Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt tal-isptarijiet - Valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Ministeru għandux stima ta’ kemm jista’ jkun il-valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 32963.

ARUC, Pulizija, awtoritajiet u entitajiet - Koordinazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’mekkaniżmi formali ta’ koordinazzjoni jeżistu bejn l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), il-Pulizija, l-awtoritajiet tas-saħħa, l-entitajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-Awtorità tal-Ippjanar dwar: i.    spezzjonijiet u konformità; ii.    ilmenti pubbliċi; u iii.   azzjoni rapida f’każijiet fejn jista’ jkun hemm espożizzjoni ta’ minorenni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi s-sorveljanza tal-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRAs) tiġi mwettqa unikament mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC).

AIMS - Vjaġġi minn uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ sar minn uffiċjali varji tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ wkoll jindika kemm kienet in-nefqa u min kienu l-uffiċjali li attendew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Diretturi - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - CEOs - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Konsulenti - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tal-konsulenti preżenti li hemm ingaġġati fil-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Il-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Belt, Valletta - Triq il-Merkanti - Telephone Box

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti rigward it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi (il-ħamra) li kienet tinsab fi Triq il-Merkanti, fil-Belt, Valletta, li ġiet imneħħija għar-restawr, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-telephone box hijiex ser tiġi installata mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-telephone box se tiġi installata mill-ġdid hekk kif jintemm l-intervent ta’ restawr fuqha.

Ħal Luqa - Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew?  Tista’ wkoll tagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930.

Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W404.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Marzu 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari W 398.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Marzu 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W 396.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Marzu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Rabat, Malta – Triq Għeriexem – Solar Footpath

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ġenerati units ta’ enerġija mis-Solar Footpath tal-belvedere ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat, Malta, mill-inawgurazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

BCA - State of the Building Industry Report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34487 u jgħid jekk ir-rapport perjodiku ‘State of the Building Industry Report’ ġiex imħejji mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f' xi seduta oħra.

BCA - Data centre ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34486 u jgħid jekk ġiex imwaqqaf depożitorju jew data centre ġdid għall-bini, immaniġġjat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), bl-għan li jipprovdi data li tintuża kemm mill-partijiet interessati kemm pubbliċi kif ukoll minn dawk privati, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f' xi seduta oħra.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34864, inżid li dwar il-ġestjoni tal-iskart, kwalunkwe vettura, inkluż vapuri, li twettaq it-trasport tal-iskart teħtieġ permess skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tal-Immaniġġjar tal-Iskart (L.S. 549.45).

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34862.