Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet/ftehimiet ta’ kompromess
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux ħlasijiet jew ftehimiet ta’ kompromess ma’ xi kumpaniji lokali biex jiġu ssodisfati talbiet ta’ ħlas fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Ministeru għandux stima ta’ kemm jista’ jkun il-valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Tilwim legali jew arbitraġġ pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx tilwim legali jew arbitraġġ pendenti bejn il-Gvern u xi kumpaniji lokali dwar ħlasijiet relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kontijiet/pretensjonijiet ta’ ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk ġewx preżentati kontijiet jew pretensjonijiet ta’ ħlas minn xi kumpaniji lokali wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Operazzjoni tal-Katarretti - Medja ta’ żmien ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33314 fl-intier tagħha u jgħid kemm kienet il-medja ta’ żmien li wieħed kellu jistenna sabiex jagħmel operazzjoni tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, matul l-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024, il-ħin medju ta’ stennija kien ta’ 7 xhur hawn Malta u ta’ 6 xhur f’Għawdex. Irid jingħad li fl-2024 kienu saru 4,521 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 428 operazzjoni ġewwa Għawdex.
Ninsab infurmat li matul l-2025, l-operazzjonijiet żdiedu biex il-perjodu ta’ stennija ikompli jonqos, tant li saru 6,173 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 445 operazzjoni f’Għawdex.
Taxxa tad-dħul – Persuni ta’ 61 sena jew aktar – Sena 2012
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tinġabar taxxa tad-dħul fuq persuni ta' 61 sena jew aktar fl-2012? Jista’ jgħid ukoll kemm-il taxpayer ta' 61 sena jew aktar kien hemm u kemm kien iddikjarat dħul minn persuni ta’ 61 sena jew aktar fis-sena 2012?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
San Pawl il-Baħar - Burmarrad - Sqaq Ta’ Ċampra - Sistema tad-drenaġġ u tal-ilma tax-xorb
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33140, dwar is-sistema tad-drenaġġ u tal-ilma tax-xorb fi Sqaq ta’ Ċampra, f’Burmarrad, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra bl-iżviluppi li kien hemm mid-data ta’ din l-istess tweġiba?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li qegħdin isiru taħdidiet mal-bdiewa biex jinstab l-aħjar mezz ta’ aċċess sakemm isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Awtorità tad-Djar - Skemi ta’ aċċessibiltà – Talbiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29566, 29859 u 33138, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet kollha li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità tad-Djar, għal għajnuna lill-għaqdiet volontarji, soċjali jew kulturali, biex dawn ikunu jistgħu jtejbu l-aċċess għal dawk li jużaw l-istess faċilitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm mit-talbiet li waslu għand l-awtorità fil-fatt intlaqgħu, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti, u f’kull każ jgħid fejn it-talbiet kienu milqugħa u kemm kien l-ammont ta’ flus li fil-fatt ingħataw?
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dak li ntqal mill-Kummisarju tal-Annimali rigward moħqrija u negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 35341.
Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikun qed jagħmel dwar il-moħqrija u n-negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li jagħmel parti mill-Ministeru tiegħu, kif intqal mill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, u jara li din l-investigazzjoni ssir bl-effiċjenza meħtieġa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-allegazzjonijiet ta’ moħqrija u negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali bħalissa qed jiġu investigati. Il-Ministeru jistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni u se jaġixxi kif xieraq skont il-konklużjonijiet tagħha.
In-Naxxar - Iljuni salvati – Nies imressqa l-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imressqa persuni l-Qorti fuq il-każ tal-iljuni li ġew salvati minn razzett fin-Naxxar f'Diċembru tal-2024, fid-dawl li l-annimali in kwistjoni nstabu maħqura u fi stat negliġenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-proċeduri kriminali qed jiġu segwiti mill-Qorti Kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-iljuni li kienu ġew salvati minn razzett fin-Naxxar f' Diċembru tal-2024?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi f'dan il-każ ma jista' jsir l-ebda pjan sakemm ma jintlaħaqx l-eżitu tal-proċedimenti kriminali li għadhom għaddejjin, u peress li l-annimali in kwistjoni huma evidenza fl-imsemmi każ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35044, jista' l-Ministru jispjega kif numru ta' taxpayers inkluż pensjonanti u l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irċevew nota, li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament, li ma ppermettitilhomx jiddikjaraw id-dħul minn kirjiet passivi fil-kaxxa 11a fil-formola tat-taxxa iżda ġegħlithom jiddikjarawhom bit-TA24, li f'ħafna każijiet fissret mijiet ta' ewro żejda f'taxxa dovuta?
Response (CARUANA, CLYDE)
It-tweġiba oriġinali kienet tirreferi għal każi komuni fejn koppja tkun intaxxata fuq
return
waħda, jew b’komputazzjoni ta’ miżżewġin jew b’ komputazzjoni separata. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, daħħalna opzjoni oħra fejn, meta ċertu kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, koppji miżżewġin jistgħu jagħżlu li t-tnejn li huma jibagħtu formola tat-taxxa separata minn xulxin. Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija li ż-żewġ konjuġi jkollhom it-tnejn li huma
income
taxxabbli minn negozju, salarju jew pensjoni.
Meta ssir din l-għażla ta’
returns
separati, u xi ħadd mill-konjuġi jkollu
income
minn kirjiet jew
income
minn ċerti investimenti (dawk li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet dwar l-“
income
minn investiment” fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income
), l-għażla li l-
income
mill-kirja ma tkunx intaxxata bir-rata ta’ 15% finali (bit-TA 24) ma tibqax applikabbli jekk it-total tal-
income
minn sorsi oħra mhux imsemmija f’dan il-paragrafu ma jaqbiżx it-
tax free bracket
(jiġifieri l-ammont ta’
income
li huwa taxxabbli b’rata ta 0%).
L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa sabiex it-taxxa fuq l-
income
ta’ koppji li jagħżlu li jibagħtu formoli separati tkun tixbah it-taxxa fuq l-
income
ta’ koppji li jagħżlu li jibagħtu formola waħda tat-taxxa bejnithom. Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, jekk ma jagħżlux li l-
income
minn kirja ma tiġix intaxxata bir-rata finali ta’ 15%, dan l-
income
ikun magħdud mal-
income
tal-konjuġi li għandu l-ogħla
income
taxxabbli minn negozju, salarju jew pensjoni, irrispettivament minn ta’ min hu l-
income
mill-kirja, u allura jiġi ntaxxat b’rati aktar għolja. B’hekk l-għażla ta’
returns
separati issir għal raġunijiet ġenwini u mhux sempliċiment biex tiġi evitata t-taxxa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35084 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35022 u jgħid għaliex filwaqt li l-eks impjegati tal-Air Malta li kienu fuq bażi full-time ngħataw kumpens f’somma ta’ flus, fil-każ tal-eks impjegati li kienu fuq bażi part-time, il-Gvern interpona appell għas-sentenza tal-qorti fl-ewwel istanza? Jista’ jgħid x’inhuma l-ispejjeż legali u ġudizzjarji li l-Gvern inkorra s’issa sabiex jikkontesta tali talba għal kumpens?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eliġibilità u l-kemm tal-iskemi kien maqbul mal-unions.
S’issa l-ispiża legali minfuqa kienet ta €27,373.50.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33946, 34260, 34644 u 34885 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-evalwazzjoni għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti/investigazzjonijiet li saru wara l-inċident tal-ħruq f’barriera fil-limiti ta’ Ħad-Dingli, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti, kif ukoll fuq l-art agrikola u l-uċuħ tar-raba’ li jipprovdu l-ikel lill-poplu Malti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm inkjesta Maġisterjali u wieħed irid jistenna l-eżitu tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk reċentement sarux xi studji dwar il-Bypass tal-Imtarfa, fid-dawl li hemm xquq fit-triq li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ min juża din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru investigazzjonijiet ġeoloġiċi u ġeotekniċi tul Triq il-Maltin Internati u Eżiljati (Mtarfa bypass). Ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet intużaw biex isir disinn strutturali għall-pedamenti tat-triq. Dan id-disinn ser ikun qed jiġi attwat billi ssir rikostruzzjoni tal-bypass.