San Martin, il-Wardija u ż-Żebbiegħ (Limiti ta’ San Pawl il-Baħar) – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhu x-xogħol li għaddej bħalissa bejn San Martin u l-Wardija fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar u ż-Żebbiegħ? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol, u tagħti indikazzjoni dwar jekk dan l-istess xogħol/xogħol ieħor, hux mistenni li jsir fid-direzzjoni ta’ Triq Għajn Tuffieħa, f’San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol fiż-żona indikata huwa parti minn proġett estensiv li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’investiment ta’ madwar €11-il miljun, fejn se jsir mejn ġdid għat-trasferiment tal-ilma bejn l-impjant tar-Reverse Osmosis fiċ-Ċirkewwa u l-ġibjuni ta’ Ta’ Qali. Infurmata li tali xogħol huwa mmirat li jieħu madwar sena biex jitlesta, u se jibqa’ għaddej lejn Triq Għajn Tuffieħa sa madwar nofs kilometru ’l isfel mill-grotta ta’ San Martin.
Infurmata wkoll li wara li jitlesta x-xogħol min-naħa tal-KSI, se jitpoġġew cables ġodda mill-Enemalta biex titneħħa linja ta’ vultaġġ medju u jiġu eliminati ħsarat li jiġu kkawżati mill-elementi naturali. Din il-linja tinsab fl-akwati u ladarba din titneħħa tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hu mistenni li jinfetħu jew jinbnew għases tal-pulizija ġodda matul is-snin li ġejjin? Jista’ jgħid ukoll fejn hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ tali għases, quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-aħħar snin il-Korp tal-Pulizija ħa inizjattivi kbar biex itejjeb l-ambjent fejn jaħdmu l-pulizija, u fejn jintlaqgħu n-nies biex jinqdew mis-servizz tal-istess Korp tal-Pulizija.
Il-proġetti jvarjaw minn dawk ta’ binjiet ġodda, għal rinovazzjoni ta’ binjiet eżistenti u l-ftuħ mill-ġdid ta’ binjiet li kienu ilhom magħluqa snin, inkluż dawk li bdew jintużaw bħala hubs tal-vjolenza domestika jew uffiċiji tal-pulizija tal-komunità.
Fost oħrajn fl-aħħar snin ħdimna fuq proġetti ta’ dan it-tip f’Marsaskala, is-Siġġiewi, il-Gżira, ir-Rabat, San Ġwann, San Ġiljan, Tas-Sliema, Il-Belt, il-Mosta, Santa Luċija, l-Imtarfa, Marsalforn, Santa Venera, il-Marsa, Marsaxlokk, il-Floriana u l-Birgu fost oħrajn.
Fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda għaddej ukoll xogħol qawwi ta’ rinovament fuq l-għases tal-Ħamrun, l-Imsida, l-Għadira u Ħ’Attard.
Iktar xogħolijiet huma maħsuba għaż-żmien li ġej, fosthom dak li jissemma fil-budget għal din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti minn kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex għal devoluzzjoni ta’ proprjetà lill-istess kunsilli, maqsumin lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma t-talbiet mingħand il-kunsilli rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miżmuma mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux se jerġa’ jibda jipprovdi l-boroż li jintużaw għall-ġbir ta’ skart organiku lill-Kunsilli Lokali biex jitqassmu lir-residenti, kif kien isir sa ftit xhur ilu? Fid-dawl tal-fatt li ma nħarġet l-ebda stqarrija li dawn il-boroż mhux se jibqgħu jitqassmu, u peress li r-residenti għadhom qed jistaqsu għalihom minkejja li l-kunsilli ilhom xhur ma jingħataw dawn il-boroż, meta huwa mistenni li dan jerġa’ jibda jsir?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429, 34634, 34846 u 35011 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari, jitqiesx bħala awtonomu? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-direttorat huwiex jew le, parti mill-Ministeru u l-istess Segretarju Parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi Skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595), id-Dipartimenti tal-Gvern inkluż id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali mhumiex awtonomi. Id-Direttorat huwa integrat fil-Ministeru, u jaqa’ taħt il-portafoll tas-Segretarjat Parlamentari. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huwa struttura integrata fil-Ministeru taħt katina ta’ kmand.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-irwol tagħhom u meta ddaħħlu jaħdmu f'dan id-Direttorat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella segwenti fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu fid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Role
Personnel
Director
1
Assistant Director
1
Aftercare Manager
1
Human Resource Manager
1
Enforcement Manager
1
Administration
9
Store Keeper
1
Procurement officer
3
Messenger
1
Ambulance officer
9
Inspection officer / Coordinator
2
Inspection officer
22
Discharges / Reserve ambulance
4
Veterinary Duties
5
Administer Medicine & Assist Vets
2
Feeding & Cleaning
11
Dog Section Coordination & Dog Walking
2
Dog Walking
5
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34148, 34295, 34651 u 34884 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147, 34294, 34650 u 34883 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34146, 34293, 34649 u 34882 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34145, 34292, 34648 u 34881 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34144, 34291, 34647 u 34880 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143, 34290, 34646 u 34879 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx nuqqas ta’ LSEs u jgħid jekk kienx hemm studenti li huma statemented imma setgħux jibdew is-sena skolastika tagħhom fi Frar? Jista’ jgħid ukoll x’jista’ jsir fil-frattemp biex dawn l-istudenti ma jibqgħux id-dar u jiġu integrati fis-sistema edukattiva?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu-Kinder 1 u li għandhom ir-rapport tal-Istatementing Board iżda ma ġewx allokati LSE? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni billi jindika kemm hemm studenti li għandhom statementing għal LSE fuq bażi ta’ 1:1 u kemm hemm studenti li għandhom Shared LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbug, Mdina, Ħad-Dingli - Toroq ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser ikunu qegħdin jiġu mibnija mill-ġdid fil-lokalitajiet tar-Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Mdina u Ħad-Dingli, matul is-sena 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għandha ppjanat xogħlijiet fi Triq l-Imtarfa, Parkeġġ fuq il-garaxxijiet parti minn Binja Qlejjgħa,Triq ir-Reġimenti Maltin fl-Imtarfa. Triq Ġdida fi Triq tal-Ħlas f’Ħaż-Żebbuġ. Triq Santa Katarina, Sqaq fi Triq Santa Katarina, Triq San Dwardu, Triq Taċ-Ċagħki, Triq Santa Barbara, Sqaq Santa Barbara, Triq San Vincenz Ferreri, Triq Anton Muscat Azzopardi fir-Rabat. Triq il-Buskett, Triq il-Qaws, Triq l-Imnarja f’Ħad-Dingli.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr - Project Green - Proġetti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema proġetti ta’ Project Green ser ikunu qegħdin isiru/jinfetħu fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr, matul is-sena 2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 33919.