Legislature:
Category:
Reset
Active:

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429, 34634 u 34846 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Buġibba – Moll – Pilastri tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34790 u jgħid jekk il-pilastri tal-ilma u tad-dawl (water and electricity pillars) installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba humiex qed jiffunzjonaw kif suppost? Jekk le, jista’ jgħid meta mistennija jsiru operattivi u x’inhuma r-raġunijiet għaliex għadhom mhumiex qed jintużaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pilastri tal-ilma u tad-dawl installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba huma parti minn sistema li teħtieġ integrazzjoni ma’ mekkaniżmi tekniċi sabiex is-servizz ikun jista’ jingħata b’mod regolat. Minħabba kwistjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi informattivi u l-arranġamenti ta’ billing mal-fornitur tas-servizz, il-kummissjonar ta’ dawn il-pilastri ħa aktar żmien milli kien previst inizjalment. Dawn il-kwistjonijiet issa ġew indirizzati u s-servizz huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fil-jiem li ġejjin, wara li jitlestew l-aħħar verifiki tekniċi.

Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34849, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.     f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 34849.

Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34848, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.     x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 34848.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34847 dwar xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.”, jista’ l-Ministru jipprovdi iktar dettalji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx xi nżid mat-tweġiba li diġa ngħatat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34154, 34305 u 34681 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34153, 34304 u 34680 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34152, 34303 u 34679 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34151, 34302 u 34678 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34150, 34301 u 34677 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34149, 34300 u 34676 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.     it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.    data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.   ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Ħal Tarxien/Raħal Ġdid - Triq it-Tarzna - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq it-Tarzna, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa mhux għaddejjin xogħlijiet minn Infrastructure Malta fit-triq imsemmija.

Kontro-mandati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kontro-mandati matul is-sena 2025 u jindika skont il-kategorija rispettiva tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Kontro-mandati Superjuri matul is-sena 2025 kien hemm is-segwenti: Prim Awla Familja Sekwestru 654 44 Inibizzjoni 101 21 Qbid 32 5 Filwaqt li Kontro-mandati Inferjuri kien hemm is-segwenti: Sekwestru 892 Qbid 40

Mandati kawtelatorji u eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati kawtelatorji u eżekuttivi matul is-sena 2025 u jindika skont il-kategorija rispettiva tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi Mandati Kawtelatorju fil-Qrati Inferjuri matul is-sena 2025 kien hemm: Mandati Kawtelatorju - Inferjuri Sekwestru 412 Qbid 21 Filwaqt li Mandati Kawtelatorji - Superjuri kien hemm is-segwenti matul is-sena 2025: Mandati Kawtelatorji - Superjuri Prim Awla Familja Sekwestru 415 15 Inibizzjoni 181 9 Qbid 25 1 Matul is-sena 2025 kien hemm ukoll is-segwenti Mandati Eżekuttivi fil-Qrati Superjuri: Mandati Eżekuttivi - Superjuri Prim Awla Familja Sekwestru 356 14 Qbid 15 1 Finalment, Matul is-sena 2025 kien hemm ukoll is-segwenti Mandati Eżekuttivi fil-Qrati Inferjuri: Mandati Eżekuttivi - Inferjuri Sekwestru 1030 Qbid 33

Kodiċi Ċivili - Artiklu 495A - Rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar sentejn (2024 u 2025)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm hemm pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar sentejn (2024 u 2025) kien hemm is-segwenti: -    Fl-2024 ġew preżentati 18-il rikors, bi 12 għadhom pendenti u 6 li ġew deċiżi. -    Fl-2025 ġew preżentati 34-il rikors, bi 33 għadhom pendenti u 1 li ġie deċiż.

Qorti tal-Ġustizzja - Karigi ta’ Diretturi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi ta’ Diretturi pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja?  Jista’ wkoll jindika f’liema pożizzjonijiet huma u meta ser isiru s-sejħiet għalihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm kariga waħda vakanti ta’ Direttur, dik ta’ Director (Legal Services) fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati. Is-sejħa għal din il-pożizzjoni tinħareġ skont il-proċeduri u l-approvazzjonijiet meħtieġa.

Ċentru tal-Arbitraġġ - Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-31 ta’ Diċembru 2025?  Jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi u kemm ġew terminati matul din l-istess sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi minn Marzu tas-sena 2000 (meta beda jopera ċ-Ċentru) ġew reġistrati 7,385 każ li minnhom 491 kienu pendenti sal-31 ta’ Diċembru 2025.  Matul is-sena 2025, ġew deciżi 180 każ u ġew terminati 97 każ.

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W427.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba moħtija għall-mistoqsija parlamentari w423.