord tad-Dħul fuq il-bażi ta’ assessjar biex jiddetermina jekk dawn l-applikanti jistgħux jilħqu l-istess livelli akkademiċi bħall-applikanti li jidħlu skont ir-regolament 12.”
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isiru l-lectures għall-persuni li jattendu l-Università tat-Tielet Età?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa, il-lectures għall-persuni li jattendu l-Università tat-Tielet Età qed isiru f’dawn il-lokalitajiet:
Floriana - Catholic Institute, Floriana
Sliema - St. Patrick’s School, Sliema
Cottonera - Cottonera Resource Centre, Birgu
Birżebbuġa - Birżebbuġa Day Centre, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa
St Paul's Bay - Assisi Hall, St. Paul's Bay
Mellieħa - Mellieħa Day Centre, Mellieħa
Gozo Victoria - Il-Ħaġar – Heart of Gozo Museum and Cultural Centre, Victoria
Gozo Xewkija - University Campus, Ix-Xewkija
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont tal-onorarja qabel u wara ż-żieda għal kull direttur individwali fil-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-diretturi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatawx żieda medja ta’ madwar 16% fl-onorarja annwali tagħhom fl-aħħar sena finanzjarja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27778, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’, kif ukoll jipprovdi n-numru tal-liċenzja tal-operaturi tal-vetturi rispettivi, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi direttur ta’ xi kumpanija li rebħet kuntratti għal-lifts fil-housing estates, li għandu kariga pubblika jew relazzjoni ma’ persuna f’kariga pubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li filwaqt li fl-istadju tal-aġġudikazzjoni tal-offerti tkun saret analiżi għall-kunflitt ta’ interess, din tkun normalment limitata għall-persuni li jokkupaw karigi fi ħdan l-Awtorità tad-Djar. Għalhekk filwaqt li nikkonfermaw li l-ebda fornitur ta’ servizz ma kien relatat ma uffiċċjali tal-istess Awtorità, m’hemmx informazzjoni li tkopri wkoll kull kariga pubblika in ġenerali.
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Diretturi u azzjonisti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-ismijiet tad-diretturi u tal-azzjonisti tal-kumpaniji kollha li rebħu kuntratti relatati mal-lifts fil-housing estates, kif iddikjarati fir-reġistri pubbliċi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-Awtorità tad-Djar tiċċekkja l-ismijiet mis-sit pubbliku tal-Awtorità kompetenti u cioè l-Malta Business Registry, fiż-żmien tal-aġġudikazzjoni tal-offerti. Però, minħabba konsiderazzjonijiet ta’ protezzjoni tad-data, mhix f’pozizzjoni li tipprovdihom.
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Service Level Agreements
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji responsabbli għall-forniment ta’ lifts lill-housing estates humiex qed jilħqu s-service level agreements stipulati fil-kuntratt?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li b’mod ġenerali, iva qed jilħqu s-Service Level Agreement (SLA) però l-prassi hi li jekk kumpanija responsabbli għall-forniment ta’ lifts lill-housing estates ma tilħaqx il-livell tas-servizz stipulat fil-kuntratt, tali kuntratt jigi terminat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti jew investigazzjonijiet dwar fallimenti ripetuti tal-lifts installati minn ċerti fornituri fil-housing estates?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati qabel is-sena 2025, l-Awtorità tad-Djar kienet torbot lill-fornitur bi ftehim ta’ manutenzjoni ta’ sentejn u fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati wara l-2025, il-ftehim ta’ manutenzjoni ikun ta’ ħames snin. F’dawn il-każijiet, in-notifika ta’ ħsarat issir mir-residenti direttament lill-fornitur.
Ninforma wkoll li residenti ta’ blokok b’liftijiet li mhumiex qed jintużaw jistgħu jibbenefikaw minn assistenza taħt skemi li topera l- Awtorità tad-Djar.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6827 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 459 fis-27 ta’ April 2026)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm lifts out-of-service fil-housing estates fl-aħħar tliet snin, u għal liema raġunijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati qabel is-sena 2025, l-Awtorità tad-Djar kienet torbot lill-fornitur bi ftehim ta’ manutenzjoni ta’ sentejn u fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati wara l-2025, il-ftehim ta’ manutenzjoni ikun ta’ ħames snin. F’dawn il-każijiet, in-notifika ta’ ħsarat issir mir-residenti direttament lill-fornitur.
Ninforma wkoll li residenti ta’ blokok b’liftijiet li mhumiex qed jintużaw jistgħu jibbenefikaw minn assistenza taħt skemi li topera l- Awtorità tad-Djar.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6826 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 459 fis-27 ta’ April 2026)
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-bankina fi Triq San Gejtanu, il-Ħamrun tant twessgħet li t-triq saret dejqa, tant li qegħdin jintlaqtu diversi vetturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bankini fi Triq San Gejtanu reggħu nbnew bl-istess wisgħat li kien hemm qabel.
Ħal Qormi - Outdoor Sports and Fitness Park - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar xi xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi u x’tip ta’ xogħol sar, matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba, saru diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fl-Outdoor Sports and Fitness Park. F’Lulju 2025 sar xogħol ta’ tiswija tas-siġġijiet fl-Open Air Gym fi Triq il-Belt Valletta. Aktar tard, f’Settembru 2025, saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fuq diversi partijiet tal-apparat, li kienu jinkludu żarmar ta’ tagħmir, tiswijiet u żebgħa, kif ukoll armar ġdid fejn kien meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.