Ir-Rabat, Malta - Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu - Traffic management ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet ta’ traffic management ġdid fi Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat, Malta, minħabba li t-toroq ma jifilħux għal traffiku ‘2-way’?
Ir-Rabat, Malta - Triq il-Buskett - Patching ta’ ħofor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax isir patching urġenti fi Triq il-Buskett, it-triq li tagħti mir-Rabat għall-Buskett, fid-dawl tal-ammont ta’ ħsarat li qegħdin isiru lir-residenti u lill-bdiewa li bilfors iridu jgħaddu minnha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda tippjana li tagħmel asphalt ġdid permanenti din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa, tiġi rrestawrata, peress li tinsab mitluqa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanti u permessi u meta ser isir dan ir-restawr?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” - Organizzazzjoni u spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-organizzaturi tal-konferenza bl-isem “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” li saret fil-Mediterranean Conference Centre fil-Belt Valletta fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2025, jekk hux il-Ministeru jew id-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare? Jista’ jgħid ukoll, b’mod dettaljat:
i. x’kienet l-ispiża totali ta’ din il-konferenza;
ii. kif kienet maqsuma din l-ispiża, inkluż kiri tal-post, servizzi ta’ catering, servizzi tekniċi, marketing, materjal promozzjonali u kwalunkwe nefqa oħra relatata;
iii. minn liema vot jew fondi pubbliċi ġiet iffinanzjata din l-inizjattiva; u
iv. jekk għall-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza ġewx segwiti proċeduri ta’ procurement pubbliku jew proċeduri amministrattivi oħra u liema kienu dawn il-proċeduri?
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal biex ikun hemm daqshekk dewmien għall-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ programmi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm talbiet pendenti u kull applikazzjoni kemm ilha pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-MFHEA hija kommessa li tkompli tindirizza l-proċessi ta’ akkreditazzjoni b’effiċjenza filwaqt li kemm huwa possibbli, il-proċessi jitħaffu.
Fir-rigward tal- Edukazzjoni Avvanzata (Further Education), preżentement hemm ħdax (11) il-applikazzjoni pendent, li ġew sottomessi mit-12 ta’ Marzu 2026, l’ hawn. Hemm ukoll żewġ (2) programmi li huma pendenti minn Novembru 2025 minħabba dokumentazzjoni nieqsa. Hemm ukoll tlett (3) applikazzjonijiet pendent minn Awwissu 2025, minħabba li għadha ma nstabitx persuna bil-kwalifika meħtieġa biex tgħallem il-lingwa Torka.
Rigward l-Edukazzjoni Ogħla (Higher Education), hemm tmintax (18) il-talba pendenti li ġew sottomessi minn Frar 2026 l’hawn.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Komunikazzjonijiet maħruġa mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) qed jinħarġu bla firma tal-uffiċjal mittenti? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex tinħareġ il-Komunikazzjoni Nru 10/2025, dwar il-lingwa li tintuża fit-tfassil tal-korsijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni, li evidentement il-kontenut tagħha jidher li jmur kontra l-prinċipji mħaddna kemm mill-MFHEA, kemm mill-Unjoni Ewropea, u xejn anqas mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar l-Ilsien Malti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kont tal-elettriku kellha tirrevedi l-ARMS minħabba nuqqas tal-eko-riduzzjoni minn Jannar sal-ġurnata fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif jaf l-Onor. Interpellant u anke spjegajt f’din il-Kamra nkluż b’risposti għal mistoqsijiet parlamentari, dwar dan is-suġġett inħatar audit indipendenti. Dan l-audit għad irid ikun finalizzat. Infakkar li bħal dejjem dan il-Gvern ta u jagħti garanzija li kull klijent jieħu dak li hu tiegħu.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn accounts residenzjali tal-elettriku li għandhom reġistrata fuqhom persuna waħda, tnejn, tlieta, erbgħa, eċċ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, kif mgħoddija lili.
Fid-dawl tal-fatt li spiss qed ikun hemm nuqqas ta’ ilma ‘new water’ li jitwassal fl-inħawi tal-Imġarr, tista’ l-Ministru tgħid b’liema frekwenza qed ikun hemm dan il-qtugħ? Tista’ tgħid ukoll x’qed isir biex dan il-qtugħ jonqos, partikolarment issa li jibda joqrob is-sajf u t-tisqija tibda tkun iktar frekwenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mhux il-każ li qed ikun hemm qtugħ spiss fil-provvista tan-New Water fl-inħawi msemmija kif qed tipprova tagħti x’jifhem l-Onor. Interpellanta. Infurmata li fl-aħħar ġimgħat il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet xogħol ta’ manutenzjoni (tiswija ta’ ġibjun) u rinovar (bdil ta’ membrani), u għaldaqstant matul dak il-perjodu partikolari ma setgħetx issir produzzjoni ta’ New Water. Dan ix-xogħol twettaq bi pjanar, billi sar proprju fi żmien li fih id-domanda tkun normalment baxxa u mhux f’perjodu meta l-klima tkun aktar sħuna. Il-bdiewa konċernati ġew avżati dwar dan minn qabel permezz ta’ SMS, kif ukoll reġgħu kienu infurmati minnufih malli l-provvista marret lura għan-normal.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol mid-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi fil-Bajja tax-Xama’ li tinsab ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed jissottometti applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tinbena rampa u taraġ ġdid biex din il-bajja żgħira bir-ramel tkun iktar aċċessibbli. Wara li dawn il-permessi jiġu approvati, id-Dipartiment jipproċedi b’sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34783 dwar xogħlijiet ta' tqegħid ta' katusi fit-triq li minn Triq Buqana fir-Rabat tagħti għaċ-Chadwick Lakes, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-kuntrattur u l-bdiewa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif diġà spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34783, dan hu ftehim privat li sar bejn il-kuntrattur u l-bdiewa konċernati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet biex jiġi konkluż il-ftehim settorjali ġdid li skada fil-31 ta' Diċembru 2025, li jkopri l-lista tal-professjonisti li jinkludi fost l-oħrajn dawn imsemmija:
• Audiologists
• Clinical Perfusionists
• Dental Hygienists
• Dental Technicians
• Dieticians
• Medical Laboratory Scientists
• Nutritional Therapists
• Nutritionists
• Occupational Therapists
• Optometrists
• Orthoptists
• Physiotherapists
• Podiatrists
• Radiographers
• Speech and Language Pathologists?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet biex jiġi konkluż il-ftehim settorjali ġdid li skada fil-31 ta' Diċembru 2025, li jkopri l-lista tal-professjonisti li jinkludi fost l-oħrajn dawn imsemmija:
• Audiologists
• Clinical Perfusionists
• Dental Hygienists
• Dental Technicians
• Dieticians
• Medical Laboratory Scientists
• Nutritional Therapists
• Nutritionists
• Occupational Therapists
• Optometrists
• Orthoptists
• Physiotherapists
• Podiatrists
• Radiographers
• Speech and Language Pathologists?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ftehim settorali f’isem l-Allied Health Professionals, kif imsemmi mill-Onor. Interpellant ghadu qed jigi negozjat
.
Infurmat ukoll li fis-6 ta' Frar, il-Ministeru bagħat ir-reazzjonijiet tiegħu għall-aħħar proposti li kien rċieva minghand il-unjin u qed jistenna tweġiba.
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2025?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2025?
Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.