Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul April 2025?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34317 u 34318 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34314, 34315, u 34316 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34311, 34312 u 34313 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34308, 34309 u 34310 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saru diskussjonijiet kostruttivi, mal-American University of Malta (AUM) fir-rigward tal-irmiġġ ta’ dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla, bil-ħsieb li l-kwistjoni tkun solvuta b’ mod prattiku, strettament fil-parametri tal-konċessjoni eżistenti.
Ġejt infurmat ukoll ġie ċċarat li s-sempliċi tolleranza tad-dgħajjes li huma marbuta mal-moll fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla, mingħajr l-għoti ta’ ebda drittijiet ta’ rmiġġ, kiri, konċessjoni, jew attivitajiet kummerċjali, ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, ksur tal- konċessjoni. Tali tolleranza għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet, inklużi projbizzjonijiet fuq ir-rimi taż-żibel u fuq it-twettiq ta’ tiswijiet jew attivitajiet simili fuq il-post. Dan l-approċċ jibqa’ konsistenti mat-termini tal-konċessjoni u ma joħloq l-ebda dritt jew obbligu lil hinn minn dawk espressament ikkontemplati fiha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Mondion ġewwa l-Fgura hix se titranġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq Mondion, Fgura ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, għadna għaddejjin b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk it-tender tal-car spaces fil-basement tal-blokka mibnija tal-Gvern fi Triq id-Demnuq fis-Siġġiewi hux ser jiġi ppubblikat u jekk le, x'inhu jżomm dan il-proċess?
Ċentri tas-Saħħa - Tobba - Visti fid-djar - Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa matul l-2024 u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċentri tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentri tas-Saħħa - Tobba - Visti fid-djar - Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa matul l-2025 u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċentri tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti mill-2023 sal-2025, li kellhom jagħlqu minħabba li ma ġabux riżultat xieraq mill-ispezzjonijiet tal-Food Safety and Security Authority (FSSA)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba sa Frar 2025 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward l-informazzjoni mitluba minn Marzu ‘l quddiem nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skont l-ispezzjonijiet li saru mill-Food Safety and Security Authority (FSSA) matul l-2025, jista’ l-Ministru jikkwantifika kemm kien hemm stabbilimenti skont il-gradi li ġabu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal Jannar u Frar 2025 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward l-informazzjoni mitluba minn Marzu ‘l quddiem nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni tal-gradi tal-ispezzjonijiet (eż. A, B, C, eċċ.) li jsiru mill-Food Safety and Security Authority (FSSA) u kif dawn l-ispezzjonijiet jiġu interpretati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Food Safety and Security Authority (FSSA) fis-snin 2023, 2024 u 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn Jannar 2023 sa Frar 2025 saru 2,691 spezzjoni. Mill-bidu ta’ Marzu 2025 kienet bdiet iseħħ it-tranżizzjoni sabiex il-funzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ikel jgħaddu għand l-Awtorita` għas-Sigurta` tal-Ikel taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, għalhekk għal din il-parti tal-informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Żebbuġ u l-Għarb - Skejjel primarji - Proġetti ta’ rinnovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proġetti ta’ rinnovazzjoni għall-iskejjel primarji taż-Żebbuġ u tal-Għarb?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-iskola primarja taż-Żebbuġ ġie ffirmat il-kuntratt tax-xogħlijiet skont is-sejħa pubblika għall-offerti, li ġġib riferenza CT2180/2024. Bil-għan li jkun jista’ jsir ix-xogħol waqt li l-iskola tibqa operabbli u l-istudenti jibqgħu jingħataw l-edukazzjoni tagħhom minn hemmhekk, sejrin jiġu nstallati
prefabricated units
fil-grawnds tal-iskola eżistenti. Dawn il-units ġew ordnati, waslu Malta u se jiġu nstallati fil-jiem li ġejjin. Fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-iskola primarja fl-Għarb, is-sejħa pubblika għall-offerti skont CT2350/2025 qiegħda fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol/irwoli għandha l-Gozo Regional Development Authority (GRDA) fil-proġetti tat-toroq li qegħdin isiru jew hemm ippjanati li jsiru fiż-żmien li ġej f’Għawdex, kif ukoll dwar deċiżjonijiet rigward x’tip ta’ sejħiet għandhom joħorġu u kif għandhom joħorġu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irwol tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex (GRDA) fir-rigward tal-proġetti tat-toroq f'Għawdex huwa wieħed strettament strateġiku u konsultattiv.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27215, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid kemm hu l-ammont ta’ talbiet li hemm fuq il-lista ta’ stennija għal berth fil-Marina ta’ Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fil-konkret x’hemm ippjanat li jsir biex jiżdiedu l-berths f’Għawdex matul din il-leġiżlatura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 359 bastiment fuq il-lista ta’ stennija għal berth fil-Marina t’Għawdex. Fir-rigward tal-pjanijiet sabiex jiżdiedu l-irmiġġi f’Għawdex, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet u eżerċizzji preliminari dwar l-estensjoni tal-Port tal-Imġarr.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29519, dwar il-manutenzjoni tal-playing field (inkluż il-ġnien) fi Triq Ta’ Ġokk fix-Xewkija, Għawdex li taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kunsill Lokali, fejn ġie mwieġeb li ‘ix-xogħol ta’ manutenzjoni u rinnovar huwa ppjanat li jibda fil-bidu tas-sena 2026. Kif diġà indikat, il-proċess għat-tħejjija tas-sejħa għall-offerti jinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qed jitħejjew il-BoQs.”, u peress li din il-playing field u open space jinsabu fi stat ħażin għal min jiffrekwentahom, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jinbeda x-xogħol u jiġi rranġat u ssir il-manutenzjoni meħtieġa? Jista’ jgħid ukoll jekk preżentement din il-playing field hijiex sigura u jekk hijiex iċċertifikata li hija sigura? Jista’ jgħid ukoll jekk tħejjewx is-sejħiet għal offerti u jekk ġewx ippubblikati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ix-Xewkija li l-proġett relatat mal-manutenzjoni u r-rinnovar tal-playing field u l-open space fi Triq Ta’ Ġokk, fix-Xewkija, jinsab fi stadju avvanzat ta’ preparazzjoni. Sadanitant, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet tas-sejħiet għall-offerti. Infurmat ukoll li fir-rigward tas-sigurtà tal-post, il-Kunsill Lokali ħa l-miżuri neċessarji sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli. B’mod partikolari, l-apparat tat-tfal, inklużi l-bandli, tneħħew sabiex jiġi evitat kull periklu għall-utenti. Il-Kunsill Lokali jibqa’ impenjat li jimplimenta l-proġett kemm jista’ jkun malajr, sabiex dan l-ispazju jiġi rranġat u jerġa’ jservi lill-komunità b’mod sigur u adegwat.
Negotiated Procedure for the outsourcing of bed services for Karin Grech Rehabilitation Centre and MDH CPSU 10309/25’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz tas-sejħa: ‘Negotiated Procedure for the outsourcing of bed services for Karin Grech Rehabilitation Centre and MDH CPSU 10309/25’, kemm hu l-valur ta’ din is-sejħa, għal kemm perjodu ta’ żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li ħarġet sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-iskop ta’ din in-negotiated procedure huwa li jagħti servizzi ta’ kura għal pazjenti bi bżonnijiet mediċi kumplessi. Din tikkonsisti f’ total ta’ 40 sodda għal sena. Il-valur jista jiġi aċċessat minn fuq il-portal li hu aċċessibli għall-pubbliku etenders.gov.mt.