Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Liċenzjar u permessi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet rispettivi rċevewx xi applikazzjoni jew jekk ingħatax xi permess għall-operat ta’ pjattaforma jew struttura ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jew pjattaformi kbar li jżommu f’wiċċ l-ilma, fiż-żona tar-Reġjun Tramuntana jew f’żoni oħra fil-qrib? Jekk iva, jista’ jgħid ta’ xiex inhuma, f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet u taħt liema qafas regolatorju qed jiġu kkunsidrati?
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Liċenzjar u permessi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-awtoritajiet rispettivi rċevewx xi applikazzjoni jew jekk ingħatax xi permess għall-operat ta’ pjattaforma jew struttura ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jew pjattaformi kbar li jżommu f’wiċċ l-ilma, fiż-żona tar-Reġjun Tramuntana jew f’żoni oħra fil-qrib? Jekk iva, jista’ jgħid ta’ xiex inhuma, f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet u taħt liema qafas regolatorju qed jiġu kkunsidrati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, li jinkludu l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, ma rċievew l-ebda applikazzjoni formali għal dak li qed jiġi deskritt fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33895, 34049 u 34262 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31762, fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li quddiem l-aqwa Budget fl-istorja ta’ investiment ta’ €9.3 biljun wara l-preżentazzjoni tiegħu nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru 2025, il-Gvern organizza kampanja ta’ informazzjoni u spjega dwar ħemel ta’ miżuri, inizjattivi u servizzi li l-familji Maltin u Għawdxin jistgħu jgawdu minnhom fosthom
• It-tieni tax cut konsekuttiva, li jgawdu minnha l-ħaddiema ġenituri kemm dawk b’wild wieħed u anki żewġt ulied jew aktar li jfisser li familja middle-class li taqla’ sa sittin elf ewro bejn żewġ ġenituri li għandha żewġt itfal mhux se tħallas ċenteżmu f’income tax għal kwart ta’ seklu;
• Il-ħdax-il żieda għall-pensjonanti ta’ €10 fil-ġimgħa li issa fissret li l-inqas pensjoni tal-lum kienet dik massima fl-2013;
• Żieda oħra ta’ €250 fiċ-Children’s Allowance għal familji bi dħul baxx;
• L-għotja ta’ €10,000 għall-first-time buyers;
• Sitt xhur gym membership bla ħlas estiża fost iż-żgħażagħ li jgħoddu bejn is-16 u l-21 sena;
• Sussidju għal żidiet fil-pagi tal-ħaddiema fis-settur privat;
• Servizz Nazzjonali ta’ Emerġenza Veterinarja biex jiġi żgurat aċċess għall-kura veterinarja ta’ emerġenza f’Malta u Għawdex barra l-ħinijiet normali tax-xogħol.
Fost is-servizzi, il-Gvern iniedi sit elettroniku (budget.gov.mt) li jiġbor fih informazzjoni dwar il-miżuri ewlenin u servizz ieħor ta’ freephone (153), li mill-għada tal-baġit jibda jirċievi mijiet ta’ mistoqsijiet u talbiet dwar kif il-miżuri mħabbra ser jimpattaw lill-pubbliku b’mod dirett. Naturalment, dawn is-servizzi jridu jkunu reklamati sabiex il-pubbliku jkun infurmat fejn għandu jaċċessa din l-informazzjoni. Għal dan il-għan jintużaw iċ-channels uffiċjali tal-medja soċjali tal-Gvern u mezzi tradizzjonali oħra inkluż il-gazzetti, televiżjoni u r-radju.
Ninsab infurmat li għal din il-kampanja ta’ informazzjoni saret in-nefqa ta’ €389,753.23.
Port il-Kbir - Floating Party - Liċenzja ta’ ‘trade’
Question
B’referenza għall-floating party island li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li bħalissa tinsab sorġuta fil-Port il-Kbir, jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx liċenzja ta’ ‘trade’ għal din l-attività? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kundizzjonijiet marbuta ma’ din il-liċenzja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Port il-Kbir - Floating Party - Awtorità tal-Ippjanar - Permessi
Question
B’referenza għall-floating party island li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li bħalissa tinsab sorġuta fil-Port il-Kbir, jista’ l-Ministru jgħid jekk din iċ-ċatra li fuqha qed jopera ‘club’, għandhiex bżonn xi permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva, liema huma? Jista’ jgħid ukoll kienx hemm applikazzjonijiet f’dan ir-rigward?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tal-Ippjanar m’għandiex applikazzjoni tal-iżvilupp għall-floating party island. Minħabba l-fatt li ma għandniex dettalji ta’ din l-opra tal-baħar (mill-aspett ta’ struttura u kif ukoll kif topera), l-Awtorita’ tal-Ippjannar ma tistax tgħid jekk din għandiex bżonn permess tal-iżvilupp.
B’referenza għall-floating party island li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li bħalissa tinsab sorġuta fil-Port il-Kbir, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx talba mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-impatt ambjentali li din l-attività jista’ jkollha fuq l-ambjent/baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li t-tbaħħir u t-tħaddim ta’ bastimenti mhux soġġett għal awtorizzazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
B’referenza għall-floating party island li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li bħalissa tinsab sorġuta fil-Port il-Kbir, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ liċenzja hija meħtieġa għal din iċ-ċatra/inġenju tal-baħar?
B’referenza għall-floating party island li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li bħalissa tinsab sorġuta fil-Port il-Kbir, jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux il-permessi meħtieġa għal din it-tip ta’ attività fuq il-baħar? Jista’ jgħid ukoll x’passi ser jittieħdu fir-rigward tal-istorbju li din l-attività toħloq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pontun imsemmi huwa konformi mal-proċeduri skont in-
Non-Convention Vessel (NVC) Code
u l-
Commercial Vessel Regulations
biex jikseb
NVC Certificate
li jippermetti li jopera kummerċjalment skont il-liġijiet ta’ Malta. Il-pontun, bħall-bastimenti kummerċjali kollha, se jkollu jikkonforma man-Notifiki relatati maħruġa minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34489 u 34671 u jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34166 u 34621 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34165 u 34620 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34164 u 34619 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34163 u 34618 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34162 u 34617 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34161 u 34616 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Multi-sensory room
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34097 u 34612 u jgħid jekk l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar għandhiex multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33764, ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejja pre-konsultazzjoni dwar strateġija ġdida ta’ inklużjoni fis-settur edukattiv. Din ser tkun qed tara fost oħrajn, din il-materja.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kronoloġija (bid-dati) tal-azzjonijiet meħuda bejn l-entitajiet kompetenti dwar ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola, inklużi spezzjonijiet, korrispondenza u deċiżjonijiet, u liema entitajiet kienu involuti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-ħanut indikat mill-Interpellant huwa intiż li jopera fuq livell kummerċjali u għal profitt, u għalhekk ma jaqax taħt il-liġijiet u regolamenti amministrati mill-ARUC.
Madanakollu, infurmat li l-ARUC segwiet il-kwistjoni mill-qrib u kkordinat mal-Awtorita' kkonċernata sabiex tittieħed azzjoni fl-immedjat.
Każ dwar ħanut bi prodotti tas-CBD - Tneħħija ta' reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tneħħewx sinjali jew reklamar b’immaġinerija relatata mal-kannabis f’ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ viċin ta’ skola?
Jista’ jindika wkoll:
i) liema dispożizzjonijiet legali/regolamenti ntużaw;
ii) liema awtorità ordnat/assigurat it-tneħħija; u
iii) jekk inħarġux multi jew passi oħra ta’ infurzar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mil-lat ta’ liġi li tirregola l-ippjanar tal-iżvilupp, it-twaħħil ta’ sinjali jew reklamar fuq faċċata ta’ ħanut jirrikjedi permess ta’ żvilupp maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar. Meta tevalwa l-applikazzjoni, l-Awtoritità tal-Ippjanar tara li d-disinn ikun aċċettabbli. Iżda l-Awtorità tal-Ippjanar ma tidħolx fil-kontenut tas-sinjali jew reklamar. Fir-rigward tal-ħanut imsemmi fil-mistoqsija, peress li ma kienx hemm permess ta’ żvilupp għat-tpoġġija tas-sinjali (signage), l-Awtorità tal-Ippjanar ordnat it-tneħħija tagħhom minn mal-faċċata tal-ħanut. Peress li l-iżvilupp illegali tneħħa minnufih, ma kienx hemm il-ħtieġa li jinħareġ avviż ta’ waqfien u ta’ twettiq, u għaldaqstant ma ddekorrew ebda multi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kommunikazzjoni jew azzjoni saret bejn id-dekasteru tiegħu u entitajiet oħra kompetenti dwar ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kronoloġija bid-dati tal-passi meħuda?