Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Swatar - Triq Olaf Gollcher, Triq it-Torri u Triq tal-Qattus - Tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jkun qiegħed jingħata l-aħħar saff tarmak fi Triq Olaf Gollcher, Triq it-Torri u Triq tal-Qattus, fis-Swatar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-aħħar saff ta’ asfalt fi Triq Gollcher u Triq it-Torri huwa mmirat li jingħata sal-aħħar t’April, filwaqt li  Triq il-Qattus se tinżamm fuq il-bażi eżistenti sakemm jitlestew xogħlijiet min-naħa tal-Enemalta biex tiġi kummissjonata substation ġdida fiż-żona.

Ċentru tal-Arbitraġġ - Arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi sal-10 ta’ Marzu 2026, ġew reġistrati 52 każ li l-ebda wieħed minnhom ma kien każ internazzjonali.

Ċentru tal-Arbitraġġ - Arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2025 u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul l-2025 kien hemm 271 każ, li minnhom 9 każijiet kienu internazzjonali.

Artikolu 166A - Ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A matul is-sena 2025 u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Ittri Uffiċjali taħt l-Artikolu 166A matul is-sena 2025 fil-Qrati Inferjuri kien hemm preżentati 3,536; u Reżi Eżekuttivi kien hemm 395. Fil-Qrati Superjuri kien hemm preżentati 156 u Reżi Eżekuttivi kien hemm 17.

Andorra - Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar - AIMS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjugi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul April 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W 413.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul April 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W410.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari w406.

L-Imġarr, Malta - Skola - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33991, 34338 u 34645 u jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34847.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33946, 34260 u 34644 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34148, 34295 u 34651 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147, 34294 u 34650 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34146, 34293 u 34649 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar