Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi - Triq id-Demnuq - Units

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk hemmx xi problema fil-kostruzzjoni fil-Units li huma assenjati diġà?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ilmenti li saru mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul is-sena 2025 u kemm minnhom ġew indirizzati sal-aħħar tas-sena? Jista’ wkoll jindika dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2025 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali rċieva 135 ilment b’mod formali., li sa tmiem is-sena ġew indirizzati 128 minn dawn l- ilmenti. Infurmat li l-ilmenti kienu dwar diversi aspetti, fosthom bdil ta’ mediċina, tibdil fid-doża, u talba għall-konsulent differenti.

Ċentri tas-Saħħa - Tobba - Visti fid-djar - Sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa matul l-2023 u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċentri tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji reġistrati għall-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet kinux reġistrati għall-VAT f’Malta, jew jekk ħlasijiet sarux lill-entitajiet reġistrati barra minn Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanniji huma reġistrati għall-VAT f’Malta.

Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-ħlasijiet kollha magħmula mill-Gvern fil-kuntratt tal-isptarijiet kinux jinkludu VAT jew le? Jekk iva, x’kien l-ammont totali ta’ VAT imħallas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT li ġie fatturat u/jew imħallas

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhu l-ammont ta’ VAT li ġie fatturat u/jew imħallas relatat mal-kuntratt tal-isptarjiet tul is-snin tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT - Differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm każijiet fejn instabu differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlas ta’ VAT jew taxxi oħra minn dawn il-kumpaniji fil-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi dovuti – Verifiki/kontrolli mill-awtoritajiet fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux verifiki jew kontrolli mill-awtoritajiet fiskali biex jiġi assigurat li l-VAT u t-taxxi dovuti ġew imħallsa fil-ħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta għandha numru ta’ kontrolli fis-seħħ u dawn jiġu applikati fuq kull taxpayer bil-għan li d-dikjarazzjonijiet u l-ħlasijiet isiru fil-ħin.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

L-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Kirjiet qabel is-sena 2022 mingħand il-ġenituri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33797 u 33865 u jgħid jekk persuni li wirtu kirja mingħand il-ġenituri tagħhom u li kienu jirrisjedu f’post mikri mingħand l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali qabel is-sena 2022, iżda wirtu l-kirja wara s-sena 2022, jekk dawn humiex eleġibbli taħt l-iskema Sir Sid ta’ Darek biex jixtru l-post? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista’ jispjega kif din mhix diskriminatorja ma’ persuni oħra li jkunu xtrawha, ġaladarba dan baqa’ l-istess titolu ta’ kirja?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li it-talba għar-rikonoxximent tiġi deċiża mill-Ad Hoc Committee u li, jekk ikun il-każ, twassal għal kuntratt ġdid. Kull talba li tiġi milqugħa u aċċettata mill-istess Kumitat twassal sabiex l-inkwilini l-ġodda jidħlu f’kuntratt ta’ kera skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-policy li tkun fis-seħħ fiż-żmien li fih isir il-kuntratt. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-każijiet li ġew deċiżi mill-Kumitat minn Jannar tal-2022 ’l hawn jinkludu klawżola li tistipula li l-fond ma jistax jinxtara.

In-Naxxar - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità tan-Naxxar, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.

L-Imġarr, Malta - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.

Il-Mellieħa - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità tal-Mellieħa, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.

San Pawl il-Baħar - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.

Transport Malta - Loading/unloading bays awtorizzati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34699 fl-intier tagħha u jgħid f’liema toroq jinsabu l-loading/unloading bays li huma awtorizzati minn Transport Malta f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il bay hemm approvata f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li l-loading/unloading bays jinsabu f’dawn it-toroq – Dawret il-Gżejjer (3), Dawret il-Qawra (1), Telgħet ix-Xemxija (2), Triq Andrew Cunningham (1), Triq Annetto Caruana (1), Triq Burmarrad (4), Triq Cern (1), Triq Ġifen (1), Triq Ġulju (2), Triq Ħalel (1), Triq il-Bajja (1), Triq il-Fekruna (2), Triq il-Fliegu (3), Triq il-Ħarifa (1), Triq il-Kaħli (3), Triq il-Katidral (1), Triq il-Lampuki (2), Triq il-Luzzu (1), Triq il-Mosta (service road) (1), Triq il-Port Ruman (1), Triq il-Qalb ta’ Ġesu (1), Triq ir-Rizzi(2), Triq it-Tartarun (1), Triq it-Trill (1), Triq it-Turisti (5), Triq ix-Xitwa (2), Triq Quintinus (1), Triq J De La Vallette (1), Triq l-Ankri (1), Triq l-ARtikli (1), Triq l-Arznell (1), Triq 10 ta’ Frar (2), Triq l-Ibħra (1), Triq il-Imħar (1), Triq l-Insolja (1), Triq Maskli(1), Triq Mazzola (1), Trq Nakkri (1), Triq N Ardoino (1), Triq Parades (5), Triq Rebbiegħa (1), Triq Sajf (1), Triq San Ġwann (1), Triq San Xmun (1), Triq Sant’Antnin (1), Triq Sant’Artistarku (4), Triq Santa Marija (1), Triq Toni Bajada (1), Triq Żerniq (1), Veċċja (1), Wesgħa Kennija (1), Triq il-Korp tal-Pjunieri (3), Triq il-Qawra(4), Triq il-Wileġ (1), Triq iċ-Ċagħaq (2), Triq Sajjied (1), Triq Brankutli (1), Triq Luqa (1), Triq il-Knisja (1),  Triq il-Ħġejjeġ (3), Triq it-Tamar (7), Triq il-Kurazza (2), Triq il-Mosta (4), Triq San Pawl (3),  Triq Censu Tanti (2).

Prodotti kannabinojdi - Marketing u reklamar - Restrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta' prodotti kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn 0.2% tetrahydrocannabidiol u prodotti bit-tikketta “not approved for human consumption” (For In Vitro Research)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 35062.

Prodotti kannabinojdi - Marketing u reklamar - Restrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta' prodotti kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn 0.2% tetrahydrocannabidiol u prodotti bit-tikketta “not approved for human consumption” (For In Vitro Research)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat mill-ARUC illi l-istess Awtorita' hija konxja ta' tali prodotti u f'diversi istanzi ikkomunikat mal-entitajiet kkonċernati dwar l-istess. In oltre, infurmat illi tali materja ser tkun inkluża u regolata f'abbozz ta' liġi li l-istess ARUC qed tipproponi.

L-Imġarr, Malta - Servizz tas-Silver T

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema lokalitajiet jiġi offrut is-servizz tas-Silver T lir-residenti tal-Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li dan is-servizz jiġi offrut ukoll lejn lokalitajiet oħra, mill-Imġarr?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li s-servizz tas-Silver T li jservi r-reġjun tal-Imġarr, Malta,  jinkludi wkoll l-lokalitajiet tar-Rabat, Mdina, Baħrija, Mtarfa u Mosta. Dan is-servizz għandu l-għan li jtejjeb il-mobilità tar-residenti fiż-żona u joffri konnessjoni aħjar maċ-ċentri tas-servizzi fil-qrib.

Pannelli solari - Installazzjonijiet - Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fornituri jew installaturi ta’ pannelli solari humiex obbligati jew mitluba jivverifikaw li jkunu ġew miksuba l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma jsiru installazzjonijiet ta’ sistemi ta’ pannelli solari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S.552.08), u d-dokument “Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015” huma dokumenti pubbliċi li jistgħu jiġu kkonsultati minn fornituri jew installaturi ta’ pannelli solari sabiex jiġu evitati installazzjonijiet fuq strutturi jew żviluppi li m’għandhomx il-permessi meħtieġa. Barra minn hekk, l-Awtorità tal-Ippjanar toffri servizz tekniku kuljum permezz tat-telefon, kif ukoll mill-Front Desk tagħha fl-uffiċini ta’ Malta u anke l-uffiċċju ta’ Għawdex.