Studenti tal-kors tas-social work - Skema ta’ stipendju ogħla - Studenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33836 fejn ingħad li “Għal min b’għażla libera tiegħu jagħżel li jidħol f’din l-iskema hemm l-obbligu li l-istudenti jaħdmu għal sena ma’ xi entità tal-Gvern jew entitajiet li jgawdu minn għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern
wara
li jiksbu l-
warrant
ta’
social worker
. Din il-kundizzjoni hija wkoll opportunità għall-istudent li jkun jista’ jaħdem u jagħti sehemu fis-soċjetà.”, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-istudenti li jagħżlu l-iskema tal-istipendji ogħla, mhumiex ser jitħallew jaħdmu direttament ma’ entità pubblika jekk mhux permezz tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u lanqas jistgħu jaħdmu f’NGO għall-ewwel tliet snin minn meta jiggradwaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 34691
Studenti tal-kors tas-social work - Skema ta’ stipendju ogħla - Studenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33836 fejn ingħad li “Għal min b’għażla libera tiegħu jagħżel li jidħol f’din l-iskema hemm l-obbligu li l-istudenti jaħdmu għal sena ma’ xi entità tal-Gvern jew entitajiet li jgawdu minn għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern wara li jiksbu l-warrant ta’ social worker. Din il-kundizzjoni hija wkoll opportunità għall-istudent li jkun jista’ jaħdem u jagħti sehemu fis-soċjetà.”, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-istudenti tas-social work li jagħżlu l-iskema tal-istipendju ogħla hux ser ikollhom jaħdmu bilfors mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għal mill-inqas tliet snin full-time minn meta jiggradwaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill- Onor Interpellanta li
l-obbligu li l-istudenti jaħdmu għal sena ma’ xi entità tal-Gvern jew entitajiet li jgawdu minn għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern wara li jiksbu l-warrant ta’ social worker mhuwiex ristrett biss għall-ebda entità partikolari.
Jista’ l-Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ ħlasijiet pendenti jew li għadhom qed jiġu kkunsidrati bħala dovuti lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom ma ġewx imħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-ismijiet tal-kumpaniji lokali, u x’inhuma s-servizzi jew ix-xogħlijiet li għadhom ma ġewx imħallsa għalihom fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom iridu jitħallsu
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx kumpaniji lokali li għad għandhom jitħallsu xi somom relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet jew mat-terminazzjoni tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Awditur Ġenerali/CFR - Verifiki
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux verifiki mill-Awditur Ġenerali jew mill-Kummissarju għat-Taxxa (CFR) dwar il-konformità fiskali ta’ dawn il-kumpaniji mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Kuntratt tal-isptarijiet - Taxxi/kontribuzzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi taxxi jew kontribuzzjonijiet pendenti li għadhom mhux imħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji konċernati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34349 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet konċernati dwar is-sitwazzjoni relatata mal-culvert fi Triq Hompesch, il-Fgura, li bħalissa qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-inħawi u huwa ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Fgura li saret kommunikazzjoni ma' Infrastructure Malta biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fl-area tax-Xemxija, matul l-aħħar tnax-il xahar u fuq liema siti saru dawn l-ispezzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll f’kemm-il każ kienu meħtieġa azzjonijiet oħra kif ordnati mill-BCA?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34160, 34436 u 34803 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi - Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kumpaniji kollha li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet ħallsux il-VAT u t-taxxi kollha dovuti lill-awtoritajiet Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2025?
Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.