Legislature:
Category:
Reset
Active:

Medical Advice Helpline 1440 - Telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru telefonati fuq il-Medical Advice Helpline 1440 matul is-sena 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru tal-linja li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta hawn fuq, ma japartjeni mal-ebda servizz li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.

Servizz tas-saħħa bla ħlas

Question

Fid-dawl li l-popolazzjoni ta’ Malta qed tgħix ħajja itwal, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija qed jaddotta l-Gvern biex jiżgura li s-servizz tas-saħħa jibqa’ sostenibbli u bla ħlas minn min qed juża s-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern introduċa diversi miżuri fl-Istrateġiji Nazzjonali tiegħu biex jiżgura li s-servizzi tas-saħħa jibqgħu sostenibbli u aċċessibbli għal kulħadd, minkejja iż-żieda fil-persentaġġ ta’ l-anzjani fil-popolazzjoni Maltija.

Ir-Rabat, Għawdex – Triq San Duminku - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31037 li ngħatat fit-13 ta’ Ottubru 2025, tista’ l-Ministru tgħid jekk tlestewx ix-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex, peress li fl-istess tweġiba kien ingħad li ‘x-xogħlijiet fit-triq indikata għandhom jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena (2025) kif stipulat fil-kuntratt iffirmat?’

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet relatati mal-ilma potabbli huma finalizzati.  Preżentament għaddejjin ukoll xogħlijiet fl-istess żona mill-Ministeru għal Għawdex u għaldaqstant biex jiġi kkawżat inkonvenjent mill-inqas, ix-xogħlijiet taż-żewġ Ministeri ingħaqdu u x-xogħol pendenti relatat mad-drenaġġ, flimkien mal-asfaltar tal-imsemmija triq, se jkunu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.

TD-T-3847-2024 (11065) - ‘TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR PROPOSED HT FOR ENERGIZING TRIQ PALAZZO PALINA SS - SANNAT IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER’

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra dwar is-sejħa TD-T-3847-2024 (11065) - ‘TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR PROPOSED HT FOR ENERGIZING TRIQ PALAZZO PALINA SS - SANNAT IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER’ u tgħid jekk ix-xogħol kollu mitlub min din is-sejħa sarx? Jekk le, għaliex ma sarx u meta hu maħsub (xahar u sena) li jsir ix-xogħol kollu mitlub minn din is-sejħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett hija lesta u Triq Palazzo Palina diġá ngħatat l-asfalt. It-tieni fażi fiż-żona ta’ Triq Dun Luqa se ssir fiż-żmien li ġej wara li hemm ukoll saru xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Tribunali Amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Ewwel Skeda tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva Kap. 490 li telenka dawk it-Tribunali Amministrattivi li għandhom jimxu skont il-prinċipju ta’ mġieba amministrattiva tajba, jidher li tkopri biss tribunali li saru sal-Kap. 487 u għaldaqstant ma tinkludix tribunali bħat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Kap. 551)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Liċenzji li ġew irritornati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34275, jista’ l-Ministru jipprovdi l-etajiet tal-persuni li applikaw biex jirritornaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk kinux kollha eleġibbli għal din l-iskema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-eta’ tal-applikanti hija bejn it-18 u t-30 sena.

Servizz Pubbliku - Apprentistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ apprentistat fi ħdan is-servizz pubbliku preżentement?  Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma residenti Għawdex u kemm minnhom huma residenti Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kemmuna - PA 00738/26

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-PA00738/26 li saret mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) rigward Kemmuna u jgħid jekk din l-applikazzjoni hijiex outline development application jew full development application? Jista’ wkoll jagħti t-target date ta’ din l-applikazzjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni PA0738/26 hija tat-tip Full Development Application li taqa’ taħt Skeda 1 tal-L.S.552.13, għaldaqstant din l-istess applikazzjoni qegħdha fi stadju ta' screening. Eventwalment din l-applikazzjoni tkompli ssegwi it-termini stabbiliti fir-Regolamenti Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp f’dik li hija 'target date' wara li tkun għaddiet mill-istadju tal-Validation.

Arbitru Finanzjarju - Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal quddiem l-Arbitru Finanzjarju fl-2025 u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 33644.

DVU - Psikologi forensiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikologi forensiċi fil-qasam tad-Domestic Violence Unit (DVU)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Unit tal-Pulizija GBDVU għandha l-assistenza ta’ entitajiet oħra fil-pajjiż li jaħdmu fis-settur, partikolarment l-Aġenzija Appoġġ. Għalhekk taħdem f’tim multi dixxiplinarju bil-għan li l-ħtiġijiet tat-taqsima jkunu dejjem moqdija minn dawn il-professjonisti.

Ħlas ta’ taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma ħallsux taxxa f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm jridu jinġabru taxxi f’arretrati, bħala kwantu finanzjarju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-figuri tal-arretrati sal-31 ta’ Diċembru 2025 qegħdin jiġu vverifikati bħalissa u jiġu ppublikati sal-aħħar ta’ April. Il-figuri sal-31 ta’ Diċembru 2024 huma kif jidhru fit-tabella li ġejja: VAT € Taxxa € Ammont ta’ arretrati li huwa mistenni li jinġabar 705,941,962 735,591,035 Ammont ta’ arretrati li huwa mistenni li ma jiġix irkuprat 5,443,535,792 1,267,668,544 Ammont gross ta’ arretrati 31/12/2024 6,149,477,754 2,003,259,579

Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kull ħlas li sar lill-kumpaniji kollha involuti fil-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tal-ftehim sat-terminazzjoni tiegħu, inkluż l-ammont, id-data, u l-iskop ta’ kull ħlas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Obbligi pendenti ta’ pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux obbligi pendenti ta’ pagamenti taħt xi sub-kuntratti ma’ kumpaniji Maltin li kienu qed jaħdmu taħt il-kuntratt ewlieni tal-isptarijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 32963.

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas jew li ċaħdu ħlasijiet bħala parti minn ftehim jew arranġament finanzjarju fil-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 32963.