Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30952 u tgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Tista’ tgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ barrieri li huma koperti u regolati minn liċenzja attiva għat-tqattigħ tal-blat (mill-bidu ta’ 2026 sal-aħħar ta’ Frar 2026) jammonta għal 49 barriera. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lokalitajiet fejn jinsabu dawn il-barrieri kif ukoll id-data tal-aħħar spezzjoni u x’passi ttieħdu mill-Awtorita`għall-Ambjent u r-Riżorsi f’kull barriera rispettiva.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 33659 u jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar hemm 22 parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilita’.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33052 u jgħid kemm-il telefonata waslet fuq in-numru tal-emerġenza 112 minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka dawn it-telefonati u jgħid jekk kinux relatati mal-Pulizija, mal-Protezzjoni Ċivili jew mal-ambulanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
PQ 33052 - Numru tal-emerġenza 112 – Telefonati
Ġunju sa Diċembru 2025
Xahar
Total ta’ telefonati fuq 112
Telefonati mgħoddija lid-Dipartiment tal-Emerġenza (Ambulanzi)
Telefonati mgħoddija lil Protezzjoni Ċivili
Telefonati mgħoddija lil Pulizija
Telefonati mgħoddija lil Armata
Ġunju
35991
6665
1389
777
9
Lulju
40299
7447
1771
833
22
Awwissu
38842
7321
1643
788
22
Settembru
33462
6174
1256
721
12
Ottubru
33890
6491
1025
642
17
Novembru
28454
6210
795
596
13
Diċembru
27698
6944
671
583
11
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Safety audit ta’ proġetti u toroq
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33720 dwar Safety Audit ta’ proġetti u toroq f’Għawdex, fejn ġie mwieġeb li: “s’issa, żewġ proġetti li saru mill-Ministeru għal Għawdex, qed isirilhom safety audit”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn iż-żewġ proġetti u meta (xahar u sena) beda jsirilhom is-safety audit dawn iż-żewġ proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Strateġija għas-Sajd 2026-2036 - Laqgħat ta’ konsultazzjoni - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeru jew mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura għall-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar l-Istrateġija għas-Sajd 2026-2036 li saru f’San Pawl il‑Baħar, f’Marsaxlokk u f’Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità u t-tip ta’ nefqa, inkluż spejjeż relatati ma’ loġistika, kiri ta’ spazji, komunikazzjoni, servizzi tekniċi u kwalunkwe ħlasijiet oħra relatati mal-proċess ta’ konsultazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta illi bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika għall-ewwel Strateġija Nazzjonali għas-Settur tas-Sajd, il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali organizza tlett laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika fid-19 ta' Frar f'Għawdex, fl-24 ta' Frar f'Marsaxlokk, u fit-3 ta' Marzu f'San Pawl il-Baħar. Dawn is-sessjonijiet laqqgħu flimkien sajjieda, rappreżentanti tas-settur u membri tal-komunità, fejn kellhom l-opportunità jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta' qafas strateġiku fit-tul għas-settur. Infurmat li n-nefqa totali kienet ta’ €43,255.62 (VAT eskluż) li tkopri l-loġistika kollha, id-disinn u l-preżentazzjoni tat-tlett laqgħat.
Kunsilli lokali - Siti, artijiet u/jew binjiet - Devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tas-siti, artijiet u/jew binjiet kollha li ġew devoluti lil kull kunsill lokali ta’ Malta u Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità u għal kull sit jindika l-indirizz tas-sit, id-deskrizzjoni tas-sit, l-ammont tal-ħlas mitlub mill-kunsill lokali bl-ammonti mħallsa, l-użu attwali tas-sit, id-data ta’ meta s-sit ġie devolut u t-terminu jew it-tul tad-devoluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (‘revival plan’)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif taf tajjeb l-Onor. Interpellanta bħalissa għadu għaddej proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Grand Harbour Revival Plan li ppreżenta l-Gvern. Infakkar li dan il-Gvern jieħu l-konsultazzjoni bis-serjetà u allura ser nagħtu kas x’jgħidilna l-pubbliku biex infasslu d-dokument tal-Preliminary Market Consultation li huwa l-pass li jmiss wara l-konsultazzjoni pubblika. Mhu qed nagħmlu xejn bil-moħbi u se nkunu qed nippubblikaw id-dokumenti rispettivi u relevanti dejjem fl-istadju li jkun imisshom u bi trasparenza.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti innovattivi nħolqu minn Xjenza Malta għal din is-sena, b’appoġġ speċjali għar-riċerkaturi żgħażagħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Xjenza Malta hi aġenzija nazzjonali tal-Gvern responsabbli għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni skont il-mandat legali, hekk kif stipulat permezz tal-avviż legali numru 112 ta’ l-2024. B’dan il-għan, Xjenza Malta issostni permezz ta’ fondi nazzjonali kif ukoll fondi Ewropej, portafoll wiesa’ ta’ skemi maħsuba biex isaħħu u jkomplu ikabbru l-eko-sistema ta’ riċerka u innovazzjoni fil-pajjiż. Dawn l-iskemi li uħud minnhom huma diġa miftuha għas-sottomissjoniet ta’ proġetti f’dawn l-ewwel xhur ta’ l-2026, ħa jkomplu jsiru disponibbli matul ix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, kienu impjegati, jew self-employed, u kemm kienu diretturi jew uffiċjali ta’ kumpaniji?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ma tinżammx statistika tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-predicate offences li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus l-aktar frekwentement? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din ix-xejra matul l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u l-każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024. Għalekk meta wieħed jikkonsidra l-informazzjoni miġbura minn meta beda jipprosekwixxi dawn il-każijiet dan l-Uffiċċju sal-aħħar ta’ Jannar 2026, jidher li l-iktar predicate offences frekwenti li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus kienu dawk ta’ frodi u miżapproprjazzjoni.
Jista’ l-Ministru jikklassifika l-proċeduri kriminali skont it-tip ta’ predicate offence li fuqha kienet ibbażata l-akkuża ta’ ħasil ta’ flus bħal:
• evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul;
• evażjoni tal-VAT;
• frodi jew falsifikazzjoni ta’ dokumenti;
• traffikar tad-drogi;
• offiżi ta’ korruzzjoni u tixħim;
• offiżi relatati ma’ kummerċ illeċitu; u
• kwalunkwe predicate offence ieħor
mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni hekk kif miġbura mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sad-29 ta’ Jannar 2026. Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u l-każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024, għalhekk din it-tabella tinkludi biss informazzjoni miżmuma minn dan l-Uffiċċju skond kif deskritt.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta’ akkużi taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, żdiditx jew naqsitx, u għal liema raġunijiet mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 32998.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap 373, parzjalment jew kompletament, kienu bbażati fuq akkużi esklussivament relatati ma’ Money Laundering u kemm minnhom inkludew predicate offence addizzjonali, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u għalhekk qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi informazzjoni minn Ottubru 2020. Ta’ min jinnota ukoll li każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, parzjalment jew kompletament, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien hemm persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering hekk kif miġbura sas-26 ta’ Jannar 2026. Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ huwiex possibli issir distinzjoni jekk l-persuni kienux parzjalment jew kompletament akkkużati taħt l-att msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li l-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u jingħataw is-servizzi kollha bħalma jingħataw ġewwa l-Pitkalija ta’ Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa għaddejjin b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-bini eżistenti tal-Pitkalija f’Għawdex. Il-pjan hu li sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena tibda tagħti s-servizzi kollha bħalma jingħataw ġewwa l-Pitkalija ta’ Malta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ art agrikola għadux jista’ jsir fil-pitkalija f’Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll jekk il-bdiewa hux ser ikunu jistgħu jmorru jirreġistraw l-art li huma jaħdmu, mingħajr appuntament u jekk iva, fejn?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li r-Reġistrazzjonijiet tal-art agrikola qed isiru fl-AgriHub Meet and Greet, l-Għammieri. Reġistrazzjonijiet mingħajr appuntament se jintlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2026. Mit-28 ta’ Marzu ’il quddiem, ir-reġistrazzjonijiet se jsiru permezz ta appuntament.
It-talba għal appuntament tista’ ssir billi wieħed iżur l-Għammieri, iċempel fuq 23397777 jew jibgħat email fuq
artagrikola.mafa@gov.mt
. Dan qed isir sabiex jiġi pprovdut servizz aktar effiċcjenti u biex il-klijenti jkunu jistgħu jinqdew fi żmien qasir.
BCA – Rapporti dwar kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm daħlu rapporti għand l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) dwar xogħol ta’ kostruzzjoni li kien/għadu għaddej f’San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar sitt xhur tal-2025, u l-ewwel ġimgħat tal-2026, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għa-tabella t’ hawn tħt bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura sat-22 ta' Marzu 2026.
Lulju 2025
12
Awwissu 2025
9
Settembru 2025
9
Ottubru 2025
7
Novembru 2025
7
Diċembru 2025
4
Jannar 2026
6
Frar 2026
15
Marzu 2026
16