Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpanija – Riżultat finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex topera b’telf jew profitt u x’kien ir-riżultat finanzjarju tagħha fl-aħħar sena rappurtata?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija – Riżervi ta’ flus kontanti – Livelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ cash reserves tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal kull sena finanzjarja fl-aħħar tliet snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija – Riżervi ta’ flus kontanti – Tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, naqqsitx b’mod sinifikanti r-riżervi ta’ flus kontanti tagħha fl-aħħar sentejn?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Diretturi ta’ kumpanija – Żieda fl-onorarja

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti jew ir-riżoluzzjonijiet tal-bord li bihom ġew approvati ż-żidiet fl-onorarja lid-diretturi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Diretturi ta’ kumpanija – Żieda fl-onorarja – Approvazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min approva formalment iż-żidiet fl-onorarja lid-diretturi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u f’liema data ttieħdet id-deċiżjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Mediċina ‘Jext 300 micrograms’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina ‘Jext 300 micrograms’ hijiex ser titpoġġa fuq il-lista ta’ mediċini b’xejn għal dawk il-pazjenti li jikkwalifikaw għaliha, u jekk iva, meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina li qed issir referenza għaliha hi isem għal ditta kummerċjali tal- Adrenaline auto-injector, liema auto-injector iddaħħal fil-formularju f’Marzu ta’ din is-sena, f’ żewġ dożi: 150 u 300 micrograms.

Ħaddiema tal-FTS – Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS)? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li skada l-aħħar ftehim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Infrastructure Malta u Transport Malta - Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’reklamar u/jew avviżi fuq televiżjoni, billboards, media soċjali, radju u gazzetti/pubblikazzjonijiet oħra, elenkati separatament mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Infrastructure Malta u Transport Malta, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35387.

Infrastructure Malta - Xogħlijiet fit-toroq

Question

B’referenza għall-billboards li ttellgħu fl-aħħar jiem minn Infrastructure Malta illi jgħidu “1000 triq fl-aħħar sentejn”, jista’ l-Ministru jgħid: i.    għal liema toroq qed jagħmlu referenza dawn il-billboards u ċjoè, jindika f’lista dettaljata l-isem ta’ kull triq u l-lokalità; u ii.    x’tip ta’ xogħlijiet saru f’kull triq u t-tul, f’metri, tal-istess xogħlijiet f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Riskji ta’ tixrid taċ-Chikungunya Virus

Question

Peress li fi studju riċenti bl-isem ‘Temperature-sensitive incubation, transmissibility and risk of Aedes albopictus-borne chikungunya virus in Europe’, Malta ngħatat riskju għoli għat-tixrid taċ-Chikungunya Virus permezz tan-nemus, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn xi każijiet irrappurtati u jekk hemmx xi pjanijiet ta’ mitigazzjoni għal dan ir-riskju?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sa llum ma ġew irrappurtati l-ebda każijiet ta’ Chikungunya virus akkwistati lokalment f’Malta. Madankollu, fid-dawl tal-istudji xjentifiċi riċenti li jindikaw riskju potenzjali għat-trasmissjoni ta’ mard li jinġarr min-nemus, inkluż permezz tan-nemus Aedes albopictus, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qed ikomplu jsaħħu s-sorveljanza epidemioloġika u entomoloġika, kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-entitajiet rilevanti responsabbli mill-kontroll tan-nemus. F’dan il-kuntest, Malta kisbet għotja mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza tal-vetturi, inkluż il-monitoraġġ tan-nemus u l-kapaċità nazzjonali ta’ tħejjija u rispons għal mard li jinġarr mill-vetturi. Barra minn hekk, Malta qed tipparteċipa f’Azzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea ffukata fuq il-prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-kontroll ta’ mard li jinġarr mill-vetturi, bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jitqassmu l-aħjar prattiki f’dan il-qasam. Is-sitwazzjoni tibqa’ qed tiġi valutata b’mod kontinwu, u kull żvilupp rilevanti jiġi indirizzat b’mod proporzjonat u skont ir-riskju għas-saħħa pubblika.

Carbon Border Adjustment Mechanism – Importaturi rreġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm importaturi li rreġistraw mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fil-kuntest tal-Carbon Border Adjustment Mechanism? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew irrappurtati tunnellati ta’ emissjonijiet għall-ewwel tliet xhur ta’ din s-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li s’issa rreġistraw 73 importatur mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fir-reġistru tal- Carbon Border Adjustment Mechanism. It-tunnellati ta’ emissjonijiet ser jiġu rappurtati għall-ewwel darba f’Settembru tal-2027 meta l-importaturi stess itellgħu d-dikjarazzjoni ta’ CBAM fuq ir-reġistru, li tkopri l-importazzjonijiet kollha relatati ma’ CBAM għas-sena 2026.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – Użu mhux awtorizzat ta’ indirizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħareġ numru tas-sigurtà soċjali lil persuna mhux awtorizzata li tuża l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista’ jgħid ukoll min se jinżamm responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u x’passi se jittieħdu biex l-użu mhux awtorizzat ta’ dan l-indirizz residenzjali jitwaqqaf immedjatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Qormi - Outdoor Sports and Fitness Park - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar xi xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi u x’tip ta’ xogħol sar, matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ITS - Drop outs

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm drop outs mill-ITS maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Assistenza fil-qasam diġitali - Għotjiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm għad fadal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tas-sekondarja u li l-familji tagħhom għadhom ma bbenefikawx mill-għotja ta’ €500 bħala assistenza fil-qasam diġitali, kif imħabbra fl-aħħar baġit u għaliex tali għotja ma tqassmitx lill-istudenti kollha f’daqqa?  Jista’ jgħid ukoll meta dawk li għadhom pendenti se jirċievu l-għotja rispettiva tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Belt, Valletta – Knisja ta’ Santa Barbara

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34092 dwar ir-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid xi programm ta’ restawr ġie mressaq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 34092.