Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ħsara li hemm fit-terren ta’ taħt it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur u jekk din affettwatx it-torri? Jista’ jgħid ukoll:
i. x’sar s’issa biex din il-problema tiġi indirizzata;
ii. x’kienet l-ispiża s’issa biex jiġi assigurat li t-torri ma jġarrabx ħsara; u
iii. meta huwa mistenni li ser jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku l-Ġnien Ta’ Kenuna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-aħħar sejħa ta’ ingaġġ ta’ messaġġier fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li din is-sejħa għadha fil-proċess.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34071 u 34074 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fix-Xatt tax-Xgħajra, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34075 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li b’żieda mat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34411, twettaq xogħol ta’ tindif sabiex tneħħa ammont ta’ ġebel li nġabar fit-triq ta' madwar il-bajja kif ukoll minn fuq ir-ramel, filwaqt li r-ramel li tela’ fit-triq reġa’ tqiegħed lura f’postu fil-bajja.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34075 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34073 u 34076 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn li qed iżomm kuntatt dirett mal-periti ta’ Infrastructure Malta u x-xogħol miexi sew. Il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp se jiġu rranġati kollha, peress li l-promenade qed issir mill-ġdid.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34073 u 34076 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-lum, il-pjan għat-Turiżmu f’Wied il-Għajn huwiex finalizzat jew le? Jekk iva, meta ser ikun ippubblikat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dak iż-żmien seħħ tibdil, li minn pjan ta’ riġenerazzjoni turistika trasforma ruħu fi pjan ta’ investiment infrastruttutali. Għaldaqstant nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33825, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li taw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintuża għal skopijiet ta’ riċerka u studju wara mewthom, kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kollha kienu residenti f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni (Juvenile Court) fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm tressqu persuni u l-età tal-iżgħar persuna li tressqet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Qorti tal-Minorenni fis-sena 2025 kien hemm 724 kawża, dawn jinkludu kawżi li kienu ġejjin mis-snin preċedenti u 120 kawża ġdida li daħlu fl-2025. In oltre, tressqu 140 akkużat quddiem il-Qorti tal-Minorreni bl-iżgħar persuna li tressqet kellha 14-il sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħdu l-kunsilli lokali biex inaqqsu l-ħmieġ tal-annimali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali jieħdu diversi miżuri biex inaqqsu l-ħmieġ tal-annimali. Dawn fost oħrajn jinkludu:
bye-laws
għall-kontroll tal-ħamiem; żamma ta reċipjenti fejn il-pubbliku jkun jista' jpoġġi ħmieġ tal-klieb; tabelli li jfakkru fir-responsabbiltà li wieħed inaddaf il-ħmieġ tal-kelb tiegħu; ħidma mal-
community police
u aġenziji oħra fuq infurzar; kampanji u attivitajiet edukattivi relatati. Dan minbarra t-tindif regolari tal-bankini u t-toroq.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet wara l-inċident fejn kienet iġġarrfet binja tal-akkomodazzjoni soċjali fi Triq l-Antika, l-Birgu, fil bidu tas-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat
li ttieħdu miżuri tekniċi preventivi sabiex jiġi evitat aktar deterjorament u kwalunkwe riskju għas-sigurtà pubblika. Fost dawn il-miżuri kien hemm l-installazzjoni ta’ scaffolding mal-faċċata tal-binja kif ukoll l-installazzjoni ta’ props ta’ appoġġ strutturali, li kienu kruċjali sabiex jiġu evitati danni akbar. Fil-frattemp għaddejjin il-proċessi neċessarji sabiex ikomplu xogħlijiet oħra fuq din il-binja sabiex tkun tista’ tiġi kkonvertita u tintuża għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ titwaħħal l-istop sign fi Triq Baldassare Lanċi, il-Fgura, peress li bħalissa tinsab mitfugħa fil-ġenb tat-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ titwaħħal l-istop sign fi Triq Baldassare Lanċi, il-Fgura, peress li bħalissa tinsab mitfugħa fil-ġenb tat-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tabella li qed issir referenza għaliha ser titwaħħal malli jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-bankini.
Ċittadini Maltin li qed jiskontaw sentenzi ta’ ħabs barra minn Malta
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin li qed jiskontaw piena ta' ħabs f'ħabsijiet barranin mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema pajjiż qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta bħalissa jammonta għal erbatax (14)-il persuna, imqassmin skont kif indikat fit-tabella t'hawn taħt.
Irrid nenfasizza li l-lista tinkludi biss dawk iċ-ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, hux permezz tal-Ministeru f’Malta stess jew mal-ambaxxati u l-konsulati ta’ pajjiżna f'artijiet barranin. Skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jekk priġunier ma jitlobx għajnuna mir-rappreżentanza diplomatika tiegħu, din tal-aħħar ma tistax tagħmel kuntatt miegħu jew magħha.
Għaldaqstant it-tabella t'hawn taħt tista’ effettivament ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn xtutna.
Pajjiż
Ammont
L-Alġerija
1
L-Awstralja
5
It-Tuneżija
1
It-Turkija
1
Il-Marokk
1
Il-Libja
2
L-Iżvizzera
1
L-Amerika
1
Franza
1
Studenti tal-kors tas-social work - NGOs - Placements
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33836 fejn ingħad li “Tajjeb jingħad li kien biss reċentement li entitajiet mhux governattivi bdew jaċċettaw studenti għall-placement, meta għal ħafna snin kienet biss l-FSWS li kienet tieħu dawn il-placements, u dan wara talba speċifika mill-Università f’ dan ir-rigward.”, jista’ l-Ministru jgħid minn liema xahar u sena l-NGOs waqfu jieħdu studenti tas-social work għall-placements? Jista’ wkoll jispeċifika liema huma dawn l-NGOs?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.