Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34145, 34292 u 34648 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijet parlamentari 34144, 34291 u 34647 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143, 34290 u 34646 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Sigurtà marittima u rispons ta’ emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju jew valutazzjoni dwar l-impatt li operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jista’ jkollu fuq it-traffiku marittimu u s-sigurtà fil-baħar? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jiġu kkunsidrati sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ emerġenza marittimi, inklużi dawk tal-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta u l-awtoritajiet kompetenti, ikunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv f’każ ta’ inċident jew emerġenza relatata ma’ dawn l-operazzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-pjattaforma/struttura li qed issir referenza għaliha, fid-disinn u fl-operat tagħha, se topera bl-istess mod bħal kull bastiment kummerċjali ieħor li bħalissa jopera fl-ibħra territorjali ta’ Malta. Għaldaqstant, hija suġġetta għall-istess qafas regolatorju u rekwiżiti operattivi li japplikaw għall-bastimenti kummerċjali li joperaw fiż-żoni marittimi tagħna.
Fir-rigward ta’ emerġenzi marittimi, għandu jsir riferiment lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom ir-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ emerġenzi marittimi.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Sigurtà marittima u rispons ta’ emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju jew valutazzjoni dwar l-impatt li operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jista’ jkollu fuq it-traffiku marittimu u s-sigurtà fil-baħar? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jiġu kkunsidrati sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ emerġenza marittimi, inklużi dawk tal-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta u l-awtoritajiet kompetenti, ikunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv f’każ ta’ inċident jew emerġenza relatata ma’ dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-entitajiet ta’ sigurtá jaħdmu skont il-liġijiet tal-pajjiż, filwaqt li n-natura u klassifikazzjoni ta’ strutturi hija regolata minn awtoritajiet kompetenti.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Miżuri ta’ ppjanar/mitigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ ppjanar jew ta’ mitigazzjoni qed jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet sabiex jiġi indirizzat l-impatt potenzjali fuq l-infrastruttura lokali, b’mod partikolari fuq il-jetties, slipways u punti ta’ żbark fiż-żoni tar-Reġjun Tramuntana, fil-każ li operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jattira numru sostanzjali ta’ persuni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil-Ministeru konċernat.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjattaforma/struttura li qed issir referenza għaliha, fid-disinn u fl-operat tagħha, se topera bl-istess mod bħal kull bastiment kummerċjali ieħor li bħalissa jopera fl-ibħra territorjali ta’ Malta. Għaldaqstant, hija suġġetta għall-istess regolamenti u obbligi applikabbli għall-bastimenti kummerċjali.
B’mod partikolari, l-ebda bastiment ma huwa permess jidħol fiż-żoni riservati għall-għawm li jkunu stabbiliti permezz tan-Notices to Mariners rilevanti maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe bastiment jew struttura li topera fuq il-baħar.
Barra minn hekk, l-operaturi huma obbligati josservaw ukoll in-Notices to Mariners relatati mal-livelli ta’ storbju abbord bastimenti kummerċjali, sabiex jiġi żgurat li l-operat tagħhom ma jaqbiżx il-livelli permissibbli ta’ storbju u ma jikkawżax inkonvenjent lir-residenti tul il-kosta.
Transport Malta tkompli tikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), sabiex jiġi żgurat li dawn ir-regolamenti jiġu osservati u infurzati kif xieraq.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34628 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qligħ li għamlet l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi bejn l-2023 u l-2025, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis ġabret il-kontribuzzjonijiet li ġejja
:
Tip ta' Dritt
Total
Tariffa Amministrattiva
€24,000
Kontribuzzjoni għat-Tnaqqis tal-Ħsara
€149,780
Kontribuzzjoni ta' Proġetti Komunitarji
€17,092
Tariffa ta' Liċenzja
€431,533
Total
€626,453
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138, 34296, 34475 u 34625 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?
Ħaż-Żabbar – Triq Bieb is-Sultan – Livellar tal-bankina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-bankina bejn in-numri 128 u 148 ta’ Triq Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar, speċifikament fin-naħa tar-residenzi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament tiġi livellata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ser tkun qed tagħmel spezzjoni fiż-żona indikata sabiex naraw eżatt x’ inhi l-problema.
Ħaż-Żabbar – Triq Bieb is-Sultan – Bankina - Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti fuq il-bankina bejn in-numri 128 u 148 fi Triq Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar, speċifikament fin-naħa tar-residenzi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar irċieva lment wieħed, irreġistrat uffiċjalment, dwar il-bankina bejn in-numri 128 u 148 fi Triq Bieb is-Sultan.
Ħaż-Żabbar – St. Peter’s Area – Bus stop ‘Marżebb’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34280, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir l-intervent biex il-bus stop ‘Marżebb’ f’St. Peter’s Area, f’Ħaż-Żabbar, ikun iktar komdu għar-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li fil-jiem li ġejjin il-Kunsill ser ikun qiegħed jissottometti t-talba meħtieġa lill-kumpanija responsabbli mill-installazzjoni tal-bus shelters, sabiex jinbeda l-proċess relatat mal-intervent fil-waqfa bl-isem "Marżebb".
Proċeduri relatati mal-għajnejn - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-proċeduri relatati mal-għajnejn u jagħti n-numru skont it-tip ta’ proċeduri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li l-mediċina li tista’ tinġieb bil-kartuna r-roża (free medical aid) hija limitata u ħafna persuni xorta jkollhom jixtru l-mediċina minkejja d-dħul baxx tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm mediċina out of stock li tista’ tinġieb bil-free medical aid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-istokk ta l-unika mediċina li ma kinitx dissponibli wasal u hu pjanat li jitqassam fil-ġranet li ġejjin.