Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34166, 34621 u 34840 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34165, 34620 u 34839 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u ser tingħata f’seduta oħra.
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34164, 34619 u 34838 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34163, 34618 u 34837 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34162, 34617 u 34836 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34161, 34616 u 34835 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Sena 2025 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34855, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced, sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2024 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34854, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2023 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34853, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2022 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34852, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2025 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34851, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33851 u ċjoè: Fid-dawl tal-fatt li l-Ftehim Kollettiv preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ser jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex jibdew it-taħditiet għall-ftehim kollettiv il-ġdid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għandha informazzjoni skorretta għax il-ftehim kollettiv ma jiskadix fid-data li qed tindika hi.”
Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33841 u jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-promozzjoni ta' karrieri varji huma disponibbli għall-istudent permezz tal-pjattaforma
IChoose
, li tipprovdi gwida dwar suġġetti ta’ studju u karrieri possibbli.
Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33839 u jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32913 u 33715, rigward is-sejħa ‘CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning’, li nħarġet mill-Ministeru tiegħu fix-xhur li għaddew, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u min huma l-kuntratturi li wrew interess f’din is-sejħa sa issa?
Jista’ jgħid ukoll:
i. liema huma x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fl-immedjat minn din is-sejħa;
ii. f’liema raħal ser isiru u jindika l-isem tat-triq; u
iii. fiex ser ikunu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal, u kemm minnhom ġew irreġistrati matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Minn total ta’ 244 stabbiliment, 11 ġew irreġistrati matul l-2025.
Catering Establishments
Locality
Restaurants
Snack Bars
Ir-Rabat
22
52
Il-Fontana
1
0
Għajnsielem
9
3
L-Imġarr
10
3
L-Għarb
3
4
L-Għasri
0
1
Ta' Kerċem
0
1
Santa Luċija
0
0
Il-Munxar (incl. Xlendi)
20
11
In-Nadur
6
7
Il-Qala
5
4
San Lawrenz
3
0
Ta' Sannat
5
0
Ix-Xagħra
9
10
Ix-Xewkija
4
0
Iż-Żebbuġ (incl. Marsalforn)
32
19
TOTAL
129
115
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33197 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid kemm hemm toroq f’Għawdex (inklużi toroq fir-raba’ u sqaqien pubbliċi) u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq ġewwa Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta.